RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi għall-użu ħafif
27.10.2008 - (COM(2007)0856 – C6‑0022/2008 – 2007/0297(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Guido Sacconi
Rapporteur għal opinjoni (*): Werner Langen, Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
(*) Kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi għall-użu ħafif
(COM(2007)0856 – C6‑0022/2008 – 2007/0297(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0856),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0022/2008),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6‑0419/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament Ċitazzjoni 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu, |
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175 tiegħu, |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Waħda mill-implikazzjoni ta’ dawk l-impenji kienet li l-Istati Membri kollha jnaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet mill-karozzi tal-passiġġieri. Għandhom jiġu implimentati politiki u miżuri fuq il-livell ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità fis-setturi kollha ta’ l-ekonomija Komunitarja, u mhux biss fis-setturi ta' l-industrija u ta’ l-enerġija, sabiex jiġi ġġenerat it-tnaqqis sostanzjali meħtieġ fl-emissjonijiet. It-trasport bit-triq huwa t-tieni l-akbar settur f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-UE, u l-emissjonijiet minn dan is-settur qed ikomplu jiżdiedu. Jekk l-impatt tat-trasport bit-triq fuq it-tibdil tal-klima jkompli jiżdied, se jhedded b'mod sinifikanti it-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima. |
(4) Waħda mill-implikazzjonijiet ta’ dawk l-impenji kienet li l-emissjonijiet mill-karozzi tal-passiġġieri jridu jitnaqqsu b'mod sinifikanti wkoll. Dan jeħtieġ l-impożizzjoni ta' regoli dwar l-emissjonijiet għall-produtturi u l-importaturi ta' karozzi ġodda. Regolament Komunitarju biss jista' jiżgura li vetturi rreġistrati għall-ewwel darba jkunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet fl-Istati Membri kollha. Sabiex jintlaħaq l-għan globali tal-Istati Membri u tal-Komunità li jitnaqqas is-CO2, mhux biżżejjed li tittieħed azzjoni fis-setturi ta' l-industrija u ta’ l-enerġija biss; is-setturi tad-djar u tat-trasport għandhom ikunu inklużi wkoll. It-trasport bit-triq huwa t-tieni l-akbar settur f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-UE, u l-emissjonijiet minn dan is-settur qed ikomplu jiżdiedu. Jekk l-emissjonijiet tal-karbonju tat-trasport bit-triq jibqgħu jiżdiedu, dan se jhedded b'mod sinifikanti it-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima. |
Ġustifikazzjoni | |
Skont dan ir-Regolament mhumiex l-Istati Membri li jridu jnaqqsu l-emissjonijiet, iżda l-produtturi u l-importaturi tal-karozzi. Mhuwiex l-'impatt tal-bidla fil-klima' li x'aktarx li jiżdied aktar, iżda l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, l-aktar tas-CO2. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) I-Komunikazzjonijiet ipproponew approċċ integrat sabiex tintlaħaq il-mira Komunitarja ta' 120g CO2/km sa l-2012 u ħabbru li l-Kummissjoni kienet se tipproponi qafas leġiżlattiv biex tilħaq l-għan Komunitarju billi tiffoka fuq it-tnaqqis mandatorju ta' l-emissjonijiet ta’ CO2. B'hekk tintlaħaq il-mira ta' 130 g CO2/km għall-medja tal-flotta ta' karozzi ġodda permezz ta' titjib fit-teknoloġija ta’ vetturi motorizzati. B’konsistenza ma’ l-approċċ taħt l-impenji volontarji adottati mill-manifatturi, dan ikopri dawk l-elementi li jitqiesu fil-kejl ta’ l-emissjonijiiet ta’ CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri skond ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. Tnaqqis ulterjuri ta’ 10 g CO2/km, jew ekwivalenti jekk teknikament meħtieġ, se jirriżulta minn titjib teknoloġiku ieħor u minn użu aktar mifrux tal-bijofjuwils. Barra minn hekk, l-imġieba tal-konsumaturi għandha effett fuq l-emissjonijiet globali mill-karozzi tal-passiġġieri u għalhekk il-konsumaturi għandhom jingħataw tagħrif dwar jekk karozzi ġodda tal-passiġġieri jilħqux il-miri għall-emissjonijiet stabbiliti taħt dan ir-Regolament. |
(10) Il-Komunikazzjonijiet ipproponew approċċ integrat sabiex tintlaħaq il-mira Komunitarja ta' 120g CO2/km sa l-2012 u ħabbru li l-Kummissjoni kienet se tipproponi qafas leġiżlattiv biex tilħaq l-għan Komunitarju billi tiffoka fuq it-tnaqqis mandatorju ta' l-emissjonijiet ta’ CO2. B'hekk tintlaħaq il-mira ta' 130 g CO2/km għall-medja tal-flotta ta' karozzi ġodda permezz ta' titjib fit-teknoloġija ta’ vetturi motorizzati. B’konsistenza ma’ l-approċċ taħt l-impenji volontarji adottati mill-manifatturi, dan ikopri dawk l-elementi li jitqiesu fil-kejl ta’ l-emissjonijiiet ta’ CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri skond ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. Tnaqqis ulterjuri ta’ 10 g CO2/km, jew ekwivalenti jekk teknikament meħtieġ, se jirriżulta minn titjib teknoloġiku ieħor u minn użu aktar mifrux tal-bijofjuwils sostenibbli. Barra minn hekk, l-imġiba tal-konsumaturi għandha effett fuq l-emissjonijiet globali mill-karozzi tal-passiġġieri u għalhekk il-konsumaturi għandhom jingħataw tagħrif dwar jekk karozzi ġodda tal-passiġġieri jilħqux il-miri għall-emissjonijiet stabbiliti taħt dan ir-Regolament. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 10 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) Fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2007 u tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni tas-7 ta' Frar 2007, il-Parlament Ewropew ġibed l-attenzjoni li l-iżvilupp ta' tipi ġodda ta' karozzi jdum minn ħames sa seba' snin u għalhekk stieden lill-Kummissjoni biex ma tistabbilixxix miri għall-emissjonijiet ta' CO2 li jorbtu b'mod definittiv qabel l-2015. |
Ġustifikazzjoni | |
Fid-dawl tal-iżvilupp standard u taċ-ċikli ta' produzzjoni ta' minn ħames sa seba' snin tal-industrija tal-vetturi, miri li jorbtu jistgħu jkunu stabbiliti biss b'effett mill-2015. Data aktar bikrija għal dawn il-miri tkun bil-kuntrarju tar-realtajiet ekonomiċi. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 11 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11a) Sabiex ikunu żviluppati karozzi mingħajr emissjonijiet, ir-riżorsi tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp allokati għal teknoloġiji li jfittxu li jilħqu dak il-għan għandhom jiżdiedu drastikament. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jiġu investiti aktar flus fl-R+D għal teknoloġiji li jippermettu l-ħolqien ta’ karozzi mingħajr emissjonijiet. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(12) Sabiex tinżamm id-diversità tas-suq tal-karozzi u l-kapaċità tiegħu li jindirizza ħtiġijiet ta' konsumaturi diversi, il-miri ta’ CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri għandhom ikunu ddefiniti bħala funzjoni ta' l-utilità tal-karozzi fuq bażi lineari. Biex niddeskrivu din l-utilità, il-massa hija l-aqwa parametru peress li tipprovdi korrelazzjoni sodisfaċenti ma' l-emissjonijiet attwali u għalhekk tirriżulta f'miri aktar realistiċi u newtrali mil-lat ta' kompetizzjoni, filwaqt li d-dejta dwar il-massa hija aktar faċilment disponibbli. Id-dejta dwar il-parametru ta' utilità alternattiv tad-"daqs tal-pass" (wisa' bejn rota u oħra mmoltiplikat bejn it-tul bejn rota u oħra) madankollu għandha tinġabar sabiex jiġu faċilitati evalwazzjonijiet aktar fit-tul ta' l-approċċ ibbażat fuq l-utilità. Fl-istabbiliment tal-miri, l-evoluzzjoni antiċipata tal-massa tal-karozzi l-ġodda sa l-2012 għandha titqies, u għandhom jiġu evitati inċentivi biex tiżdied il-massa tal-vetturi sempliċement sabiex tiġi sfruttata ż-żieda konsekwenzjali tal-mira tat-tnaqqis ta’ CO2. Għalhekk, iż-żieda awtonoma li possibilment tevolvi fil-ġejjieni fir-rigward tal-massa ta' vetturi manifatturati u mibjugħa fuq is-suq ta' l-UE għandha titqies meta jkunu qed jiġu ddefiniti l-miri għall-2012. Fl-aħħarnett, id-differenzjazzjoni tal-miri għandha tinkoraġġixxi tnaqqis fl-emissjonijiet fil-kategoriji kollha tal-karozzi filwaqt li jiġi rikonoxxut li jista' jsir tnaqqis akbar ta' l-emissjonijiet għal karozzi itqal. |
(12) Sabiex tinżamm id-diversità tas-suq tal-karozzi u l-kapaċità tiegħu li jindirizza ħtiġijiet ta' konsumaturi diversi, il-miri ta’ CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri għandhom ikunu ddefiniti bħala funzjoni ta' l-utilità tal-karozzi fuq bażi lineari. Biex niddeskrivu din l-utilità, il-massa hija parametru xieraq li tipprovdi korrelazzjoni ma' l-emissjonijiet attwali u għalhekk tirriżulta f'miri aktar realistiċi u newtrali mil-lat ta' kompetizzjoni, filwaqt li d-dejta dwar il-massa hija aktar faċilment disponibbli. Id-dejta dwar il-parametri ta' utilità alternattivi bħad-"daqs tal-pass" (wisa' bejn rota u oħra mmoltiplikat bejn it-tul bejn rota u oħra) għandha tinġabar sabiex jiġu faċilitati evalwazzjonijiet aktar fit-tul ta' l-approċċ ibbażat fuq l-utilità. Il-Kummissjoni, sal-2014, għandha tirrevedi d-disponibilità tad-dejta u, jekk ikun il-każ, tadatta l-parametru tal-utilità. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jinħolqu inċentivi biex l-industrija tal-karozzi tinvesti f’teknoloġiji ġodda. Ir-Regolament jippromwovi attivament l-eko-innovazzjoni u jqis l-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni. B’dan il-mod, il-kompetittività ta’ l-Industrija Ewropea tittejjeb u jinħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità għolja. |
(13) L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jinħolqu inċentivi biex l-industrija tal-karozzi tinvesti f’teknoloġiji ġodda. Ir-Regolament jippromwovi attivament l-eko-innovazzjoni u jqis l-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni. L-iżvilupp ta' karozzi ibridi u tal-elettriku għandu jitħeġġeġ b'mod partikulari, peress li jipproduċu ħafna anqas emissjonijiet mill-karozzi tal-passiġġieri tradizzjonali. B’dan il-mod, il-kompetittività ta’ l-Industrija Ewropea tittejjeb u jinħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità għolja. Il-Kummissjoni tista' tqis il-possibilità li tinkludi miżuri ta' ekoinnovazzjoni fir-reviżjoni tal-proċeduri tat-test skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, filwaqt li jitqiesu l-impatti tekniċi u ekonomiċi. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 13 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Bħala rikonoxximent tal-ispejjeż għoljin ħafna ta' riċerka, żvilupp u produzzjoni unitarja tal-ġenerazzjonijiet bikrin ta' teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi ħafna ta' karbonju li se jiddaħħlu fis-suq wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, fuq bażi interim, dan ir-Regolament jinkorpora wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi bil-għan li jħaffu l-introduzzjoni fis-Suq Ewropew ta' vetturi b’livell estremament baxx ta' karbonju fl-istadji bikrin tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 13 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13b) L-użu ta' fjuwils alternattivi jista' joffri tnaqqis sinifikanti ta' CO2 fuq bażi "mill-bir għat-triq". Għalhekk dan ir-Regolament jinkorpora dispożizzjonijiet speċifiċi li għandhom l-għan li jħeġġu użu akbar ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv fis-Suq Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jitħeġġeġ l-użu ta' vetturi li jistgħu jużaw fjuwils alternattivi. Billi l-fjuwils alternattivi joffru l-possibilità li l-emissjonijiet tas-CO2 jitnaqqsu b'mod sinifikanti fuq bażi "mill-bir għat-triq", il-flotta tal-vetturi għandha tkun adattata biex ikunu jistgħu jintużaw dawn il-fjuwils. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 13 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13c) Bħala rikonoxximent tal-fatt li l-bijofjuwils jistgħu joffru tnaqqis sinifikanti ta' CO2 fuq bażi "mill-bir għat-triq", u li l-manifatturi jistgħu joffru vetturi bil-kapaċità li jaħdmu kemm bil-fjuwils konvenzjonali kif ukoll bil-fjuwils alternattivi sabiex jippermettu t-tranżizzjoni għal dawn il-fjuwils li jarmu anqas CO2, dan ir-Regolament jinkorpora dispożizzjonijiet speċifiċi bil-għan li jitħeġġeġ użu akbar ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv fis-Suq Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
X’aktarx li l-fornituri tal-fjuwil ma jipprovdux netwerk sħiħ biex wieħed jieħu l-fjuwil sakemm ma jkunx hemm domanda xierqa għall-fjuwil. Sabiex jinstab tarf ta' din il-problema, il-manifatturi tal-vetturi qed iżidu t-teknoloġija fil-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv sabiex ikunu jistgħu jagħrfu awtomatikament kombinazzjonijiet ta' fjuwil u ta' bijofjuwils kif ukoll jaħdmu awtomatikament b'dawn il-kombinazzjonijiet. B’din il-kapaċità teknoloġika addizzjonali, dawn il-vetturi jkunu jistgħu jaħdmu bil-bijofjuwils sakemm ikunu waslu biex jinbidlu (medja ta’ 12-il sena). Billi dawn il-bijofjuwils huma dejjem aktar disponibbli, dan jista’ jikkontribwixxi għal tnaqqis sinifikanti ħafna tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-flotta ta’ vetturi fuq bażi "mill-bir għat-triq". Bħalissa l-UE qed tistabbilixxi kriterji għall-bijofjuwils biex tkun żgurata s-sostenibilità tagħhom. | |
Il-mira tal-emissjonijiet ma tagħżilx bejn is-CO2 fossili u s-CO2 bijoloġiku. Jekk l-iskop tal-leġiżlazzjoni huwa li jitnaqqas il-kontribut antropoġeniku tas-CO2 fl-atmosfera, l-għan għandu jkun li jinstabu alternattivi għall-fjuwil fossili. L-aktar mod faċli li bih il-manifatturi jistgħu jissodisfaw il-leġiżlazzjoni proposta huwa li jibdew jimmanifatturaw il-magni diżil. Iżda l-leġiżlazzjoni għandha tkun miftuħa għal soluzzjonijiet ta' fjuwils alternattivi, li llum jistgħu ma jissodisfawx il-leġiżlazzjoni minkejja l-fatt li jipprovdu tnaqqis ta' CO2 fuq bażi "mill-bir għat-triq". | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 13 d (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13d) Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, għandu jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi, li jipproduċu ftit emissjonijiet u li ma jipproduċux emissjonijiet. Dan ir-Regolament se jippromwovi teknoloġiji bħal dawn billi t-tnaqqis ta' emissjonijiet mill-fjuwil alternattiv, mill-vetturi bi ftit emissjonijiet u bla emissjonijiet jista' jintuża biex jagħmel tajjeb għal emissjonijiet minn karozzi b'livelli ogħla ta' emissjonijiet fil-flotta tal-manifattur jew, bħala parti minn ftehim kummerċjali, fil-flotta ta' manifattur ieħor fl-istess għaqda. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Vetturi għal użi speċjali li għalihom japplikaw rekwiżiti speċifiċi għall-iskopijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip, inklużi vetturi mibnija speċifikament għal skopijiet kummerċjali biex jakkomodaw l-użu tal-wheelchairs ġewwa l-vettura skond il-politika tal-Komunità biex tingħata għajnuna lill-persuni b’diżabilità, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament. |
