RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni ta’ Tuvalu mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra

4.12.2024 - (05757/2024 – C9‑0033/2024 – 2023/0456(NLE)) - ***

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Dariusz Joński

Proċedura : 2023/0456(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A10-0025/2024
Testi mressqa :
A10-0025/2024
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni ta’ Tuvalu mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra

(05757/2024 – C9‑0033/2024 – 2023/0456(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (05757/2024),

 wara li kkunsidra l-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra[1],

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0033/2024),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 107(1) u (4) u l-Artikolu 117(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A10-0025/2024),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni ta’ Tuvalu mal-ftehim;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta’ Tuvalu.

 


NOTA SPJEGATTIVA

Tuvalu dalwaqt se jitlef il-preferenzi tal-UE “Kollox Minbarra Armi” (KMA) peress li huwa mistenni li se joħroġ mill-kategorija ta’ pajjiżi l-anqas żviluppati (LDC) fl-2024.

Sabiex tiġi appoġġjata t-traniżizzjoni tiegħu u jinżamm aċċess sħiħ mingħajr dazju u mingħajr kwoti għas-suq tal-UE, ikun ta’ benefiċċju għal Tuvalu li jaderixxi mal-EPA interim (iEPA) bejn l-UE u l-Istati tal-Paċifiku (Fiġi, Papua New Guinea, Samoa u l-Gżejjer Solomon).

Ir-rapporteur jappoġġja l-integrazzjoni ekonomika tal-Istati tal-Paċifiku u jilqa’ l-adeżjoni ta’ Tuvalu mal-iEPA peress li din se tkun ta’ benefiċċju għar-reġjun kif ukoll għar-relazzjonijiet kummerċjali mal-Unjoni Ewropea.


ANNESS: ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM

Ir-rapporteur jiddikjara, taħt ir-responsabbiltà esklużiva tiegħu, li ma rċieva l-ebda kontribut minn entità jew persuna li jrid jissemma f’dan l-Anness f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura.

 


 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim Interim ta’ Sħubija KE-Stati tal-Paċifiku: l-adeżjoni ta’ Tuvalu

Referenzi

05757/2024 – C9-0033/2024 – 2023/0456(NLE)

Data tal-konsultazzjoni jew tat-talba għal approvazzjoni

22.2.2024

 

 

 

Kumitat(i) responsabbli

INTA

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

11.3.2024

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

DEVE

21.10.2024

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Dariusz Joński

30.9.2024

 

 

 

Eżami fil-kumitat

18.11.2024

 

 

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2024

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Manon Aubry, Christophe Bay, Brando Benifei, Lynn Boylan, Anna Bryłka, Udo Bullmann, Daniel Caspary, Benoit Cassart, Markéta Gregorová, Céline Imart, Karin Karlsbro, Rudi Kennes, Sebastian Kruis, Bernd Lange, Ilia Lazarov, Miriam Lexmann, Gabriel Mato, Javier Moreno Sánchez, Ştefan Muşoiu, Daniele Polato, Majdouline Sbai, Lukas Sieper, Francesco Torselli, Inese Vaidere, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Catarina Vieira, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mika Aaltola, João Cotrim De Figueiredo, Barry Cowen, Borja Giménez Larraz, Cristina Maestre

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Delara Burkhardt, Loránt Vincze

Data tat-tressiq

5.12.2024

 


 

VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

30

+

ECR

Daniele Polato, Francesco Torselli

NI

Lukas Sieper

PPE

Mika Aaltola, Daniel Caspary, Borja Giménez Larraz, Céline Imart, Ilia Lazarov, Miriam Lexmann, Gabriel Mato, Inese Vaidere, Loránt Vincze, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Juan Ignacio Zoido Álvarez

PfE

Christophe Bay, Anna Bryłka, Sebastian Kruis

Renew

Benoit Cassart, João Cotrim De Figueiredo, Barry Cowen, Karin Karlsbro, Marie-Pierre Vedrenne

S&D

Brando Benifei, Udo Bullmann, Delara Burkhardt, Bernd Lange, Cristina Maestre, Javier Moreno Sánchez, Ştefan Muşoiu, Kathleen Van Brempt

 

6

-

The Left

Manon Aubry, Lynn Boylan, Rudi Kennes

Verts/ALE

Markéta Gregorová, Majdouline Sbai, Catarina Vieira

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Diċembru 2024
Avviż legali - Politika tal-privatezza