Dar
Xogħol Kurrenti (Work in Progress)
Ir-rubrika Xogħol Kurrenti (Work in Progress) turi proċeduri leġiżlattivi li jkunu għaddejjin f'kull kumitat parlamentari. Tagħti stampa globali tax-xogħol li jkun sar fil-kumitati b'segwitu għar-rapporti li jkunu tressqu jew għall-pjanifikazzjoni tar-rapporti għas-sessjonijiet li jkunu ġejjin.
Din il-lista tiffoka fuq il-fajls 'ewlenin' fil-kumitati parlamentari, u tinkludi fajls li jissodisfaw ċerti kriterji.
Din il-lista tiffoka fuq il-fajls 'ewlenin' fil-kumitati parlamentari, u tinkludi fajls li jissodisfaw ċerti kriterji.
Djalogu leġiżlattiv mal-Kummissjoni u l-Kunsill
Il-KPK tipprepara l-kontribut tal-Parlament għall-Programm ta' Ħidma annwali tal-Kumissjoni billi telenka l-prijoritajiet f'kull qasam leġiżlattiv. Torganizza wkoll laqgħa konġunta annwali mal-Kulleġġ tal-Kummissarji, u diversi drabi matul is-sena tiltaqa' mal-Presidenza tal-Kunsill biex tpprepara u tiddiskuti l-prijoritajiet tal-Presidenzi u tieħu kont tax-xogħol kurrenti.
Rakkomandazzjoni dwar l-aġenda għas-sessjonijiet plenarji
Il-KPK ta' kull xahar tressaq rakkomandazzjoni quddiem il-Konferenza tal-Presidenti għall-abbozz ta' aġenda tas-sessjoni parzjali li jkun imiss, kif ukoll rapport ta' monitoraġġ ta' kull xahar rigward il-kompatibbiltà tal-abbozzi ta' leġiżlazzjoni mar-regoli tat-Trattat dwar atti delegati u ta' implimentazzjoni.
Kooperazzjoni bejn il-kumitati
Il-KPK tikkostitwixxi forum ta' diskussjoni dwar kwistjonijiet orizzontali u problemi komuni tal-kumitati, u tikkontribwixxi b'mod attiv għall-iskambju tal-aħjar prattiki, jiġifieri permezz tal-adozzjoni ta' approċċi jew linji gwida komuni marbuta mal-attivitajiet tal-kumitati. Tista' tressaq quddiem il-Konferenza tal-Presidenti kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar ix-xogħol tal-kumitati. Il-KPK għandha wkoll rwol ta' medjazzjoni bejn il-kumitati parlamentari. Tittratta talbiet għall-kooperazzjoni u tipproponi soluzzjonijiet għal kunflitti ta' kompetenza.
Bullettin tad-Dipartimenti Tematiċi
Id-Dipartimenti Tematiċi tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni u ta' dak għall-Politiki Esterni huma unitajiet ta' riċerka li jipprovdu għarfien espert, analiżi u pariri, u li għandhom il-funzjoni ta' 'think tanks' interni u indipendenti. Il-bullettin tagħhom kull xahar joffri stampa globali tal-avvenimenti ewlenin li jkunu se jiġu organizzati fil-Parlament Ewropew, sommarju tal-istudji ewlenin li jkunu qed jitħejjew u link diretta mal-istudji ewlenin li jkunu ġew ippubblikati fl-aħħar żmien.
- April 2014 - Edition 10 of the Policy Departments newsletter (PDF - 528 KB)
- March 2014 - Edition 9 of the Policy Departments newsletter (PDF - 528 KB)
- February 2014 - Edition 8 of the Policy Departments newsletter (PDF - 428 KB)
- January 2014 - Edition 7 of the Policy Departments newsletter (PDF - 504 KB)
- December 2013 - Edition 6 of the Policy Departments newsletter (PDF - 498 KB)
- November 2013 - Edition 5 of the Policy Departments newsletter (PDF - 512 KB)
- October 2013 - Edition 4 of the Policy Departments newsletter (PDF - 502 KB)
- September 2013 - Edition 3 of the Policy Departments newsletter (PDF - 528 KB)
- July 2013 - Edition 2 of the Policy Departments newsletter (PDF - 927 KB)
- June 2013 - Edition 1 of the Policy Departments newsletter (PDF - 888 KB)
Konferenza taċ-Chairmen tal-kumitati
Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati (KPK) hi l-entità politika li tikkoordina x-xogħol tal-kumitati u tiżgura kooperazzjoni mingħajr intoppi bejniethom. Tikkonsisti fil-Presidenti tal-kumitati permanenti u tal-kumitati speċjali kollha u tiltaqa' nhar ta' Tlieta fis-sessjonijiet parzjali ta' Strasburgu. Il-President jġi elett minn fost il-membri tagħha għal mandat ta' sentejn u nofs.