(16) Vetturi għal użi speċjali li għalihom japplikaw rekwiżiti speċifiċi għall-iskopijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip, jew vetturi mibnija speċifikament għal skopijiet kummerċjali biex jakkomodaw l-użu tal-wheelchairs ġewwa l-vettura skond il-politika tal-Komunità biex tingħata għajnuna lill-persuni b’diżabilità, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex il-vetturi mibnija speċifikament biex jgħabbu u jakkomodaw il-wheelchairs fil-vettura, li mhumiex omologati bħala vetturi aċċessibbli għall-wheelchairs iżda li għandhomm EWVTA sħiħa, ikunu jistgħu jiġu esklużi minn din il-leġiżlazzjoni. Dawn l-emendi jipprovdu l-ugwaljanza għall-vetturi kollha aċċessibbli għall-wheelchairs f'dan ir-Regolament. Dan ikun b'konformità mal-politiki Komunitarji ta' għajnuna għall-persuni diżabbli. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Id-Direttiva 2007/46/KEE tipprovdi li l-manifatturi għandhom joħorġu ċertifikat tal-konformità li għandu jakkumpanja kull karozza tal-passiġġieri ġdida u li l-Istati Membri għandhom jippermettu r-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' karozza tal-passiġġieri ġdida biss jekk din ikollha magħha ċertifikat validu tal-konformità. Id-dejta miġbura mill-Istati Membri għandha tkun konsistenti maċ-ċertifikat tal-konformità maħruġ mill-manifattur għall-karozza tal-passiġġieri. |
(21) Id-Direttiva 2007/46/KEE tipprovdi li l-manifatturi għandhom joħorġu ċertifikat tal-konformità li għandu jakkumpanja kull karozza tal-passiġġieri ġdida u li l-Istati Membri għandhom jippermettu r-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' karozza tal-passiġġieri ġdida biss jekk din ikollha magħha ċertifikat validu tal-konformità. Id-dejta miġbura mill-Istati Membri għandha tkun konsistenti maċ-ċertifikat tal-konformità maħruġ mill-manifattur għall-karozza tal-passiġġieri u għandha tkun ibbażata fuq din ir-referenza biss. Jekk l-Istati Membri, għal raġunijiet ġustifikati, ma jużawx iċ-ċertifikat ta’ konformità sabiex itemmu l-proċess ta’ reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta’ karozza tal-passiġġieri ġdida, għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-preċiżjoni li tixraq fil-proċedura ta' monitoraġġ. Għandu jkun hemm bażi ta’ dejta Ewropea standard u komuni għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tad-dejta. Din għandha tintuża bħala referenza unika li tippermetti li l-Istati Membri jżommu d-dejta ta’ reġistrazzjoni b’mod aktar faċli meta vetturi ġodda jiġu reġistrati mill-ġdid. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-użu ta’ netwerks elettroniċi mill-Istati Membri, bħal fil-każ tal-proġett REGNET, li jippermettu aktar integrazzjoni tal-iskambju ta' dejta ta' reġistrazzjoni, bħall-emissjonijiet tas-CO2, bl-iskop li jsir monitoraġġ eżatt. Barra minn dan, sabiex tippermetti lill-manifatturi jirreaġixxu għall-iżviluppi tas-suq, il-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-30 ta' Awwissu għal kull sena ta' monitoraġġ, għandha tagħmel ir-rapport interim tal-monitoraġġ disponibbli għal kull manifattur għal dik is-sena. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri kollha għandhom ikunu obbligati li jużaw bħala referenza ewlenija (eż. għaċ-ċifri tas-CO2) iċ-ċertifikat ta’ konformità (CoC) bħala l-bażi għall-monitoraġġ (fil-preżent madwar 12-il Stat Membru tal-UE ma jużawx dan id-dokument sabiex itemmu il-proċess ta' reġistrazzjoni nazzjonali). Għalhekk, għandha tinħoloq bażi ta’ dejta ċentrali Ewropea għall-ġbir ta’ dejta bħal din. Din tippermetti wkoll lill-manifatturi sabiex jipprovdu aġġornamenti f’waqthom fil-każ ta’ tibdiliet tekniċi fil-vetturi tagħhom. Huwa importanti ħafna li l-manifatturi jkunu jafu minn kmieni x’se tkun iċ-ċifra uffiċjali tas-CO2 u għalhekk il-kalkoli provviżorji u r-rapport interim tal-Kummissjoni jridu jsiru kull sitt xhur. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Il-konformità tal-manifatturi mal-miri f'dan ir-Regolament għandhom jiġu vvalutati fuq il-livell Komunitarju. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tagħhom jaqbżu dawk permessi f'dan ir-Regolament għandhom iħallsu primjum għall-emissjonijiet żejda fir-rigward ta’ kull sena kalendarja mill-2012 ‘il quddiem. Il-primjum għandu jkun ibbażat fuq kemm il-manifatturi jkunu naqsu milli jilħqu l-mira tagħhom. Għandu jiżdied biż-żmien. Sabiex ikun ta' inċentiv biżżejjed biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri, il-primjum għandu jirrifletti l-ispejjeż teknoloġiċi. L-ammonti tal-primjum fuq l-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea. |
(22) Il-konformità tal-manifatturi mal-miri f'dan ir-Regolament għandhom jiġu vvalutati fuq il-livell Komunitarju. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tagħhom jaqbżu dawk permessi f'dan ir-Regolament għandhom iħallsu primjum għall-emissjonijiet żejda fir-rigward ta’ kull sena kalendarja mill-2012 'il quddiem. Il-primjum għandu jkun ibbażat fuq kemm il-manifatturi jkunu naqsu milli jilħqu l-mira tagħhom. Għandu jiżdied biż-żmien. Sabiex ikun ta' inċentiv biżżejjed biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri, il-primjum għandu jkun ogħla mill-ispejjeż teknoloġiċi. L-ammonti tal-primjum fuq l-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea u għandhom jintużaw biex jiżdied l-appoġġ għar-riċerka dwar it-tnaqqis tas-CO2 u għal attivitajiet ta' innovazzjoni fis-settur tal-vetturi. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tkun żgurata l-konformità b'mod effettiv mal-mira medja tal-UE, il-primjum għandu jkun ogħla mill-ispejjeż teknoloġiċi. Huwa importanti li l-fondi kkonċernati jintużaw għar-riċerka u għall-attivitajiet ta' innovazzjoni fis-settur tal-vetturi. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 23 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23a) Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda1 tistabbilixxi li l-konsumaturi għandhom jingħataw dejta ċara dwar il-konsum ta' fjuwil u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 għal kull karozza tal-passiġġieri, sabiex ikunu jistgħu jixtru b'mod infurmat. |
|
1 ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-materjal promozzjonali użat għall-kummerċjalizzazzjoni ta' karozza ġdida tal-passiġġieri jrid ikun fih dejta dwar il-konsum ta' fjuwil u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 għall-mudell li jirreferi għalih. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Suġġett u għanijiet |
Suġġett, għanijiet u miri |
Dan ir-Regolament jistabilixxi r-rekwiżiti ta’ rendiment rigward l-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri, sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-suq intern u sabiex jintlaħaq l-għan kumplessiv ta’ l-UE li l-flotta medja ta’ karozzi ġodda għandha tikseb emissjonijiet ta’ CO2 ta’ 120g CO2/km. Ir-Regolament jistabbilixxi l-emissjonijiet medji ta’ CO2 għall-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri f’livell ta’ 130g CO2/km permezz ta’ titjib fit-teknoloġija tal-vetturi motorizzati kif imkejla skond ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jiġi appoġġat minn miżuri addizzjonali li jikkorrispondu għal 10g/km bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità. |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rendiment rigward l-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri, sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-suq intern u sabiex jintlaħaq l-għan kumplessiv li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2, anke fis-settur tat-trasport. Ir-Regolament jistabbilixxi mira, għall-flotta ta’ karozzi ġodda, ta' medja ta' 120 g CO2/km sa mill-1 ta' Jannar 2012. |
|
Mill-2012 ir-Regolament jistabbilixxi l-emissjonijiet medji ta’ CO2 għall-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri f’livell ta’ 130g CO2/km permezz ta’ titjib fit-teknoloġija tal-vetturi motorizzati kif imkejla skond ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jiġi appoġġat minn miżuri addizzjonali li jikkorrispondu għal 10g/km bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità. Mill-2020 ir-Regolament jistabbilixxi mira, għall-flotta ta' karozzi ġodda, ta' emissjonijiet medji ta’ mhux aktar minn 95g CO2/km sa mill-1 ta' Jannar 2020 permezz ta’ titjib fit-teknoloġija tal-magni tal-vetturi kif imkejjel skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li ma taqbiżx l-2 610 kg u vetturi li għalihom hija estiża l-approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 ('karozzi tal-passiġġieri') li huma rreġistrati fil-Komunità għall-ewwel darba u li qatt ma kienu rreġistrati barra l-Komunità ('karozzi ġodda tal-passiġġieri'). |
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE u vetturi li għalihom hija estiża l-approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 ('karozzi tal-passiġġieri') li huma rreġistrati fil-Komunità għall-ewwel darba ('karozzi ġodda tal-passiġġieri'). |
Ġustifikazzjoni | |
L-eliminazzjoni tal-massa bħala referenza għall-qasam ta' applikazzjoni tar-Regolament attwali tevita li vetturi tqal ħafna jkunu eżentati minnu. Sabiex il-manifatturi Ewropej tal-vetturi jkunu mħeġġa jinvestu f’teknoloġiji ġodda li jżidu l-effiċjenza enerġetika u li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, jeħtieġ li ma jiddaħħlux vantaġġi speċifiċi għal vetturi ġodda impurtati minn barra l-Komunità. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Ma japplikax għal vetturi għal skopijiet speċjali kif definiti fil-paragrafu 5 ta' l-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE. |
3. Ma japplikax għal vetturi għal skopijiet speċjali kif definiti fil-paragrafu 5 ta' l-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE jew għal vetturi mibnija speċifikament għal raġunijiet kummerċjali biex jakkomodaw l-użu tal-wheelchairs kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex il-vetturi mibnija speċifikament biex jgħabbu u jakkomodaw il-wheelchairs fil-vettura, li mhumiex omologati bħala vetturi aċċessibbli għall-wheelchairs iżda li għandhomm EWVTA sħiħa, ikunu jistgħu jiġu esklużi minn din il-leġiżlazzjoni. Dawn l-emendi jipprovdu l-ugwaljanza għall-vetturi kollha aċċessibbli għall-wheelchairs f'dan ir-Regolament. Dan ikun b'konformità mal-politiki Komunitarji ta' għajnuna għall-persuni diżabbli. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Il-vetturi ppjanati għal funzjoni soċjali partikulari kif stabbilit fl-Artikolu 3(1)(fa) m'għandhomx ikunu koperti mill-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
In-numru ta' dawn il-vetturi huwa relattivament żgħir, u allura huwa ġustifikabbli li jkun hemm deroga sabiex ir-regoli dwar is-CO2 jkunu aċċettabbli mil-lat soċjali. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) 'daqs tal-pass' tfisser il-wisa' bejn rota u oħra (track width) immoltiplikat bit-tul bejn rota u oħra (wheelbase) kif iddikjarat fiċ-ċertifikat tal-konformità u kif definit fit-taqsima 2.1 u 2.3 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE; |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) 'vetturi magħmula apposta biex iwettqu ħtiġijiet soċjali speċifiċi' tfisser vetturi tal-kategorija M1 li huma jew: |
|
(i) vetturi għal skopijiet speċjali kif definiti fid-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 000kg, jew |
|
(ii) vetturi b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 000kg u magħmulin apposta biex iġorru 7 persuni jew aktar inkluż is-sewwieq bl-esklużjoni ta' vetturi tal-kategorija M1G kif definiti fid-Direttiva 2007/46/KE, jew |
|
(iii) vetturi b'massa ta' referenza li taqbeż l-1 760kg mibnija speċifikament għal raġunijiet kummerċjali sabiex jakkomodaw l-użu tal-wheelchairs fil-vettura. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-vetturi definiti jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-funzjonijiet tat-trasport speċifiċi, bħall-karozzi tal-linja mekkuk (shuttle buses) u s-servizzi tas-salvataġġ u tal-irkupru. Ħafna drabi vetturi bħal dawn ikollhom binja speċifika (ogħla, usa' jew itqal) b'gerijiet speċjali u għaldaqstant b'emissjonijiet kemm kemm ogħla ta' CO2. M'hemmx volum kbir ta' dawn il-grupp ta' vetturi u l-livelli kemm kemm ogħla ta' emissjonijiet ta' CO2 huma negliġibbli fir-rigward tal-impatt globali tagħhom fuq il-mira tal-leġiżlazzjoni dwar is-CO2. | |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fb) 'vettura b'emissjonijiet ultrabaxxi ta' karbonju' tfisser vettura li tipproduċi anqas minn 50g CO2/km, imkejla skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u speċifikati bħala l-massa ta' emissjonijiet ta' CO2 (ikkombinata) fiċ-ċertifikat ta' konformità; |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fc) ‘vettura li taħdem bi fjuwil alternattiv’ tfisser vettura kif definita fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u fil-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu; |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament Euro V diġà jiddeskrivi l-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv bħala vetturi b’sistema waħda ta’ ħżin tal-fjuwil li jistgħu jaħdmu b’taħlitiet differenti ta’ żewġ fjuwils jew aktar (bijofjuwils). | |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għas-sena kalendarja li tibda mill-1 ta' Jannar 2012 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri għandu jassigura li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ma jaqbżux il-mira speċifika ta' emissjonijiet determinata skond l-Anness I jew, fejn manifattur ngħata deroga taħt l-Artikolu 9, skond dik id-deroga. |
Għas-sena kalendarja li tibda mill-1 ta' Jannar 2012 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri għandu jassigura li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ma jaqbżux il-mira speċifika ta' emissjonijiet determinata skond l-Anness I jew, fejn manifattur ingħata deroga taħt l-Artikolu 9, skond dik id-deroga. |
|
Għas-sena kalendarja li tibda fl-1 ta' Jannar 2020 u għal kull sena kalendarja ta' wara, kull manifattur ta' vetturi tal-passiġġieri għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi tiegħu ta' CO2 ma jaqbżux il-mira speċifika tiegħu ta' emissjonijiet stabbilita skont l-Anness I kif emendat b'konformità mal-Artikolu 10(2a)(b). |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4a |
|
Vetturi b'emissjonijiet ultra baxxi ta' karbonju |
|
Bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-1 ta' Jannar 2016, għall-finijiet tal-konformità tal-manifatturi individwali tal-karozzi tal-passiġġieri mal-mira speċifika ta’ emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4, kull vettura b’emissjonijiet ultrabaxxi ta' karbonju rreġistrata fl-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifattur fuq bażi ta’ fattur multiplu ta': |
|
2012-2013: 4 darbiet |
|
2014: 3 darbiet |
|
2015: darbtejn. |
|
Mill-1 ta' Jannar 2016 dan il-fattur multiplu ma jibqax jgħodd. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 4 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4b |
|
Mira speċifika ta' emissjonijiet għal vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv |
