Dar

Il-Konferenza taċ-Chairmen tal-Kumitati hija l-entità politika fil-Parlament li taħdem għal koperazzjoni aħjar bejn il-kumitati.

Konferenza taċ-Chairmen tal-Kumitati kompożizzjoni

Il-Konferenza taċ-Chairmen tal-Kumitati tikkonsisti miċ-chairmen tal-kumitati permanenti u temporanji kollha; teleġġi ċ-chairman tagħha. Il-Konferenza taċ-Chairmen tal-Kumitati ġeneralment tiltaqa' darba fix-xahar fi Strasburgu waqt is-seduti plenarji.

Konferenza taċ-Chairmen tal-Kumitati dmirijiet

Il-Konferenza taċ-Chairmen tal-Kumitati tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti dwar il-ħidma tal-kumitati u l-aġendi għas-seduti plenarji.
Tista' wkoll tagħti pariri lill-Konferenza tal-Presidenti jekk ikun hemm nuqqas ta' qbil dwar liema kumitat għandu jkun responsabbli.
Il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti jistgħu jiddelegaw ċertu xogħlijiet lill-Konferenza taċ-Chairmen tal-Kumitati.

Links