Dar
Il-Konferenza taċ-Chairmen tad-Delegazzjonijiet hija l-entità politika fil-Parlament li regolarment teżamina l-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw it-tħaddim sew tad-delegazzjonijiet interparlamentari u d-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti.
Konferenza taċ-Chairmen tad-Delegazzjonijiet: dmirijiet
Il-Konferenza taċ-Chairmen tad-Delegazzjonijiet tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti dwar il-ħidma tad-delegazzjonijiet.
Il-Konferenza taċ-Chairmen tad-Delegazzjonijiet tfassal abbozz ta' kalendarju annwali għal-laqgħat interparlamentari u l-laqgħat tal-kumitati parlamentari konġunti.
Il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti jistgħu jiddelegaw ċertu xogħlijiet lill-Konferenza taċ-Chairmen tad-Delegazzjonijiet.

Konferenza taċ-Chairmen tad-Delegazzjonijiet: kompożizzjoni
Il-Konferenza taċ-Chairmen tad-Delegazzjonijiet tikkonsisti miċ-chairmen tad-delegazzjonijiet interparlamentari permanenti kollha; teleġġi ċ-chairman tagħha.