|
Sabiex tkun stabbilita l-konformità tal-manifatturi individwali tal-karozzi tal-passiġġieri mal-mira speċifika tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4, l-emissjonijiet ta' CO2 kif iddikjarati fiċ-ċertifikat ta' konformità għal kull vettura li taħdem bi fjuwil alternattiv, kif definita fir-Regolament (KE) Nru 715/2007, irreġistrata fl-Unjoni Ewropea għandhom jitnaqqsu b'mod lineari minn 0 għal 20%, b'massimu ta' 25g CO2/km, jekk tal-anqas 30% tal-pompi fl-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura jipprovdu fjuwils alternattivi għal dawn il-vetturi li jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibilità stipulati fid-Direttiva ... [id-Direttiva dwar l-Enerġija li Tiġġedded]. It-tnaqqis m'għandux jgħodd għall-vetturi b'massa ta' aktar minn 2 000 kg, jew jekk it-tnaqqis jinkiseb permezz tal-użu ta' fjuwils alternattivi li ma jkunux disponibbli għall-użu kummerċjali fil-Komunità. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Ħlief fejn tingħata notifika taħt il-paragrafu 3, il-manifatturi f’għaqda li għaliha tiġi rreġistrata l-informazzjoni mal-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħallikieku huma manifattur wieħed għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
7. Ħlief fejn tingħata notifika taħt il-paragrafu 3, il-manifatturi f’għaqda li għaliha tiġi rreġistrata l-informazzjoni mal-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħallikieku huma manifattur wieħed għall-finijiet li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 4. Informazzjoni dwar monitoraġġ u rappurtaġġ tkun dokumentata, rappurtata u disponibbli fir-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 6(4) għall-manifaturri individwali kif ukoll għall-għaqdiet. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għas-sena li tibda mill-1 ta' Jannar 2010 u kull sena sussegwenti, kull Stat Membru għandu informazzjoni għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri li tkun irreġistrata fit-territorju tiegħu skond il-Parti A ta' l-Anness II. |
1. Għax-xahar li jibda mill-1 ta' Jannar 2012 u kull xahar sussegwenti, kull Stat Membru għandu jiddokumenta informazzjoni għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri li tkun irreġistrata fit-territorju tiegħu skond il-Parti A ta' l-Anness II. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-manifatturi u għall-importaturi jew ir-rappreżentanti magħżula tagħhom f'kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jiżguraw li l-entitajiet li jirrappurtaw jaħdmu b'mod trasparenti u mhux burokratiku. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet medji għandhom jibdew kif u meta r-Regolament jidħol fis-seħħ, sabiex jiġi evitat li jkun hemm tgħawwiġ fis-suq u diskriminazzjoni kontra l-manifatturi. Għaldaqstant il-miżuri m'għandhomx jibdew qabel l-2012, għandhom isiru ta' kull xahar u għandhom ikunu disponibbli għall-manifatturi tal-vetturi sabiex il-manifatturi u l-klijenti jkunu aktar involuti fl-ilħuq ta' dawn il-miri. L-għan ta’ din l-emenda huwa li jkun żgurat li l-entitajiet nazzjonali ta’ rappurtaġġ ma jiġġenerawx spejjeż mhux meħtieġa għall-operat tagħhom u li jaħdmu bl-aktar mod effettiv possibbli u kemm jista’ jkun mingħajr burokrazija. | |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Sat-28 ta' Frar 2011 u kull sena sussegwenti, l-Istat Membru għandu jiddetermina u jittrasferixxi lill-Kummissjoni l-informazzjoni elenkata fil-Parti B ta' l-Anness II fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti. Id-dejta għandha tintbagħat skond il-format speċifikat fil-Parti C ta' l-Anness II. |
2. Sat-28 ta' Frar 2011 u kull sena sussegwenti, l-Istat Membru għandu jiddetermina u jittrasferixxi lill-Kummissjoni l-informazzjoni, verifikata minn awditur ċertifikat, elenkata fil-Parti B ta' l-Anness II fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti. Id-dejta għandha tintbagħat skond il-format speċifikat fil-Parti C ta' l-Anness II. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-verifika tad-dejta tal-Istati Membri minn awditur ċertifikat għandha tiżgura li l-Istati Membri jiġbru u jimmoniterjaw iċ-ċifri rigward is-CO2 li jidhru fuq iċ-Ċertifikat ta’ Konformità u li l-mudelli tal-karozzi jkunu attribwiti lill-manifatturi t-tajba. | |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-manifatturi jistgħu, fi żmien xahrejn minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu proviżorju skond il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żbalji fid-dejta, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih iqisu li jkun seħħ l-iżball. |
5. Il-manifatturi jistgħu, fi żmien tliet xhur minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu proviżorju skond il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żbalji fid-dejta, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih iqisu li jkun seħħ l-iżball. |
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe notifiki mill-manifatturi u għandha, sat-30 ta' Settembru, tikkonferma inkella temenda u tikkonferma l-kalkoli proviżorji skond il-paragrafu 4. |
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe notifiki mill-manifatturi u għandha, sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara, tikkonferma inkella temenda u tikkonferma l-kalkoli proviżorji skond il-paragrafu 4. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa kruċjali li d-dejta miġbura mill-Istati Membri tkun eżatta sabiex isir kalkolu eżatt taċ-ċifri tal-miri speċifiċi ta' tnaqqis tal-manifatturi. Għaldaqstant il-perjodu li matulu l-manifatturi jistgħu jiġbdu l-attenzjoni dwar nuqqasijiet fid-dejta għandu jiġi estiż għal tal-anqas tliet xhur. | |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti għall-ġbir u l-komunikazzjoni tad-dejta ta' monitoraġġ skond dan ir-Regolament u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjon dwar l-awtorità komepetenti nnominata sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
7. L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti għall-ġbir u l-komunikazzjoni tad-dejta ta' monitoraġġ skond dan ir-Regolament u għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjon dwar l-awtorità komepetenti nnominata sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-ammonti tal-primjum fuq l-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea. |
5. L-ammonti tal-primjum fuq l-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea u għandhom jintużaw biex jiżdiedu l-attivitajiet ta' riċerka ħalli jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-vetturi u għall-iżvilupp ta' vetturi mingħajr emissjonijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li l-fondi konċernati jintużaw għar-riċerka u għall-attivitajiet ta' innovazzjoni fis-settur tal-karozzi. | |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) il-massa medja għall-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri fil-Komunità fis-sena kalendarja preċedenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa propost li l-massa medja għall-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri tkun pubblikata wkoll. | |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Applikazzjoni għal deroga mill-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi kkalkulata skond l-Anness I tista’ ssir minn manifattur li: |
1. Applikazzjoni għal deroga mill-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi kkalkulata skond l-Anness I tista’ ssir minn manifattur li: |
(e) huwa responsabbli għal inqas minn 10,000 karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fil-Komunità kull sena kalendarja; kif ukoll |
(a) huwa responsabbli għal inqas minn 10,000 karozza ġdida tal-passiġġieri rreġistrata fil-Komunità kull sena kalendarja; kif ukoll |
(f) li mhux marbut ma manifattur ieħor. |
(b) li mhux marbut ma' manifattur ieħor tal-karozzi jew |
|
(ba) li għandu impriżi konnessi, u dawn kollha flimkien huma responsabbli għal anqas minn 10 000 karozza ġdida tal-passiġġieri rreġistrata fil-Komunità kull sena kalendarja. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tiċċara u tissimplifika l-qasam ta' applikazzjoni tad-deroga filwaqt li tibqa' b'mod strett taħt il-limitu minimu ta' 10 000. Jista' jkun hemm każi fejn żewġ manifatturi konnessi jirreġistraw anqas minn 10 000 karozza ġdida tal-passiġġieri. M'għandhomx jitqiesu bħala manifatturi konnessi. | |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) mira speċifika ta' l-emissjonijiet konsistenti mal-potenzjal tat-tnaqqis, inkluż il-potenzjal teknoloġiku biex inaqqas l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 |
(d) mira speċifika ta' l-emissjonijiet konsistenti mal-kapaċità teknika, il-mezzi finanzjarji u l-potenzjal u ta' tnaqqis ta' CO2 tal-mudelli tal-manifattur, meta mqabbel mal-kompetituri diretti. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tfassal il-kriterji li minnhom għandhom jiġu stabbiliti u evalwati l-miri individwali għal ċertezza u prevedibilità legali akbar filwaqt li jiġi mħeġġeġ it-tnaqqis tal-emissjonijiet. | |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Meta l-Kummissjoni tqis li manifattur ikun eliġibbli għal deroga skond il-paragrafu 1 u tkun sodisfatta li l-mira ta' l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal teknoloġiku għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tiegħu, il-Kummisjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur. Id-deroga għandha tapplika mill-1 ta' Jannar tas-sena wara l-applikazzjoni. |
3. Meta l-Kummissjoni tqis li manifattur ikun eliġibbli għal deroga skond il-paragrafu 1 u tkun sodisfatta bil-mira ta' l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 proposta mill-manifattur, il-Kummisjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur. Meta tieħu din id-deċiżjoni l-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji speċifikati fil-paragrafu 2(d). Id-deroga għandha tapplika mill-1 ta' Jannar tas-sena wara l-applikazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda meħtieġa għal raġunijiet ta' konsistenza mal-emenda għall-Artikolu 9, paragrafu 2, punt (d). | |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. Meta l-Kummissjoni tqis li l-manifattur ma jkunx qed iwettaq il-programm ta' tnaqqis li jissemma fl-applikazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni tista' tirrevoka d-deroga. |
6. Meta l-Kummissjoni tqis li l-manifattur ma jkunx qed iwettaq il-programm ta' tnaqqis li jissemma fl-applikazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni tista' timponi primjum għall-emissjonijiet żejda fuq il-manifattur, kif stipulat fl-Artikolu 7. |
Ġustifikazzjoni | |
Jekk manifattur jaqbeż il-mira tiegħu fir-rigward ta' emissjonijiet stipulata fl-applikazzjoni tiegħu għal deroga, revoka tad-deroga tkun miżura sproporzjonata. Minflok, l-istess sistema ta' primjums għall-emissjonijiet żejda kif inhi prevista għall-manifatturi tal-massa għandha tkun applikata għal dak il-manifattur. B'hekk il-proċess għall-manifatturi ż-żgħar ikun aktar konformi mal-proċess għall-manifatturi tal-massa. | |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 7 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7a. Applikazzjoni għal deroga li tinkludi l-informazzjoni li tissostanzjaha, kif ukoll kwalunkwe notifika skont il-paragrafu 4, kwalunkwe revoka skont il-paragrafu 5 jew 6, jew miżuri msemmija fil-paragrafu 7 għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 7 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7b. Manifattur jista' japplika mal-Kummissjoni biex jitħalla jissodisfa mira alternattiva li tkun tnaqqis ta' 25% tal-emissjonijiet speċifiċi medji tiegħu fl-2006, minflok il-mira speċifika tiegħu ta' emissjonijiet ikkalkulata skont l-Anness I, sakemm: |
|
(a) m'għandux impriżi konnessi, u huwa responsabbli għal bejn 10 000 u 300 000 karozza ġdida tal-passiġġieri rreġistrata fil-Komunità kull sena kalendarja; jew |
|
(b) għandu impriżi konnessi, u dawn kollha flimkien huma responsabbli għal bejn 10 000 u 300 000 karozza ġdida tal-passiġġieri rreġistrata fil-Komunità kull sena kalendarja. |
|
Impriżi konnessi jistgħu japplikaw mal-Kummissjoni biex jitħallew jissodisfaw mira alternattiva li tkun tnaqqis ta' 25% tal-emissjonijiet speċifiċi medji tagħhom it-tnejn fl-2006, minflok il-miri speċifiċi tagħhom ta' emissjonijiet ikkalkulati skont l-Anness I, sakemm dawk l-impriżi konnessi, meta jitqiesu ma' kull impriża konnessa oħra, ikunu responsabbli għal bejn 10 000 u 300 000 karozza ġdida tal-passiġġieri rreġistrata fil-Komunità kull sena kalendarja. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta tal-Kummissjoni tagħti lill-manifatturi f'qasam partikulari (li jimmanifatturaw firxa żgħira ta' karozzi) miri li ma jistgħux jintlaħqu u li huma ħafna aktar ibsin minn dawk tal-kompetituri diretti tagħhom. Il-kompetituri tagħhom, li jew ibigħu firxa usa' ta' karozzi jew huma parti minn grupp, mhumiex mitluba jagħmlu l-istess livell ta' sforz anke jekk ibigħu karozzi b'emissjonijiet simili ta' CO2. L-emenda tippermetti lill-manifatturi f'qasam partikulari li jagħżlu mira minima ta' 25%. Dan huwa tnaqqis sinifikanti ħafna fl-emissjonijiet ta' CO2 meta mqabbel mal-medja tal-industrija ta' 19%, u għalhekk jirriżulta f'impatt negliġibbli fuq l-eżitu ambjentali. | |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 9 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 9a |
|
L-Ekoinnovazzjonijiet |
|
1. L-ekoinnovazzjonijiet huma teknoloġiji innovattivi fil-karozzi li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 b'mod verifikabbli tkun xi tkun l-imġiba tas-sewwieq iżda li mhumiex riflessi jew mhumiex riflessi biżżejjed fil-kejl tas-CO2 skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007. |
|
2. Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament għandu jiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għal ekoinnovazzjonijiet, inkluż it-tnaqqis reali ta' CO2 marbut ma' teknoloġija. |
|
3. Applikazzjoni għal ekoinnovazzjoni tista' tiġi ppreżentata mill-manifatturi jew il-fornituri ta' din it-teknoloġija. L-applikazzjonijiet iridu jkunu ssostanzjati b'dejta teknika dwar it-tnaqqis ta' CO2 marbut ma' teknoloġija. Dejta bħal din trid tkun iċċertifikata minn parti terza. L-istituzzjonijiet innotifikati skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2007/46/KE jistgħu jaġixxu bħala partijiet terzi. |
|
