Assoċjazzjonijiet Parlamentari
Bi qbil mar-Regolamenti li jiggvernaw il-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-assoċjazzjonijiet parlamentari (partiti tal-baġit 4400 u 4420), il-Parlament Ewropew jippubblika ċerta informazzjoni li tikkonċerna l-approprjazzjonijiet inklużi fil partiti tal-baġit 4400 (in-nefqa għal-laqgħat u għal attivitajiet oħra tal-eks Membri Parlamentari) u 4420 (in-nefqa għal-laqgħat u attivitajiet oħra tal-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea). Dawk l-approprjazzjonijiet huma maħsuba biex ikopru n-nefqa operazzjonali eliġibbli tal-assoċjazzjonijiet u n-nefqa għal attivitajiet relatati mal-politika tal-Unjoni Ewropea.
Isem u indirizz tal-assoċjazzjoni,
Assoċjazzjoni tal-Eks Membri tal-Parlament Ewropew, il-Parlament Ewropew, Rue Wiertz 60, B-1047 Brussell
Skop tal-finanzjament:
Jiġu promossi r-relazzjonijiet bejn l-Eks Membri tal-Parlament u dawk attwali, bl-istabbiliment u bl-użu ta' netwerk tal-informazzjoni, billi l-Eks Membri jingħataw opportunitajiet biex jiltaqgħu, jkollhom forum għal laqgħat, diskussjonijet u avvenimenti kulturali, xjentifiċi u soċjali u u ukoll billi jiġu promossi l-kuntatti bejn organizzazzjonijiet simili oħrajn fl-Ewropa.
Assistenza teknika pprovduta mill-Parlament:
- Faċilitajiet lingwistiċi li jinkludu l-interpretazzjoni f'massimu ta' ħames lingwi uffiċjali tal-Unjoni għal laqgħat ta' nofstanhar fil-bini tal-Parlament (għal seba' laqgħat b'interpretazzjoni fis-sena) u traduzzjoni ta' fuljetti, xi artikli għas-sit web u l-Bullettin, dokumenti għal-laqgħat, stediniet, testi amministrattivi u minuti tal-proċedimenti (b'kollox madwar 300 paġna tradotti fis-sena).
- Il-provvista ta' faċilitajiet bħal kmamar għal laqgħat (8 fis-sena), ir-Restorant tal-Membri darbtejn fis-sena, "bureau de passage" permanenti għall-eks Membri fi Brussell u fi Strażburgu, kif ukoll tliet uffiċċji fi Brussell għall-assoċjazzjoni tal-membri tal-persunal, flimkien ma' tagħmir għall-uffiċċju, photocopiers, kompjuters, telefowns u erba' badges ta' aċċess.
- Trainee wieħed/waħda (Traineeship Schuman).
Ammont mogħti (ammont finali)
2014 | EUR 200.000 |
2015 | EUR 200.000 |
2016 | EUR 210.000 |
2017 | EUR 210.000 |
2018 | EUR 220.000 |
2019 | EUR 230.000 |
2020 | EUR 240.000 |
2021 | EUR 250.000 |
2022 | EUR 260.000 |
2023 | EUR 280.000 |
Ammont mogħti (ammont inizjali)
2022 | EUR 260.000 |
2023 | EUR 280.000 |
2024 | EUR 300.000 |
Isem u indirizz tal-assoċjazzjoni,
Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea, 76 allée de la Robertsau, F- 67000 Strasburgu
Skop tal-finanzjament:
Azzjoni bħala forum - bl-organizzazzjoni ta' taħdidiet, serati ta' informazzjoni u avvenimenti kulturali - għall-Membri tal-Parlament u tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex jinħolqu kuntatti f'ambjent amikevoli sabiex tinżamm relazzjoni personali u ta' ħidma bejniethom u mar-rappreżentanti tal-ħajja pubblika. Kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew fit-twettiq ta' attivitajiet jew azzjonijiet ta' natura Ewropea.
Assistenza teknika pprovduta mill-Parlament:
Tliet karti ta' aċċess.
Ammont mogħti (ammont finali)
2014 | EUR 200.000 |
2015 | EUR 200.000 |
2016 | EUR 210.000 |
2017 | EUR 210.000 |
2018 | EUR 220.000 |
2019 | EUR 226.977 |
2020 | EUR 209.378 |
2021 | EUR 244.378 |
2022 | EUR 253.204 |
2023 | EUR 280.000 |
Ammont mogħti (ammont inizjali)
2022 | EUR 260.000 |
2023 | EUR 280.000 |
2024 | EUR 300.000 |