Dwarna
Chair's Welcome Words
Merħba fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON). Il-Kumitat huwa responsabbli għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), ir-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji, il-moviment liberu tal-kapital, il-pagamenti, it-tassazzjoni, il-politiki tal-kompetizzjoni, u s-sistema finanzjarja internazzjonali.
Il-Kumitat għandu rwol ċentrali fil-ħidma tal-Parlament f'dawn l-oqsma ta' politika, bħala dak li jistabbilixxi l-aġenda vis-à-vis il-Kummissjoni permezz ta' rapporti fuq inizjattiva proprja, bħala koleġiżlatur mal-Kunsill fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni, u permezz tal-iskrutinju pubbliku, fost l-oħrajn, ta' Kummissarji, ministri tal-finanzi u l-President tal-BĊE, kif ukoll il-presidenti ta' aġenziji rilevanti tal-UE. L-iskrutinju tal-fergħa eżekuttiva huwa kruċjali għall-kontroll u s-sorveljanza demokratiċi, u jgħin lill-Kumitat fl-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni u fl-abbozzar leġiżlattiv ta' segwitu.
Fir-rigward tal-politiki tat-tassazzjoni, il-Kumitat huwa megħjun mis-Sottokumitat għall-Kwistjonijiet Fiskali (FISC).

Protezzjoni tad-Data fil-Kumitati
Dokumenti utli
Setgħat u responsabilitajiet
Kuntatti