4. L-ekoinnovazzjonijiet għandhom jitqiesu fil-monitoraġġ ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' krediti mogħtija għall-istallazzjoni tagħhom bħala tagħmir standard f'tipi ta' vettura jew f'verżjonijiet tagħhom. Il-kreditu marbut ma' teknoloġija m'għandux ikun ogħla minn 75% tat-tnaqqis reali ta' CO2 deċiż skont il-paragrafu 2. Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12(1) jista' wkoll iqiegħed limitu fuq il-validità tal-krediti maż-żmien, jew jiddeċiedi li dawn il-krediti għandhom jiġu applikati b'mod digressiv matul ċertu perjodu ta' żmien. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament finali għandu joffri inċentivi biex tiżdied l-effiċjenza tal-awżiljarji/komponenti anke jekk il-benefiċċju tagħhom fir-rigward ta' CO2 ma jidhirx fil-kejl ta' CO2 skont ir-Regolament 715/2007. Huma biss dawk it-teknoloġiji li mhemmx dubju li jwasslu għal tnaqqis reali ta' CO2 li għandhom jitqiesu bħala ekoinnovazzjonijiet, filwaqt li l-impatt tagħhom irid ikun verifikat minn servizz tekniku kompetenti bħal dawk użati fl-approvazzjoni tat-tip tal-UE. | |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness I: |
|
(a) sat-30 ta' Ġunju 2016 u fit-30 ta' Ġunju kull tliet snin wara sabiex iċ-ċifra M0 tkun il-medja tal-massa medja tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri fl-aħħar tliet snin kalendarji li għalihom tkun ġiet ippubblikata massa medja bi qbil mal-Artikolu 8(1)(da); kif ukoll |
|
(b) sat-30 ta' Ġunju 2019 sabiex iċ-ċifra '130' tkun issostitwita minn ċifra mhux ogħla minn '95' u sabiex l-ittra 'a' twassal għal qsim tal-isforzi bejn il-manifatturi li jkun kemm jista' jkun konformi ma' dak implikat minn dan ir-Regolament għas-sena 2012. |
|
L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara. |
|
Emenda bħal din, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-iżviluppi teknoloġiċi bil-għan li temenda kif xieraq id-dispożizzjonijiet tar-Regolament KE Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur (traduzzjoni mhux uffiċjali). |
3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-iżviluppi teknoloġiċi bil-għan li temenda kif xieraq id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur (traduzzjoni mhux uffiċjali). B'mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-proċeduri għall-kejl ta' emissjonijiet tas-CO2 u l-possibilitajiet li t-test għall-emissjonijiet tas-CO2 jiġi inkluż fl-evalwazzjoni tal-konformita waqt it-tħaddim bla ma jtellef l-introduzzjoni rapida ta' teknoloġiji ġodda li għadhom ma ġewx ippruvati ħafna (eż. batteriji, ċelloli tal-fjuwil) biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2. |
Ġustifikazzjoni | |
Jista' jkun meħtieġ l-aġġornament jew is-sostituzzjoni tal-proċeduri tat-testijiet biex jiġu riflessi l-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi u l-imġiba tas-sewwieq u biex ikun żgurat li l-emissjonijiet reali jikkorrispondu għal dawk imkejla waqt l-approvazzjoni tat-tip. L-emissjonijiet ta' CO2 minn mudelli li ntużaw fit-traffiku normali għal xi snin jistgħu jkunu differenti minn dak li jitkejjel waqt l-approvazzjoni tat-tip. L-inklużjoni ta' test tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-evalwazzjoni tal-konformita waqt l-użu ittejjeb il-leġiżlazzjoni biex ikun żgurat li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi li qed jintużaw ma jiżdidux meta mqabbla ma' dawk imkejla waqt l-approvazzjoni tat-tip. F'vetturi li għandhom teknoloġiji ġodda li għadhom ma ġewx ippruvati biżżejjed, (eż. batteriji, ċelloli tal-fjuwil) għandhom jiġu permessi xi derogi sabiex ma tiġix ostakolata l-introduzzjoni rapida ta' teknoloġiji ġodda li għandhom potenzjal kbir għal tnaqqis fuq medda twila ta' żmien. | |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 - subparagrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
B'mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti sal-2010, kif xieraq, biex tiżgura li l-proċeduri għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu jiġu adottati u riveduti sussegwentement fuq bażi regolari, b'konformita mal-Artikolu 14(3) ta' dak ir-Regolament, biex jiġu riflessi aħjar il-kundizzjonijiet reali tas-sewqan u l-imġiba vera tal-karozzi fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2, kif ukoll biex l-ekoinnovazzjonijiet rilevanti kollha jkunu inkorporati ma' dawn il-proċeduri. |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, sal-2015, il-karozzi b'kull tip ta' piż ikunu koperti b'dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Xi karozzi tal-passiġġieri għandhom massa ta' referenza li taqbeż il-massimu ta' 2 840kg speċifikat fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament EURO 5/6. Eżempju ta' karozza bħal din huwa l-Hummer H2 b''kerb weight' ta' 2 902 kg. Skont il-proposta attwali, dawn il-karozzi huma eżentati mil-leġiżlazzjoni. Din il-lakuna għandha titneħħa sabiex ikun evitat li żieda fl-SUVs tqal ħafna ma twassalx għar-riskju li ma tintlaħaqx il-mira medja tal-flotta tal-karozzi tal-UE. | |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3b. Il-Kummissjoni, sal-31 ta' Diċembru 2014, għandha tressaq proposta għal regolament li jistabbilixxi l-livell medju ta' emissjonijiet imsemmi fl-Anness I, li f'kull każ ma jistax ikun ogħla minn 95g ta' CO2, li għandu jinkiseb mill-flotta l-ġdida ta' karozzi sal-1 ta' Jannar 2020. |
|
Dik il-proposta għandha tkun preċeduta minn evalwazzjoni ġenerali tal-impatt fuq l-industrija tal-karozzi u l-industriji marbuta magħha, flimkien ma' analiżi preċiża tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji, filwaqt li jitqies l-iżvilupp tal-innovazzjonijiet teknoloġiċi għat-tnaqqis tas-CO2. Il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi li jirrigwardaw il-ftehimiet internazzjonali dwar il-perjodu ta' wara l-2012, meta tkun qiegħda tistabbilixxi l-livell medju tal-emissjonijiet. |
|
Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-possibilità li twarrab id-distinzjoni attwali bejn il-miżuri varji li jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira speċifika ta' tnaqqis, partikolarment fir-rigward ta' miżuri marbuta mal-vetturi bil-mutur u miżuri kumplimentari oħra. |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
|
3c. Il-Kummissjoni, sal-2014 u wara li jsir evalwazzjoni tal-impatt, għandha tippubblika rapport dwar id-disponibilità tad-dejta dwar id-daqs tal-pass, bħala parametru ta' utilità biex jiġu ddeterminati objettivi speċifiċi ta' emissjonijiet u, jekk ikun il-każ, temenda l-Anness I skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Mill-ewwel ta' Jannar 2010, il-manifatturi għandhom jiżguraw li t-tikketti, il-kartelluni jew il-letteratura promozzjonali kollha tat-tip imsemmi fl-Artikolu 3, 5 u 6 tad-Direttiva 1999/94/KE jindikaw kemm l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozza tal-passiġġieri offruta għal bejgħ huma differenti mill-mira speċifika ta' emissjonijiet għal dik il-karozza tal-passiġġieri skond l-Anness I. |
Mill-ewwel ta' Jannar 2010, l-informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi dwar l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri għandha tkun regolata mid-Direttiva 1999/94/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi hi regolata l-aħjar fi ħdan il-qafas tad-Direttiva 1999/94/KE. | |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 11 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 11a |
|
Informazzjoni għas-sewwieq fil-karozza |
|
Mill-1 ta' Jannar 2012 il-manifatturi li jitolbu l-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi M1 kif definiti fid-Direttiva 2007/46/KE skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2005 għandhom jarmaw kull vettura b'moniter tal-kunsum tal-fjuwil. |
Ġustifikazzjoni | |
Bosta testijiet ikkonfermaw li hemm diskrepanza bejn l-emissjonijiet reali ta' CO2 u l-emissjonijiet imkejla skont iċ-ċiklu ta' testijiet tal-UE. Moniter tal-konsum tal-fjuwil jista' jgħin biex din id-diskrepanza tispiċċa peress li juri lis-sewwieq kemm qed tikkonsma fjuwil il-karozza waqt is-sewqan. Dan jista' jinkoraġġixxi s-sewqan ekoloġiku li jwassal għal konsum anqas ta' fjuwil meta l-karozza tintuża fil-ħajja ta' kuljum. Effetti pożittivi oħra ta' stili ta' sewqan aktar ekonomiċi huma anqas inċidenti, tnaqqis ta' NOx u ta' emissjonijiet ta' partikuli, anqas storbju u anqas therrir tat-tajers u tal-'powertrain'. | |
Emenda 49 Proposta għal regolament Anness II – parti A – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta' konformità għall-karozza rilevanti tal-passiġġieri. Meta ċertifikat tal-konformità jispeċifika kemm il-massa minima kif ukoll dik massima għal karozza tal-passiġġieri, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu juża biss iċ-ċifra massima. |
2. Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta' konformità għall-karozza rilevanti tal-passiġġieri. Meta ċertifikat tal-konformità jispeċifika kemm il-massa minima kif ukoll dik massima għal karozza tal-passiġġieri, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu juża biss iċ-ċifra massima. Fil-każ ta' vetturi li jużaw żewġ fjuwils (petrol/gass) li ċ-ċertifikati ta' konformità tagħhom juru ċifri speċifiċi ta' emissjonijiet ta' CO2 għaż-żewġ tipi ta' fjuwil, l-Istati Membri għandhom jużaw biss iċ-ċifra mkejla għall-gass. |
Ġustifikazzjoni | |
Skont iċ-ċifri uffiċjali, il-vetturi li jużaw żewġ fjuwils jaħdmu kważi esklussivament bil-gass. Barra minn hekk, l-użu ta' fjuwils f'forma ta' gass bħala alternattiva għall-petrol għandu jitħeġġeġ, bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 u li jiġu diversifikati l-provvisti ta' enerġija. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta għal regolament, li tistabbilixxi rekwiżiti ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 għal karozzi ġodda tal-passiġġieri, tagħmel parti minn strateġija aktar ambizzjuża, li skontha l-UE impenjat ruħha b'mod riżolut u unilaterali li tnaqqas il-livelli tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra b'tal-anqas 20% sal-2020.
Is-settur tat-trasport fit-toroq huwa t-tieni l-ogħla sors ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-UE, u huwa responsabbli għal 12% tal-emissjonijiet kollha ta' diossidu tal-karbonju u, aktar minn hekk, huwa settur fejn l-emissjonijiet qed ikomplu jiżdiedu. Il-progress sinifikanti li sar bis-saħħa tat-teknoloġija tal-vetturi ma kienx biżżejjed biex jinnewtralizza l-effett taż-żieda fil-volumi tat-traffiku u fid-daqsijiet tal-karozzi.
L-avvenimenti li wasslu għall-abbozzar ta' dan ir-regolament huma magħrufa sew. Fl-1998, ftehimiet volontarji bejn il-Kummissjoni u l-industrija tal-karozzi għenu biex ikun hemm tnaqqis ta' 13.5% ta' CO2 meta mqabbel mal-1995, anke jekk kien meqjus li ma kinux biżżejjed sabiex jinkisbu r-riżultati li kienu meħtieġa. Fi Frar 2007, il-Kummissjoni pproponiet li jkun adottat approċċ integrat, li jiffoka fuq żewġ komponenti: it-tnaqqis tal-emissjonijiet li jinkiseb permezz tat-titjib tat-teknoloġija tal-magni bil-għan li tintlaħaq il-mira ta' medja ta' 130g CO2/km għall-flotta l-ġdida ta' karozzi, u t-tnaqqis b'10g CO2/km oħra permezz ta' aktar titjib teknoloġiku u ta' żieda fl-użu tal-bijofjuwils sal-2012. F'Ottubru 2007, il-Parlament adotta riżoluzzjoni li bħala prinċipju laqgħet l-approċċ integrat b'sodisfazzjon, iżda ħeġġeġ miri aktar ambizzjużi u għall-futur imbiegħed: tnaqqis ta' 125g CO2/km sal-2015 u mira għall-futur imbiegħed ta' 95g CO2/km sal-2020, u preferibilment ta' 70g CO2/km sal-2025.
Il-proposta għal regolament hija skont l-ispirtu u l-miri tal-Komunikazzjoni preċedenti, speċjalment fir-rigward ta' miri, kalendarji u l-adozzjoni ta' approċċ integrat. Taħseb ukoll biex il-mira speċifika tinqasam għal kull manifattur fuq il-bażi tal-parametru ta' utilità tal-'massa'. Il-proposta taħseb għal sistemi ta' penali, ikkalkulati fuq ammont ta' bażi u li jiżdiedu mill-2012, fil-każ li ma jintlaħqux il-miri stabbiliti. Huwa previst mekkaniżmu ta' eżenzjoni għall-manifatturi li l-bejgħ tagħhom fl-UE ma jaqbiżx l-10 000 vettura, filwaqt li madankollu jingħataw mira speċifika 'ad hoc' li tkun innegozjata mal-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, il-proposta tippermetti lill-manifatturi l-possibilità li jiffurmaw għaqdiet u għaldaqstant li kollettivament jilħqu l-miri stabbiliti.
Ir-Rapporteur ma jistax ma jesprimix l-approvazzjoni ġenerali tiegħu tal-proposta għal regolament kollha, u b'mod partikulari jappoġġja s-suġġett, il-miri u l-objettivi tagħha. Jemmen li l-industrija tal-karozzi għandha tkun konformi mal-miri globali għat-tnaqqis tal-emissjoijiet ta' CO2, minkejja li jagħraf il-karatteristiċi speċjali tagħha (l-imġiba tas-sewwieqa, it-tiġdid tal-flotta tal-karozzi, il-kundizzjonijiet tal-infrastruttura). Għalhekk, filwaqt li japprova l-miri u l-kalendarji stabbiliti mill-Kummissjoni, iqis li hija prijorità li wieħed jerġa' lura għall-pożizzjoni adottata mill-Parlament dwar il-miri għall-futur imbiegħed u li jiġi propost livell medju ta' emissjonijiet ta' mhux aktar minn 95g CO2/km sal-2020. Il-mira preċiża - li r-Rapporteur jittama li ssir aktar ambizzjuża - tkun stabbilita mill-Kummissjoni wara reviżjoni tar-Regolament li għandha ssir sal-2014, u li tkun preċeduta minn evlawazzjoni globali tal-impatt flimkien ma' analiżi tal-effetti ekonomiċi, ambjentali u soċjali fuq il-katina kollha tal-produzzjoni.
Ir-Rapporteur jappoġġja għalkollox l-għażla tal-approċċ integrat fil-fażi ta' tnedija tas-sistema; madankollu għandu d-dubju jekk ikunx aktar xieraq li l-industrija tal-karozzi titħalla tiddeċiedi dwar l-arranġamenti sabiex jintlaħqu l-miri speċifiċi assenjati. Jekk l-industrija tilħaqx il-miri li ġew stabbiliti permezz ta' avvanzi teknoloġiċi, miżuri kumplementari jew b'kull mezz ieħor, m'għandux jidħol fid-dibattitu leġiżlattiv, sakemm dawk il-miri jkunu kwantifikabbli u jkunu jistgħu jiġu evalwati bl-użu taċ-ċikli ta' testijiet eżistenti u ta' dawk li se jkunu implimentati fil-ġejjieni. Għalhekk ir-Rapporteur jistieden lill-Kummissjoni biex tqis il-possibilità li tneħħi, fil-futur imbiegħed, id-distinzjoni attwali bejn il-miżuri kumplementari u l-miżuri marbuta mal-vetturi bil-magna
Ir-Rapporteur jappoġġja wkoll l-għażla tal-parametru ta' utilità: fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni għażlet il-parametru tal-massa li, fi kliemha stess, jipprovdi 'korrelazzjoni sodisfaċenti ma' l-emissjonijiet attwali u għalhekk jirriżulta f'miri aktar realistiċi u newtrali mil-lat ta' kompetizzjoni, filwaqt li d-dejta dwar il-massa hija aktar faċilment disponibbli'.
Madankollu, il-Kummissjoni ma teskludix awtomatikament il-possibilità li jintuża parametru alternattiv, sal-punt li fil-proposta tagħha tqis li jkun xieraq li 'dejta dwar il-parametru ta' utilità alternattiv tad-"daqs tal-pass" (wisa' bejn rota u oħra mmoltiplikat bejn it-tul bejn rota u oħra) madankollu għandha tinġabar'.
Fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' Ottubru, il-Parlament irrifjuta b'maġġoranza kbira l-introduzzjoni tal-parametru tal-massa, filwaqt li ffavorixxa l-għażla tad-daqs tal-pass. Ir-Rapporteur jaf li l-parametru tad-daqs tal-pass jipprovdi garanziji akbar mil-lat ambjentali peress li huwa anqas suġġett għal effetti mhux mixtieqa (żieda fil-massa għal mira ta' tnaqqis anqas iebsa).
F'dan l-istadju r-Rapporteur ma ppropona l-ebda emenda għall-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tibdil tal-parametru ta' utilità, iżda jirriżerva d-dritt li jirrevedi l-pożizzjoni tal-Parlament fl-istadji sussegwenti tal-proċess leġiżlattiv.
Fir-rigward tal-primjums għall-emissjonijiet żejda, ir-Rapporteur jipproponi li dawn jintużaw biex jiffinanzjaw kemm ir-riċerka inkrementali (eż. magni termali nodfa u effiċjenti f'sens ta' enerġija, sistemi integrati ta' sikurezza) kif ukoll it-teknoloġiji innovattivi (eż. ċelloli tal-idroġenu u tal-fjuwil, żvilupp ta' ibridi li jistgħu jerġgħu jiġu ċċarġjati, bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni).
Ir-Rapporteur jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ħruġ ta' penali fil-każ li ma jintlaħqux il-miri stabbiliti, minkejja li jesprimi r-rieda li jitqiesu soluzzjonijiet li jagħmlu s-sistema aktar flessibbli fl-ewwel stadju tal-applikazzjoni tagħha (2012-2015) waqt li fl-istess ħin jippremjaw lill-manifatturi u jinkoraġġixxu approċċ aħjar min-naħa tagħhom.
Ir-Rapporteur jissuġġerixxi wkoll serje ta' aġġustamenti tekniċi għall-proposta tal-Kummissjoni, u b'mod partikulari l-irtirar tal-massa ta' referenza ta' 2 610, peress li jemmen li din teskludi lil wisq vetturi tqal mill-qasam ta' applikazzjoni tar-Regolament.
Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur emenda l-Artikolu dwar l-informazzjoni li għandha tingħata lill-konsumaturi, peress li jħoss li dan il-qasam għandu jkun irregolat mid-Direttiva 1999/94/KE.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
19.9.2008
Is-Sur Miroslav Ouzký
Chairman
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
BRUSSELL
Suġġett: Opinjoni dwar il-bażi legali tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi għall-użu ħafif (COM(2007)0856 – C6‑0022/2008 – 2007/0297(COD))
Sur Chairman,
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda fuq inizjattiva tiegħu stess li jittratta l-kwistjoni tal-bażi legali għall-proposta għal regolament imsemmija hawn fuq skont l-Artikolu 35(3) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-kumitat eżamina l-kwistjoni msemmija hawn fuq waqt il-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Settembru 2008.
Ta' min jinnota li, in limine, l-atti Komunitarji kollha għandhom ikunu bbażati fuq il-bażi legali stipulata fit-Trattat (jew fuq att legali ieħor li huma intenzjonati li jimplimentaw). Il-bażi legali tiddefinixxi l-kompetenza tal-Komunità ratione materiae u tispeċifika kif dik il-kompetenza għandha tiġi eżerċitata, jiġifieri l-istrument(i) leġiżlattiv(i) li jista’/jistgħu jintuża(w) u l-proċedura tat-teħid ta' deċiżjoni.
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-għażla ta’ bażi legali mhijiex waħda suġġettiva, iżda "għandha tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi li jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju"[1], bħal mhuwa l-għan u l-kontenut tal-miżura inkwistjoni[2]. Barra minn hekk, il-fattur deċiżiv għandu jkun l-objettiv prinċipali ta' miżura[3].
Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, artikolu ġenerali tat-Trattat jikkostitwixxi bażi legali suffiċjenti anki jekk il-miżura kkonċernata tipprova, b'mod subordinat, tilħaq għan maħsub f'artikolu speċifiku tat-Trattat[4].
Il-Kummissjoni qed tipproponi l-Artikolu 95 tat-Trattat KE bħala l-unika bażi legali għall-proposta għal regolament.
Artikolu 95
1. B'deroga mill-Artikolu 94 u ħlief fejn provdut xort'oħra f’dan it-Trattat, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kisba ta’ l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 14. Il-
Kunsill għandu, waqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, jadotta l-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.
2. Il-paragrafu 1 m’ għandux japplika għal dispożizzjonijiet fiskali, għal dawk li għandhom x'jaqsmu mal-moviment liberu ta' persuni u lanqas għal dawk li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet u l-interessi ta' l-impjegati.
3. Il-Kummissjoni, fil-proposti tagħha kif maħsuba fil-paragrafu 1 li jikkonċerna s-saħħa, s-sigurtà, il-ħarsien ta' l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur, għandha tieħu bħala bażi protezzjoni fl-għola livell, waqt li tieħu kont partikolarment ta’ kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ukoll ifittxu li jilħqu dan l-objettiv.
4. Jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta’ miżuri ta’ armonizzazzjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq il-bażi ta’ neċessitajiet maġġuri msemmija fl-Artikolu 30, jew li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien ta' l-ambjent jew ta' l-ambjent tax-xogħol, dan għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll dwar ir-raġuni għaliex għandhom jinżammu.
5. Barra minn hekk, bla ħsara għall-paragrafu 4, jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew
mill-Kummissjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali bbażati fuq prova xjentifika ġdida li għandha x’taqsam mal-ħarsien ta' l-ambjent jew ta' l-ambjent tax-xogħol fuq il-bażi ta’ xi problema speċifika għal dak l-Istat Membru li toriġina mill-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jkollu l-ħsieb jintroduċi kif ukoll bil-bażi għall-introduzzjoni tagħhom.
6. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur min-notifika msemmija fil-paragrafi 4 u 5, tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet nazzjonali invlouti, wara li tkun ivverifikat jekk humiex, jew le meżż ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew ta’ restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u jekk joħolqux, jew le ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern.
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perijodu, id-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom ikunu meqjusa bħala li kienu approvati.
Meta tkun iġġustifikata mill-komplessità tal-materja u meta m' hemmx periklu għas-saħħa umana, il-Kummissjoni tista' tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li l-perijodu msemmi f’dan il-paragrafu jista' jittawwal b’perijodu ieħor sa sitt xhur.
7. Meta, bis-saħħa tal-paragrafu 6, xi Stat Membru jkun awtoriżżat li jżomm jew jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw minn miżura ta’ armonizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha immedjatament teżamina jekk tipproponix adattament għal dik il-miżura.
8. Meta Stat Membru jqajjem problema speċifika dwar is-saħħa pubblika f’qasam li kien suġġett minn qabel għal miżuri ta’ armonizzazzjoni, dan għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni li għandha immedjatament teżamina jekk tipproponix miżuri xierqa lill-Kunsill.
9. B' deroga mill-proceduri stabbiliti fl-Artikoli 226 u 227, il-Kummissjoni u xi Stat Membru jista' jressaq il-materja direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jekk jikkunsidraw li xi Stat Membru ieħor ikun qiegħed jgħamel użu mhux xieraq tal-poteri previsti f'dan l-Artikolu.
10. Il-miżuri ta’ armonizzazzjoni msemmija hawn fuq għandhom, fil-każi xierqa, jinkludu klawsola ta’ salvagwardja li tawtorizza lill-Istati Membri li jieħdu għal raġuni waħda jew aktar li m' hijiex ta' natura ekonomika msemmija fl-Artikolu 30, miżuri proviżorji soġġetti għall-proċedura tal-kontroll mill-Komunità.
Għan u kontenut tal-proposta għal regolament
Il-proposta għandha l-għan li tiżgura t-tħaddim tajjeb tas-suq intern għall-karozzi tal-passiġġieri billi jiġi żgurat li mill-2012 'il quddiem, l-emissjonijiet speċifiċi medji minn karozzi ġodda tal-passiġġieri ma jaqbżux il-130g ta' CO2/km.
L-elementi ewlenin tal-proposta huma:
· Il-proposta se tapplika għal vetturi tal-kategorija M1 (karozzi tal-passiġġieri).
· Il-proposta tistabbilixxi miri għall-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mill-karozzi ġodda tal-passiġġieri fil-Komunità bħala funzjoni tal-massa tagħhom.
· Il-proposta tistabbilixxi miri obbligatorji għall-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri mill-2012 'il quddiem. Il-miri għandhom japplikaw għall-emissjonijiet medji speċifiċi ta' CO2 fi g/km għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri għal kull manifattur li huwa reġistrat fl-UE kull sena kalendarja. Il-manifatturi jistgħu jingħaqdu flimkien biex jilħqu l-miri tagħhom. Meta żewġ manifatturi jew aktar jingħaqdu, l-għaqda titqies bħala manifattur wieħed għall-iskopijiet ta' determinazzjoni ta' konformità mal-miri.
· L-Istati Membri jkunu obbligati jiġbru dejta dwar il-karozzi l-ġodda rreġistrati fit-territorju tagħhom u jirrappurtaw din id-dejta lill-Kummissjoni bil-għan li tiġi evalwata l-konformità mal-miri.
· Jekk manifattur jonqos milli jilħaq il-mira tiegħu, dan ikollu jħallas primjum għall-emissjonijiet żejda fir-rigward ta’ kull sena kalendarja mill-2012 'il quddiem. Il-primjum ikun ikkalkolat billi l-g ta' CO2/km li bihom tkun inqabżet il-mira jiġu mmoltiplikati bl-għadd ta' karozzi rreġistrati u bil-multa għall-emissjonijiet żejda għal dik is-sena. Is-sanzjoni għall-emissjonijiet żejda se tkun ta’ 20 euro għall-emissjonijiet fl-2012, 35 euro għall-emissjonijiet fl-2013, 60 euro għall-emissjonijiet fl-2014 u 95 euro għall-emissjonijiet fl-2015 u kull sena sussegwenti.
L-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE huwa l-bażi ġuridika xierqa minħabba l-ħtieġa li jiġu żgurati kundizzjonijiet ġusti għall-atturi ekonomiċi kollha fis-suq intern filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa u ta' l-ambjent.
Dan jidher li huwa msaħħaħ mill-premessi li ġejjin:
(1) L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiġu stabbiliti standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fil-Komunità sabiex jiġi żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern u li jwassal parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi għall-użu ħafif.
(2) Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha jrid jiġi żgurat il-moviment ħieles tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Il-Komunità stabbilixxiet suq intern li jaħdem tajjeb fis-settur tal-karozzi, u dan ħoloq bażi solida għall-kummerċ intra Komunitarju mingħajr xkiel fil-prodotti tal-karozzi. Il-miri għall-emissjonijiet ta’ CO2 għandhom jiġu armonizzati sabiex jiġu evitati rekwiżiti differenti minn Stat Membru għal ieħor, sabiex jiġu ppreservati l-kisbiet tas-suq intern u jiġi żgurat il-moviment ħieles tal-karozzi tal-passiġġieri fil-Komunità filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien ambjentali.
(5) L-adozzjoni ta’ miri Komunitarji għall-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri hija meħtieġa għall-prevenzjoni tal-frammentazzjoni fis-suq intern li tirriżulta mill-adozzjoni ta’ miżuri differenti fuq il-livell ta’ Stati Membri. Il-miri Komunitarji jipprovdu lill-manifatturi b’aktar ċertezza fl-ippjanar u aktar flessibilità biex jilħqu r-rekwiżiti għat-tnaqqis ta’ CO2 milli kieku permezz ta’ miri nazzjonali separati tat-tnaqqis. Fl-istabbiliment ta’ standards għall-emissjonijiet huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għas-swieq u l-kompetittività tal-manifatturi, l-ispejjeż diretti u indiretti imposti fuq in-negozju u l-benefiċċji li jakkumulaw f’dak li jirrigwarda l-istimular ta’ l-innovazzjoni u t-tnaqqis tal-konsum ta’ l-enerġija.
(11) Il-qafas leġiżlattiv għall-implimentazzjoni tal-mira għall-medja tal-flotta ta' karozzi ġodda għandu jassigura miri ta' tnaqqis sostenibbli li huma kompetittivament newtrali u soċjalment ġusti li jkunu ġusti għad-diversità tal-manifatturi tal-karozzi Ewropej u jevitaw kwalunkwe tgħawwiġ mhux ġustifikat tal-kompetizzjoni bejn il-manifatturi tal-karozzi. Il-qafas leġiżlattiv għandu jkun kompatibbli ma' l-għan globali, jiġifieri li jintlaħqu l-miri ta' l-UE rigward Kjoto, u għandu jiġi appoġġat minn strumenti oħra aktar relatati ma’ l-użu bħad-differenzjazzjoni tat-taxxi fuq il-karozzi u fuq l-enerġija.
Kuntrarju għal dan, premessi oħra jiġġustifikaw l-istandards ta' rendiment għall-emissjonijiet li ġew stabbiliti: (3) dwar il-Qafas ta' Konvenzjoni tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima u l-objettiv adottat mill-UE li sal-2020 jintlaħaq mill-inqas tnaqqis ta' 20% tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra fuq il-livelli tal-1990; (4) dwar il-ħtieġa li jonqsu l-emissjonijiet mill-karozzi tal-passiġġieri, u (6) dwar il-bżonn li jinbena fuq il-proċess eżistenti tal-UE li jiġu kkalkolati u mmonitorjati l-emissjonijiet CO2 sabiex jiġu żgurati l-kapaċità li jsiru previżjonijiet u s-sikurezza tal-pjanifikazzjoni għall-manifatturi tal-vetturi tal-UE.
Il-Premessi (7), (8), (9) u (10) jiddeskrivu l-progress miksub bl-istrateġija tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet CO2, li hija bbażata fuq impenji volontarji min-naħa tal-industrija tal-vetturi, titjib fl-informazzjoni tal-konsumaturi u l-promozzjoni ta' karozzi effiċjenti mil-lat ta' konsum tal-fjuwil bis-saħħa ta' miżuri fiskali.
Il-Premessa (12) tiġġustifika l-użu tal-parametru tal-massa.
Il-Premessa (13) tiddikjara li "L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jinħolqu inċentivi biex l-industrija tal-karozzi tinvesti f’teknoloġiji ġodda. Ir-Regolament jippromwovi attivament l-eko-innovazzjoni u jqis l-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni. B’dan il-mod, il-kompetittività ta’ l-Industrija Ewropea
tittejjeb u jinħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità għolja."
Il-Premessa (14) tagħmilha ċara li l-mira ta' l-emissjonijiet tapplika għall-karozzi l-ġodda rreġistrati fil-Komunità għall-ewwel darba.
Il-Premessa (15) tistipula li l-entità responsabbli biex tiżgura konformità mar-regolament għandha tkun dik responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip.
Il-Premessa (16) tittratta l-eżenzjonijiet għall-vetturi b'użu speċjali.
Il-Premessi (17) u (18) jittrattaw il-possibilità li l-manifatturi jingħataw flessibilità fil-mod kif jiddeċiedu kif jilħqu l-miri tagħhom, b'mod partikolari permezz ta' għaqda.
Il-Premessa (19) tiddikjara li "Huwa meħtieġ mekkaniżmu ta' konformità sod sabiex jiġi żgurat li l-miri f'dan ir-Regolament jintlaħqu."
Il-Premessa (20) tittratta r-regoli dwar il-ġbir u r-rappurtar ta' data dwar l-emissjonijiet u l-Premessa (21) dwar iċ-ċertifikati tal-konformità.
Il-Premessa (22) tittratta l-pagament ta' "primjum għall-emissjonijiet żejda" kif ġej: Il-konformità tal-manifatturi mal-miri f'dan ir-Regolament għandhom jiġu vvalutati fuq il-livell Komunitarju. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tagħhom jaqbżu dawk permessi f'dan ir-Regolament għandhom iħallsu primjum għall-emissjonijiet żejda fir-rigward ta’ kull sena kalendarja mill-2012 'il quddiem. Il-primjum għandu jkun ibbażat fuq kemm il-manifatturi jkunu naqsu milli jilħqu l-mira tagħhom. Għandu jiżdied biż-żmien. Sabiex ikun ta' inċentiv biżżejjed biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri, il-primjum għandu jirrifletti l-ispejjeż teknoloġiċi. L-ammonti tal-primjum fuq l-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jiġi nnotat li fil-Premessa (26) hemm stabbilit, b'mod partikolari, li l-Kummissjoni għandha tingħata l-poter li "tistabbilixxi metodi għall-ġbir ta’ primjums fuq l-emissjonijiet żejda".
Il-Premessa (23) tiddikjara li r-regolament huwa bla ħsara għar-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni.
Il-Premessa (24) tipprovdi li l-implimentazzjoni tar-regolament għandu jkun appoġġjat mill-Istrument Finanzjarju Komunitarju għall-Ambjent (LIFE+).
Il-Premessi (25) u (26) jittrattaw il-komitoloġija, u din tal-aħħar tispeċifika wkoll liema elementi mhux essenzjali jistgħu jiġu emendati jew supplimentati.
Fl-aħħarnett, il-Premessa (27) tittratta dwar ir-revoka tad-Deċiżjoni 1753/2000/KE u l-Premessa (28) tagħmel id-dikjarazzjoni normali dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet sostantivi:
L-Artikolu 1 jistipula s-suġġett u l-objettivi tar-regolament kif ġej:
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rendiment għall-emissjonijiet ta’ CO2 għal karozzi ġodda tal-passiġġieri, sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-suq intern u jinkiseb l-objettiv ġenerali ta’ l-UE li l-flotta medja ta’ karozzi ġodda għandha tikseb emissjonijiet ta’ CO2 ta’ 120g CO2/km. Ir-Regolament jistabbilixxi l-emissjonijiet medji ta’ CO2 għal karozzi ġodda tal-passiġġieri ta' 130g CO2/km permezz ta’ titjib fit-teknoloġija tal-vetturi motorizzati kif imkejla skond ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri implimentattivi tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jiġi appoġġat minn miżuri addizzjonali li jikkorrispondu għal 10g/km bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità.
L-Artikolu 2 jiddefinixxi l-qasam ta' applikazzjoni: Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi tal-kategorja M1 b'massa ta' referenza li ma taqbiżx l-2 610 kg, irreġistrata fil-Komunità għall-ewwel darba u li ma kinitx irreġistrata qabel barra mill-Komunità (karozzi ġodda tal-passiġġieri).
L-Artikolu 3 fih id-definizzjonijiet.
L-Artikolu 4 jistipula miri speċifiċi ta' emissjonijiet fit-termini li ġejjin: Għas-sena kalendarja li tibda mill-1 ta' Jannar 2012 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri għandu jassigura li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ma jaqbżux il-mira speċifika ta' emissjonijiet determinata skond l-Anness I jew, fejn manifattur ngħata deroga taħt l-Artikolu 9, skond dik id-deroga.
L-Artikolu 5 jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li bihom il-manifatturi jistgħu jiffurmaw għaqda bl-iskop li jilħqu l-mira ta' emissjonijiet li jirreferi għaliha l-Artikolu 4.
L-Artikolu 6 jittratta l-monitoraġġ u r-rappurtar ta' l-emissjonijiet medji.
L-Artikolu 7 jispjega d-dispożizzjonijiet dwar il-primjum għall-emissjonijiet żejda:
1. Fir-rigward ta’ kull sena kalendarja mill-2012 'il quddiem li għaliha l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur jaqbżu l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi f'dik is-sena, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għall-emissjonijiet żejda fuq il-manifattur, jew fil-każ ta' għaqda, il-maniġer ta' l-għaqda.
2. Il-primjum għall-emissjonijiet żejda fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bil-formula li ġejja:
L-emissjonijiet żejda x l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri x il-primjum għall-emissjonijiet żejda stipulat fil-paragrafu 3.
Fejn:
'Emissjonijiet żejda' tfisser in-numru pożittiv ta' grammi kull kilometru li bih l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur ikunu qabżu l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja, aġġustat għall-eqreb tliet punti deċimali; kif ukoll
'Għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri' tfisser l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri li għalihom huwa l-manifattur u li ġew irreġistrati dik is-sena.
3. Il-primjum fuq l-emissjonijiet żejda għandu jkun:
(a) fir-rigward ta’ l-emissjonijiet żejda fis-sena kalendarja 2012, 20 euro;
(b) fir-rigward ta’ l-emissjonijiet żejda fis-sena kalendarja 2013, 35 euro;
(c) fir-rigward ta’ l-emissjonijiet żejda fis-sena kalendarja 2014, 60 euro; kif ukoll
(d) fir-rigward ta’ l-emissjonijiet żejda fis-sena kalendarja 2015, 20 euro;
u snin sussegwenti, 95 euro;
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodi għall-ġbir tal-primjums għall-emissjonijiet żejda fil-kuntest tal-paragrafu 1.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
5. L-ammonti tal-primjum fuq l-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 8 jittratta l-pubblikazzjoni tar-rendiment tal-manifatturi f'termini tal-miri speċifiċi ta' emissjonijiet.
L-Artikolu 9 jistabbilixxi deroga għall-manifatturi indipendenti ta’ volumi żgħar (responsabbli għal anqas minn 10 000 karozza ġdida tal-passiġġieri rreġistrata fil-Komunità kull sena kalendarja.
L-Artikolu 10 huwa l-klawsola tal-analiżi u r-rapport.
L-Artikolu 11 jittratta t-tagħrif għall-konsumatur.
L-Artikolu 12 huwa l-klawsola tal-komitloġija.
L-Artikolu 13 jittratta l-finanzjament mill-Komunità.
L-Artikolu 14 jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE.
L-Artikolu 15 jittratta d-dħul fis-seħħ.
L-Annessi I u II jittrattaw il-miri speċifiċi ta' emissjonijiet ta' CO2 u l-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet, rispettivament.
Tul id-diskussjonijiet fil-kumitat, li waqthom ġiet ippreżentata u diskussa opinjoni mis-Servizz Legali, ġew espressi dubji dwar in-natura tal-"primjum għall-emissjonijiet żejda" stipulat fl-Artikolu 7 u dwar jekk l-Artikolu 95 u l-Artikolu 175 jagħtux kompetenza lill-UE biex timponi primjum bħal dan. Bl-istess mod, il-membri tal-kumitat esprimew tħassib serju dwar id-dispożizzjonijiet li bihom il-Kummissjoni se tistabbilixxi metodi għall-ġbir ta' primjums għall-emissjonijiet żejda (Artikolu 7(4) u "L-ammonti tal-primjum fuq l-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea" (Artikolu 7(5)).
Fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Settembru 2008 l-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda għaldaqstant, unanimament[5], meta titqies l-opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill, li l-bażi legali xierqa kienet l-Artikolu 175 tat-Trattat KE.
Dejjem tiegħek,
Giuseppe Gargani
- [1] Kawża 45/86, Kummissjoni v. Kunsill [1987] ECR 1439, para. 5.
- [2] Kawża C-300/89, Kummissjoni v. Kunsill [1991] ECR I-287, para. 10.
- [3] Kawża C-377/98, L-Olanda v. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2001] ECR I-7079, para. 27.
- [4] Kawża C-377/98, L-Olanda v. l-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2001] ECR I-7079, para. 27-28; Kawża C-491/01 British American Tobacco (Investments) u Imperial Tobacco [2002] ECR I-11453, paragrafi 93-94.
- [5] Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Giuseppe Gargani, (chairman), Rainer Wieland, (viċi chairman), Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (viċi chairwoman), Francesco Enrico Speroni (viċi chairman), Sharon Bowles (għal Diana Wallis (rapporteur għal opinjoni)), Victor Boștinaru, Ieke van den Burg, Carlo Casini, Marek Aleksander Czarnecki, Bert Doorn, Monica Frassoni, Vicente Miguel Garcés Ramón, Jean-Paul Gauzès, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Antonio Masip Hidalgo, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Georgios Papastamkos, Aloyzas Sakalas, Gabriele Stauner, Daniel Strož, József Szájer, Jacques Toubon, Renate Weber, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (3.9.2008)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi żgħar
(COM(2007)0856 – C6‑0022/2008 – 2007/0297(COD))
Rapporteur għal opinjoni (*): Werner Langen
(*) Kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
SHORT JUSTIFICATION
Since 1995 there has been an EU Community strategy to reduce CO2 emissions from cars. The strategy is based on three pillars: voluntary commitments from the car industry to cut CO2 emissions, promotion of more fuel efficient cars via fiscal measures and improvements in consumer information. Between 1995 and 2007 vehicle engine technology made significant progress in fuel efficiency. Part of this improvement in fuel efficiency was, however, neutralised by the rising demand for larger vehicles. CO2 emissions in the passenger car sector make up 12% of overall emissions in Europe. Cars are responsible for about 78% of all passenger transport in the EU.
1. Objectives of the draft regulation
With this proposed regulation the Commission seeks to achieve a single and binding target for CO2 emissions of 130 g CO2/km by 2012. Parliament endorses this common aim and supports the Commission’s general objectives. However, the regulation that is to be adopted by the Council and Parliament must seek to achieve sustainable reduction targets that have a neutral effect on competition, are socially acceptable and take account of the wide variety of European car manufacturers and their position in international competition.
2. Options and slope
A particularly controversial point is a fair distribution of reduction targets between small and larger vehicles. Larger vehicles, for which European manufacturers have an 80% share of the world market, play a leading role in new technologies. The limit value curve in line with vehicle mass is crucial. The CO2 target for the average of a manufacturer’s new car fleet based on average vehicle mass is the best basis for measurement. The significantly larger contribution by larger vehicles in comparison with smaller ones is conditioned by the slope of the limit value curve.
This opinion supports the Commission’s proposed 60% slope for the limit value curve. The reduction targets for larger vehicles are considerably higher than for small cars. A 60% slope means that the CO2 emissions do not rise in parallel with increased weight, but far below the average. Vehicle weight (mass) is the best parameter for the specific CO2 targets. Vehicle weight will cause less distortions of competition than other parameters. In Japan and China weight is already used as the basis for legislation on CO2. It is easy to monitor developments as the data are available. As the vehicle manufacturers are developing platform concepts, the ‘footprint’ parameter would not be a suitable scale. The use of the ‘footprint’ parameter would lead to all vehicles on the same platform being given the same CO2 target, regardless of their specifications and overall weight. Moreover, the ‘footprint’ parameter would place small and CO2 -efficient city cars at a considerable disadvantage.
3. Complementary measures in the integrated approach
The limit value of 120 g CO2 /km in the integrated approach envisages a CO2 reduction of 10 g/km through complementary measures, including low-resistance tyres, reducing rolling resistance, tyre pressure monitoring systems, efficient air conditioning systems and gear-change indicators, which altogether can save about 5 g/km CO2. In addition, the use of biofuels can save another 5 g/km CO2. In order to implement new technologies and energy efficient measures, it makes sense to recognise ecological innovations as carbon reduction measures. As not all ecological innovations can be covered by testing procedures, and it is awkward and time-consuming to change the existing, internationally harmonised procedure, this opinion proposes to introduce an additional procedure under Article 6 and Annex IIa. Ecological innovations may include, in addition to the testing procedure, automobile technology measures, maintenance procedures, driver training, navigational infrastructure, energy-efficient lights, more solar technology in cars and the use of waste heat. The aim is to promote all measures that help improve environmental performance.
4. Introductory phase
As the development of new models and new platforms takes at least five to eight years, it makes sense to implement the target of 120 g CO2/km not on a particular date, but over a transitional period of several years. It is therefore proposed that in 2012 a quarter of a manufacturer’s new cars, in 2013 half, in 2014 three-quarters and in 2015 all of them would have to achieve the target of 120 g CO2/km, including the complementary measures. This flexibility is needed to allow manufacturers the leeway that they need for development and at the same time to make alternative routes possible.
5. Penalties
The Commission’s proposed fines of between €100 and €475 per tonne of CO2 are far higher than any conceivable trade prices for CO2 certificates in the industry and energy sectors. Penalties should not have the effect of weakening industry’s ability to innovate, but should provide an incentive for implementing measures and possibly fund replacement measures that would achieve the desired aim of reducing carbon emissions. This opinion’s proposed penalties of €10 to €40 per gram of CO2 for newly registered cars (corresponding to a per tonne CO2 price of up to €200) should achieve this. It should be assumed that consumer information and competition between manufacturers will anyway exert far greater pressure on manufacturers to keep to all the prescribed limit values.
6. Derogations
The Commission proposal provides for a number of derogations, the details of which must be examined. This opinion reduces the Commission’s proposed limit of less than 10 000 new cars sold per year in the EU to 5000 per year and an additional arrangement, limited to five years, has been introduced for those manufacturers which will find it difficult to achieve the reduction targets and are responsible for no more than 1% per year of new registrations in the EU.
7. Long-term aims
Long-term aims should be adopted in 2014 by Parliament and the Council on the basis of a survey and a Commission proposal. At that time it will also be possible to gain an overview of new technologies, including the introduction of alternative engine models, such as battery-driven vehicles. The long-term aims should also take account of the fact that the new engine models and hybrid-powered systems that are now being developed will have only a relatively short life cycle, as 10 years after their introduction onto the market, the next generation of local CO2-free propulsion systems could be available. Policies must therefore leave open the possibility of transition to new technologies. Implementation of the limits laid down in this regulation of 120 g CO2/km over the average of all vehicles already means that average fuel consumption must be reduced to about 5 litres per 100 km for petrol-driven vehicles and about 4.5 litres per 100 km for diesel vehicles. In comparison with current figures, these are very ambitious targets.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Waħda mill-implikazzjoni ta’ dawk l-impenji kienet li l-Istati Membri kollha jnaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet mill-karozzi tal-passiġġieri. Għandhom jiġu implimentati politiki u miżuri fuq il-livell ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità fis-setturi kollha ta’ l-ekonomija Komunitarja, u mhux biss fis-setturi ta' l-industrija u ta’ l-enerġija, sabiex jiġi ġġenerat it-tnaqqis sostanzjali meħtieġ fl-emissjonijiet. It-trasport bit-triq huwa t-tieni l-akbar settur f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-UE, u l-emissjonijiet minn dan is-settur qed ikomplu jiżdiedu. Jekk l-impatt tat-trasport bit-triq fuq it-tibdil tal-klima jkompli jiżdied, se jhedded b'mod sinifikanti it-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima. |
(4) Waħda mill-implikazzjonijiet ta’ dawk l-impenji hi li l-emissjonijiet mill-karozzi tal-passiġġieri jridu wkoll jitnaqqsu b'mod sinifikanti. Dan jeħtieġ regoli dwar l-emissjonijiet għall-produtturi u l-importaturi ta' karozzi ġodda. Regolament Komunitarju biss jista' jiżgura li vetturi rreġistrati għall-ewwel darba jkunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet fl-Istati Membri kollha. Sabiex jintlaħaq l-għan ġenerali ta' l-Istati Membri u tal-Komunità li jitnaqqas id-CO2, mhux biżżejjed li tittieħed azzjoni fis-setturi ta' l-industrija u ta’ l-enerġija biss, iżda s-setturi tat-trasport u tad-djar għandhom ikunu inklużi wkoll. It-trasport bit-triq huwa t-tieni l-akbar settur f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-UE, u l-emissjonijiet minn dan is-settur qed ikomplu jiżdiedu. Jekk l-emissjonijiet tal-karbonju tat-trasport bit-triq ikomplu jiżdiedu, dan se jhedded b'mod sinifikanti it-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu l-bidla fil-klima. |
Ġustifikazzjoni | |
Skond dan ir-regolament mhumiex l-Istati membri li jridu jnaqqsu l-emissjonijiet, iżda l-produtturi u l-importaturi tal-karozzi. Mhuwiex l-'impatt tal-bidla fil-klima' li qiegħed jhedded li jiżdied aktar, iżda l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, l-aktar id-CO2. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) L-adozzjoni ta’ miri Komunitarji għall-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri hija meħtieġa għall-prevenzjoni tal-frammentazzjoni fis-suq intern li tirriżulta mill-adozzjoni ta’ miżuri differenti fuq il-livell ta’ Stati Membri. Il-miri Komunitarji jipprovdu lill-manifatturi b’aktar ċertezza fl-ippjanar u aktar flessibilità biex jilħqu r-rekwiżiti għat-tnaqqis ta’ CO2 milli kieku permezz ta’ miri nazzjonali separati tat-tnaqqis. Fl-istabbiliment ta’ standards għall-emissjonijiet huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għas-swieq u l-kompetittività tal-manifatturi, l-ispejjeż diretti u indiretti imposti fuq in-negozju u l-benefiċċji li jakkumulaw f’dak li jirrigwarda l-istimular ta’ l-innovazzjoni u t-tnaqqis tal-konsum ta’ l-enerġija. |
(5) L-adozzjoni ta’ miri Komunitarji għall-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri hija meħtieġa għall-prevenzjoni tal-frammentazzjoni fis-suq intern li tirriżulta mill-adozzjoni ta’ miżuri differenti fuq il-livell ta’ Stati Membri. Il-miri Komunitarji jipprovdu lill-manifatturi b’aktar ċertezza fl-ippjanar u aktar flessibilità biex jilħqu r-rekwiżiti għat-tnaqqis ta’ CO2 u jevitaw li jkun hemm tgħawwiġ fil-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri minħabba l-miri nazzjonali separati tat-tnaqqis. Dan it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni jmur kompletament kontra l-għan li jinħoloq suq intern wieħed. Fl-istabbiliment ta’ standards għall-emissjonijiet huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għas-swieq u l-kompetittività tal-manifatturi, l-ispejjeż diretti u indiretti imposti fuq in-negozju u l-benefiċċji li jakkumulaw f’dak li jirrigwarda l-istimular ta’ l-innovazzjoni u t-tnaqqis tal-konsum ta’ l-enerġija. |
Ġustifikazzjoni | |
Regola waħda Ewropea bbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat KE biss tista' ma tħallix li jkun hemm tgħawwiġ fil-kompetizzjoni, pajjiżi li jieħdu azzjoni unilaterali, jew li jkun hemm arranġamenti speċjali. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Il-flotta tal-karozzi ta’ l-UE qed tiqdiem b’rata mgħaġġla. Il-proporzjon għoli tal-vetturi fil-flotta Ewropea tal-karozzi li għandhom ‘il fuq minn 10 snin jipperikola kwalunkwe regolamentazzjoni ġdida dwar l-emissjonijiet tad-CO2. Għalhekk għandha tingħata attenzjoni speċjali għat-tiġdid tal-flotta permezz ta’ inizzjattivi li jħeġġu x-xiri ta’ vetturi ġodda. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jiġi żgurat li r-regolament huwa effettiv jenħtieġ li jiġi promoss ix-xiri ta’ vetturi ġodda. Jekk il-konsumaturi jkomplu jiffavorixxu vetturi użati, partikolarment dawk eqdem minn 10 snin, m’hu ser ikun hemm ebda tnaqqis tanġibbli fl-emissjonijiet tad-CO2. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) I-Komunikazzjonijiet ipproponew approċċ integrat sabiex tintlaħaq il-mira Komunitarja ta' 120g CO2/km sa l-2012 u ħabbru li l-Kummissjoni kienet se tipproponi qafas leġiżlattiv biex tilħaq l-għan Komunitarju billi tiffoka fuq it-tnaqqis mandatorju ta' l-emissjonijiet ta’ CO2. B'hekk tintlaħaq il-mira ta' 130 g CO2/km għall-medja tal-flotta ta' karozzi ġodda permezz ta' titjib fit-teknoloġija ta’ vetturi motorizzati. B’konsistenza ma’ l-approċċ taħt l-impenji volontarji adottati mill-manifatturi, dan ikopri dawk l-elementi li jitqiesu fil-kejl ta’ l-emissjonijiiet ta’ CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri skond ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. Tnaqqis ulterjuri ta’ 10 g CO2/km, jew ekwivalenti jekk teknikament meħtieġ, se jirriżulta minn titjib teknoloġiku ieħor u minn użu aktar mifrux tal-bijofjuwils. Barra minn hekk, l-imġieba tal-konsumaturi għandha effett fuq l-emissjonijiet globali mill-karozzi tal-passiġġieri u għalhekk il-konsumaturi għandhom jingħataw tagħrif dwar jekk karozzi ġodda tal-passiġġieri jilħqux il-miri għall-emissjonijiet stabbiliti taħt dan ir-Regolament. |
(10) Il-Komunikazzjonijiet ipproponew approċċ integrat sabiex tintlaħaq il-mira Komunitarja ta' 120g CO2/km sa l-2012 u ħabbru li l-Kummissjoni kienet se tipproponi qafas leġiżlattiv biex tilħaq l-għan Komunitarju billi tiffoka fuq it-tnaqqis mandatorju ta' l-emissjonijiet ta’ CO2 biex b'hekk tintlaħaq il-mira ta' 130 g CO2/km għall-medja tal-flotta ta' karozzi ġodda permezz ta' titjib fit-teknoloġija ta’ vetturi motorizzati. L-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2 permezz ta' titjib fit-teknoloġiji tal-magni għandu jissejjes fuq l-iżvilupp ta' ekoteknoloġija użata fuq karozzi tal-passiġġieri, kif ukoll fuq it-titjib ta' l-infrastruttura tat-toroq, immaniġġjar aħjar tat-traffiku, miżuri li jinkuraġġixxu l-użu tal-bijofjuwils u arranġamenti xierqa ta' taxxa. B’konsistenza ma’ l-approċċ meħud fl-ambitu ta' l-impenji volontarji adottati mill-manifatturi, dan ikopri dawk l-elementi li jitqiesu fil-kejl ta’ l-emissjonijiiet ta’ CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri skond ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi żgħar għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. Tnaqqis ulterjuri ta’ 10 g CO2/km, jew ekwivalenti, jekk teknikament meħtieġ, se jirriżulta minn titjib teknoloġiku ieħor u minn użu aktar mifrux tal-bijofjuwils. Barra minn hekk, l-imġiba tal-konsumaturi għandha effett fuq l-emissjonijiet globali mill-karozzi tal-passiġġieri u għalhekk il-konsumaturi għandhom jingħataw tagħrif dwar jekk karozzi ġodda tal-passiġġieri jilħqux il-miri għall-emissjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Huwa importanti wkoll, fid-dawl tar-reviżjoni li ġejja tad-Direttiva 1999/94/KE 'relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u l-emissjonijiet tad-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda', li tiġi żviluppata klassifikazzjoni ċara tal-vetturi fuq il-bażi ta' l-effiċjenza tal-fjuwil u ta' l-emissjonijiet tagħhom tad-CO2. |
Ġustifikazzjoni | |
Informazzjoni ċara lill-konsumatur hija importanti ħafna. Fir-reviżjoni tad-Direttiva 1999/94/KE huwa importanti ħafna li tiġi stabbilita klassifikazzjoni ċara ta’ vetturi (e.g. Klassi A, A+, Klassi B, eċċ.). | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Il-qafas leġiżlattiv għall-implimentazzjoni tal-mira għall-medja tal-flotta ta' karozzi ġodda għandu jassigura miri ta' tnaqqis sostenibbli li huma kompetittivament newtrali u soċjalment ġusti li jkunu ġusti għad-diversità tal-manifatturi tal-karozzi Ewropej u jevitaw kwalunkwe tgħawwiġ mhux ġustifikat tal-kompetizzjoni bejn il-manifatturi tal-karozzi. Il-qafas leġiżlattiv għandu jkun kompatibbli ma' l-għan globali, jiġifieri li jintlaħqu l-miri ta' l-UE rigward Kjoto, u għandu jiġi appoġġat minn strumenti oħra aktar relatati ma’ l-użu bħad-differenzjazzjoni tat-taxxi fuq il-karozzi u fuq l-enerġija. |
(11) Il-qafas leġiżlattiv għall-implimentazzjoni tal-mira għall-medja tal-flotta ta' karozzi ġodda għandu jassigura miri ta' tnaqqis sostenibbli li huma kompetittivament newtrali u soċjalment ġusti li jkunu ġusti għad-diversità tal-manifatturi tal-karozzi Ewropej u jevitaw kwalunkwe tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn il-manifatturi tal-karozzi. Il-qafas leġiżlattiv għandu jkun kompatibbli ma' l-għan globali, jiġifieri li jintlaħqu l-miri ta' l-UE rigward Kjoto, u għandu jiġi appoġġat minn strumenti oħra aktar relatati ma’ l-użu bħad-differenzjazzjoni tat-taxxi fuq il-karozzi u fuq l-enerġija. It-taxxi fuq il-karozzi tal-passiġġieri għandhom jirrelataw ma' l-emissjonijiet niġġiesa tagħhom u għandu jkun hemm qbil dwarhom fuq livell ta' l-UE sabiex jiġi evitat li jkun hemm aktar frammentazzjoni tas-suq intern ibbażata fuq tassazzjoni differenti fl-Istati Membri differenti. |
Ġustifikazzjoni | |
M'hemm ebda ħtieġa ta' definizzjoni mill-Kummissjoni ta' tgħawwiġ 'ġustifikat' tal-kompetizzjoni. Sabiex tiġi evitata aktar frammentazzjoni tas-suq intern minħabba applikazzjonijiet differenti min-naħa ta’ l-Istati Membri huwa importanti li jintlaħaq ftehim f’livell Ewropew dwar taxxi fuq karozzi tal-passiġġieri skond l-emissjonijiet li jniġġsu tagħhom. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 11 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11a) Sabiex ikun hawn karozzi mingħajr emissjonijiet, ir-riżorsi tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp imwarrba għal teknoloġiji li jfittxu li joħoqlu karozzi mingħajr emissjoni għandhom jiżdiedu drastikament. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jiġu investiti aktar flus fl-R+D dwar teknoloġiji li jippermettu l-ħolqien ta’ karozzi mingħajr emissjonijiet | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Sabiex tinżamm id-diversità tas-suq tal-karozzi u l-kapaċità tiegħu li jindirizza ħtiġijiet ta' konsumaturi diversi, il-miri ta’ CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri għandhom ikunu ddefiniti bħala funzjoni ta' l-utilità tal-karozzi fuq bażi lineari. Biex niddeskrivu din l-utilità, il-massa hija l-aqwa parametru peress li tipprovdi korrelazzjoni sodisfaċenti ma' l-emissjonijiet attwali u għalhekk tirriżulta f'miri aktar realistiċi u newtrali mil-lat ta' kompetizzjoni, filwaqt li d-dejta dwar il-massa hija aktar faċilment disponibbli. Id-dejta dwar il-parametru ta' utilità alternattiv tad-"daqs tal-pass" (wisa' bejn rota u oħra mmoltiplikat bejn it-tul bejn rota u oħra) madankollu għandha tinġabar sabiex jiġu faċilitati evalwazzjonijiet aktar fit-tul ta' l-approċċ ibbażat fuq l-utilità. Fl-istabbiliment tal-miri, l-evoluzzjoni antiċipata tal-massa tal-karozzi l-ġodda sa l-2012 għandha titqies, u għandhom jiġu evitati inċentivi biex tiżdied il-massa tal-vetturi sempliċement sabiex tiġi sfruttata ż-żieda konsekwenzjali tal-mira tat-tnaqqis ta’ CO2. Għalhekk, iż-żieda awtonoma li possibilment tevolvi fil-ġejjieni fir-rigward tal-massa ta' vetturi manifatturati u mibjugħa fuq is-suq ta' l-UE għandha titqies meta jkunu qed jiġu ddefiniti l-miri għall-2012. Fl-aħħarnett, id-differenzjazzjoni tal-miri għandha tinkoraġġixxi tnaqqis fl-emissjonijiet fil-kategoriji kollha tal-karozzi filwaqt li jiġi rikonoxxut li jista' jsir tnaqqis akbar ta' l-emissjonijiet għal karozzi itqal. |
(12) Sabiex tinżamm id-diversità tas-suq tal-karozzi u l-kapaċità tiegħu li jindirizza ħtiġijiet ta' konsumaturi diversi, il-miri ta’ CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri għandhom ikunu ddefiniti bħala funzjoni ta' l-utilità tal-karozzi fuq bażi lineari. Biex tiġi deskritta din l-utilità, il-massa hija parametru adegwat li jipprovdi korrelazzjoni ma' l-emissjonijiet attwali u għalhekk tirriżulta f'miri aktar realistiċi u newtrali mil-lat ta' kompetizzjoni, filwaqt li d-dejta dwar il-massa hija aktar faċilment disponibbli. Id-data dwar il-parametri ta' utilità alternattivi tal-footprint (il-wisa' bejn rota u oħra mmoltiplikat bit-tul bejn fus u ieħor) għandha tinġabar sabiex jiġu faċilitati evalwazzjonijiet aktar fit-tul ta' l-approċċ ibbażat fuq l-utilità. Il-Kummissjoni għandha sal-2014 biex tirrevedi d-disponibilità tad-data u, jekk ikun il-każ, tadatta l-parametru ta' utilità. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jinħolqu inċentivi biex l-industrija tal-karozzi tinvesti f’teknoloġiji ġodda. Ir-Regolament jippromwovi attivament l-eko-innovazzjoni u jqis l-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni. B’dan il-mod, il-kompetittività ta’ l-Industrija Ewropea tittejjeb u jinħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità għolja. |
(13) L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jinħolqu inċentivi biex l-industrija tal-karozzi (produtturi u fornituri ta' vetturi) tinvesti f’teknoloġiji ġodda. Għaldaqstant ir-Regolament għandu jitfassal sabiex jippremja u jqis innovazzjonijiet ekoloġiċi li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u b'hekk isostni l-pożizzjoni ta' lider fis-suq ta' l-industrija tal-karozzi ta' l-UE u jqis biżżejjed l-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni. Dan jippromwovi l-kompetittività ta’ l-Industrija Ewropea b'mod sostenibbli u jiggarantixxi impjiegi ta’ kwalità għolja fl-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan l-abbozz ta' regolament jillimita l-innovazzjonijiet ekoloġiċi li jistgħu jitqiesu għall-konċessjonijiet għal dawk li huma magħrufa fil-proċedura ta' verifika attwali. Limitazzjoni għal 5 g CO2/km jew, jekk wieħed jinkludi l-bijofjuwils, għal 10 g CO2/km għall-'miżuri kumplimentari', mhix suffiċjenti. Hija ħafna anqas minn dak li huwa teknoloġikament u ekonomikament possibbli. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 13 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Bħala parti mill-approċċ integrat għat-tnaqqis ta’ l-emissjonjiet ta' CO2 minn vetturi ta’ użu ħafif l-ekoinnovazzjonijiet għandhom jiġu definiti u ggarantiti minn standards kwantifikabbli. Is-sistema Ewropea eżistenti ta' l-approvazzjoni tat-tip ma tinkludix il-possibilitajiet tekniċi kollha disponibbli biex jinkiseb titjib. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi stabbilit metodu għall-evalwazzjoni tal-potenzjal ta' tnaqqis ta' emissjonijiet ta' CO2 permezz ta' l-introduzzjoni ta' miżuri teknoloġiċi. Għandha tingħata attenzjoni lil dawk it-tekonoloġiji li m’huma riflessi xejn jew mhumiex riflessi biżżejjed fil-miżuri meħuda fi ħdan ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu. L-approvazzjonijiet għall-innovazzjonijiet ekoloġiċi għandhom jingħataw bħala mezz biex jiġu pprovduti inċentivi addizzjonali lill-manifatturi billi jitqiesu dawn il-benefiċċji fil-kisba tal-miri speċifiċi ta' tnaqqis ta' CO2. Barra minn dan, filwaqt li teknoloġiji ġodda jistgħu jkunu għalja għall-industrija tal-karozzi, dawn għandhom madankollu jiġu inkoraġġiti mill-Kummissjoni permezz ta' sistema ta’ krediti speċifiċi. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 13 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13b) Filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni, sabiex tkun żgurata l-possibilità ta' tbassir fit-tul għall-industrija, l-objettivi fuq żmien fit-tul għall-emissjonijiet tad-CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri għandhom jiġu stabbiliti b'kunsiderazzjoni ta' studju ta' l-impatt mill-Kummissjoni. Dawn l-objettivi għandu jkollhom l-għan li tintlaħaq medja ta' 95 g ta' CO2/km fl-2010. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 13 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13c) Dan ir-Regolament jinkorpora d-dispożizzjonijiet speċifiċi li huma mmirati sabiex jippromwovu aktar l-użu ta' fjuwils alternattivi, vetturi b'emissjonijiet baxxi u vetturi mingħajr emissjonijiet fis-suq ta' l-UE. |
Emenda12 Proposta għal regolament Premessa 13 d (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13d) Huwa partikolarment meħtieġ, sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u tiġi miġġielda l-bidla fil-klima, li l-industrija Ewropea tal-karozzi tibqa’ kompetittiva fuq livell globali. Għalhekk, huwa importanti li jiġu adottati miżuri li huma effettivi, partikolarment fil-konfront ta’ l-ispejjeż għas-settur tal-karozzi ta' l-UE kollu kemm hu sabiex il-kompetittività ma tiddgħajjifx. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Huwa meħtieġ mekkaniżmu ta' konformità sod sabiex jiġi żgurat li l-miri f'dan ir-Regolament jintlaħqu. |
(19) Jinħtieġ mekkaniżmu ta' penali konformi mat-Trattat sabiex jiġi żgurat li l-miri f'dan ir-Regolament jintlaħqu. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta jitfasslu l-penalitajiet, iridu jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha u għandu jingħata kas ta' l-ambitu ta' l-Artikolu 95 ECT. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Id-Direttiva 2007/46/KEE tipprovdi li l-manifatturi għandhom joħorġu ċertifikat tal-konformità li għandu jakkumpanja kull karozza tal-passiġġieri ġdida u li l-Istati Membri għandhom jippermettu r-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' karozza tal-passiġġieri ġdida biss jekk din ikollha magħha ċertifikat validu tal-konformità. Id-dejta miġbura mill-Istati Membri għandha tkun konsistenti maċ-ċertifikat tal-konformità maħruġ mill-manifattur għall-karozza tal-passiġġieri. |
(21) Id-Direttiva 2007/46/KEE tipprevedi li l-manifatturi għandhom joħorġu ċertifikat tal-konformità li għandu jakkumpanja kull karozza tal-passiġġieri ġdida u li l-Istati Membri għandhom jippermettu r-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' karozza tal-passiġġieri ġdida biss jekk din ikollha magħha ċertifikat validu tal-konformità. Id-data miġbura mill-Istati Membri għandha tkun konsistenti maċ-ċertifikat tal-konformità maħruġ mill-manifattur għall-karozza tal-passiġġieri u għandha tkun ibbażata biss fuq din ir-referenza.. Jekk l-Istati Membri, għal raġunijiet ġustifikati, ma jużawx iċ-ċertifikat ta’ konformità sabiex jispiċċaw il-proċess ta’ reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta’ karozza tal-passiġġieri ġdida huma għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-preċiżjoni li tixraq fil-proċedura ta' monitoraġġ. Għandu jkun hemm bażi ta’ data standard komuni ta' l-UE għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tad-data. Din għandha tintuża bħala referenza unika li tipperemetti li l-Istati Membri jżommu d-data ta’ reġistrazzjoni b’mod aktar faċli meta vetturi ġodda jiġu reġistrati mill-ġdid. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-użu ta’ netwerk elettroniku mill-Istati Membri, bħal fil-każ tal-proġett "Wirt Kulturali fin-Netwerks Reġjonali" (REGNET), li jippermetti aktar integrazzjoni ta' l-iskambju ta' data ta' reġistrazzjoni, bħall-emissjonijiet tad-CO2, bl-iskop li jsir monitoraġġ preċiż. Barra minn hekk, sabiex tippermetti lill-manifatturi jirreaġixxu għall-iżviluppi tas-suq, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mit-30 ta' Awwissu ta' kull sena ta' monitoraġġ, tagħmel ir-rapport interm tal-monitoraġġ disponibbli għal kull manifattur għal dik is-sena. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri kollha għandhom ikunu obbligati li jużaw bħala r-referenza ewlenija (eż għall-figuri tad-CO2) iċ-ċertifikat ta’ konformità bħala l-bażi għall-monitoraġġ (fil-preżent madwar 12-il Stat Membru ta' l-UE ma jużawx dan id-dokument). Għalhekk, għandha tinħoloq bażi ta’ data ċentrali Ewropea għall-ġbir ta’ data bħal din. Din tippermetti wkoll lill-manifatturi sabiex jipprovdu aġġornamenti f’waqthom fil-każ ta’ tibdiliet tekniċi fil-vetturi tagħhom. Huwa importanti ħafna li l-manifatturi jkunu jafu minn kmieni x’se tkun iċ-ċifra uffiċjali tad-CO2 u għalhekk il-kalkoli provviżorji u r-rapport interim tal-Kummissjoni jridu jsiru kull nofs sena. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Il-konformità tal-manifatturi mal-miri f'dan ir-Regolament għandhom jiġu vvalutati fuq il-livell Komunitarju. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tagħhom jaqbżu dawk permessi f'dan ir-Regolament għandhom iħallsu primjum għall-emissjonijiet żejda fir-rigward ta’ kull sena kalendarja mill-2012 ‘il quddiem. Il-primjum għandu jkun ibbażat fuq kemm il-manifatturi jkunu naqsu milli jilħqu l-mira tagħhom. Għandu jiżdied biż-żmien. Sabiex ikun ta' inċentiv biżżejjed biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri, il-primjum għandu jirrifletti l-ispejjeż teknoloġiċi. L-ammonti tal-primjum fuq l-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea. |
(22) Il-konformità tal-manifatturi mal-miri f'dan ir-Regolament għandhom jiġu vvalutati fuq il-livell Komunitarju. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tagħhom jaqbżu dawk permessi f'dan ir-Regolament għandhom iħallsu primjum għall-emissjonijiet żejda fir-rigward ta’ kull sena kalendarja mill-2012 ‘il quddiem. Il-primjum għandu jkun aġġustat skond kemm il-manifatturi jkunu naqsu milli jilħqu l-mira tagħhom. Huwa għandu jkun proporzjonat u konsistenti ma' strumenti oħra ta' tnaqqis tad-CO2 bħall-Iskema ta' Skambju tal-Kwoti ta' Emissjoni ta' l-UE. Sabiex ikun ta' inċentiv biżżejjed biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri, il-primjum għandu jirrifletti l-ispejjeż teknoloġiċi. L-ammonti tal-primjum fuq l-emissjonijiet żejda għandhom jintużaw għall-promozzjoni ta' mezzi sostenibbli ta' trasport li ma jipproduċux emissjonijiet ta' CO2, b'mod partikulari n-netwerks tat-trasport, ir-riċerka fir-rigward ta' effiċjenza akbar ta' l-enerġija u l-użu ta' enerġiji rinnovabbli fis-settur tat-trasport, kif ukoll it-tħeġġiġ għat-tiġdid tal-flotta. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Suġġett u għanijiet |
Suġġett, għan u għanijiet |
Dan ir-Regolament jistabilixxi r-rekwiżiti ta’ rendiment rigward l-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri, sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-suq intern u sabiex jintlaħaq l-għan kumplessiv ta’ l-UE li l-flotta medja ta’ karozzi ġodda għandha tikseb emissjonijiet ta’ CO2 ta’ 120g CO2/km. Ir-Regolament jistabbilixxi l-emissjonijiet medji ta’ CO2 għal karozzi ġodda tal-passiġġieri f’livell ta’ 130g CO2/km permezz ta’ titjib fit-teknoloġija tal-vetturi motorizzati kif imkejla skond ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jiġi appoġġat minn miżuri addizzjonali li jikkorrispondu għal 10g/km bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità. |
1. Dan ir-Regolament jistabilixxi r-rekwiżiti ta’ rendiment rigward l-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri, sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-suq intern u sabiex jintlaħaq l-għan kumplessiv ta' l-UE li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 fl-UE, inkluż fis-settur tat-trasport. Ir-Regolament jiffissa l-emissjonijiet medji ta' CO2 għall-flotta ta’ karozzi ġodda f'livell ta' 120g CO2/km. Dan ir-Regolament jiffissa wkoll objettiv għall-flotta tal-karozzi l-ġodda għal mhux aktar minn 95 g CO2/km mill-1 ta' Jannar 2020. |
|
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-emissjonijiet medji ta’ CO2 għall-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri f’livell ta’ 130g CO2/km permezz ta’ titjib fit-teknoloġija tal-vetturi motorizzati kif imkejla skond ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
|
3. Bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità, dan ir-Regolament għandu jiġi appoġġat minn miżuri addizzjonali li jikkorrispondu għal talanqas 10 g CO2/km. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għal proċedura komprensiva biex ikunu identifikati l-miżuri kollha għat-tnaqqis tad-CO2, bil-għan li titneħħa d-distinzjoni bejn miżuri għal sistemi ta’ propulsjoni jew għal vetturi u miżuri addizzjonali minn naħa u l-eko-innovazzjonijiet min-naħa l-oħra. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex ikun promoss il-progress teknoloġiku fil-qasam tal-vetturi u sabiex il-manifatturi u l-fornituri tal-vetturi jingħataw sigurtà ta’ investiment għall-futur imbiegħed, tajjeb li jitfasslu objettivi għall-futur imbiegħed fuq il-bażi ta’ rendikont dettaljat tal-miżuri attwali u ta’ evalwazzjoni ta’ l-impatt regolatorju li jsir bir-reqqa, u għaldaqstant tajjeb li jkunu promossi t-teknoloġiji alternattivi. Dawn l-objettivi għandhom jitfasslu permezz ta’ proċedura leġiżlattiva fil-futur qarib. Il-proposta jrid ikun fiha proċedura komprensiva sabiex tkopri l-miżuri kollha għat-tnaqqis tad-CO2. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li ma taqbiżx l-2 610 kg u vetturi li għalihom hija estiża l-approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 ('karozzi tal-passiġġieri') li huma rreġistrati fil-Komunità għall-ewwel darba u li qatt ma kienu rreġistrati barra l-Komunità ('karozzi ġodda tal-passiġġieri'). |
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li ma taqbiżx l-2 610 kg u vetturi li għalihom hija estiża l-approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 ('karozzi tal-passiġġieri') li huma rreġistrati fil-Komunità għall-ewwel darba ('karozzi ġodda tal-passiġġieri'). |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex il-manifatturi Ewropej tal-vetturi jkunu mħeġġa jinvestu f’teknoloġiji ġodda li jżidu l-effiċjenza enerġetika u li jnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2, jeħtieġ li ma jiddaħħlux vantaġġi speċifiċi għal vetturi ġodda impurtati minn barra l-Komunità. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Reġistrazzjoni preċedenti barra l-Komunità ta’ inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fil-Komunità m’għandhiex titqies. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex il-manifatturi Ewropej tal-vetturi jkunu mħeġġa jinvestu f’teknoloġiji mfassla biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2, jeħtieġ li ma jiddaħħlux vantaġġi speċifiċi għal vetturi ġodda impurtati minn barra l-Komunità. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a Vetturi li għandhom funzjoni soċjali partikulari skond l-Artikolu 3(1)(fd) m'għandhomx ikunu koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
In-numru ta' dawn il-vetturi huwa relattivament żgħir, u allura huwa ġustifikabbli li jkun hemm deroga sabiex ir-regoli dwar id-CO2 ikunu aċċettabbli mil-lat soċjali. | |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) 'footprint' tfisser il-wisa’ bejn żewġ roti (track width) immultiplikata bit-tul bejn il-fus ta' quddiem u l-fus ta’ wara (wheelbase) kif iddikjarat fiċ-ċertifikat tal-konformità u kif definit fit-taqsima 2.1 u 2.3 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE; |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) ‘vettura li taħdem bi fjuwil alternattiv’ tfisser vettura kif definita fir-Regolament 715/2007 u fil-miżuri implimentattivi tiegħu; |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fb) ‘vettura mingħajr ebda emissjonijiet’ tfisser vettura li, meta titqiegħed għall-proċedura ta' test għad-CO2 skond ir-Regolament 715/2007/KE, kemm jekk tkun wieqfa jew meta tkun taħdem, ma tipproduċi ebda CO2; |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda ma tbiddilx it-tifsira tal-paragrafu iżda tipprovdi aktar ċarezza lingwistika. | |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fc) ‘eko-innovazzjonijiet’ tfisser kull miżura jew innovazzjoni teknoloġika li tkun ippruvata li tagħti kontribut kwantifikabbli għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' CO2 li la hija inkluża u lanqas meqjusa biżżejjed fil-proċedura ta' test għad-CO2 skond ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u lanqas m’hija mitluba bil-liġi permezz tal-miżuri addizzjonali msemmija fl-Artikolu 1. Għandha tkun stabbilita lista waħda ta' miżuri, li madankollu tkun revedibbli; |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fd) 'vetturi b'funzjoni soċjali partikulari' tfisser il-vetturi li ġejjin, fil-kategorija M1: |
|
i) vetturi b'funzjoni soċjali partikulari skond id-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' riferenza ta' aktar minn 2000 kg, |
|
ii) vetturi b'massa ta' riferenza ta' aktar minn 2000 kg, maħsuba għal seba' passiġġieri jew aktar kif ukoll is-sewwieq, għajr il-vetturi tal-kategorija M1G skond id-Direttiva 2007/46/KE, |
|
iii) vetturi b'massa ta' riferenza ta' aktar minn 1760 kg, immanifatturati esklussivament għal finijiet kummerċjali u li fihom jista' jintuża siġġu bir-roti, skond il-politika Komunitarja dwar persuni b'diżabilità. |
Ġustifikazzjoni | |
In-numru ta' dawn il-vetturi huwa relattivament żgħir, u allura huwa ġustifikabbli li jkun hemm deroga sabiex ir-regoli dwar id-CO2 ikunu aċċettabbli mil-lat soċjali. | |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 - parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, il-manifatturi jitiqesu bħala konnessi jekk huma impriżi konnessi. ‘Impriżi konnessi’ tfisser: |
2. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, diversi manifatturi li jiffurmaw impriża marbuta jitiqesu bħala manifattur wieħed. ‘Impriżi marbuta’ tfisser: |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda ma tbiddilx it-tifsira tal-paragrafu iżda tipprovdi aktar ċarezza lingwistika. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għas-sena kalendarja li tibda mill-1 ta' Jannar 2012 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri għandu jassigura li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ma jaqbżux il-mira speċifika ta' emissjonijiet determinata skond l-Anness I jew, fejn manifattur ngħata deroga taħt l-Artikolu 9, skond dik id-deroga. |
Mill-1 ta' Jannar 2012 kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri għandu jassigura li fl-2012 60%, fl-2013 70%, fl-2014 80% u fl-2015 u kull sena sussegwenti 100% tal-flotta tal-vetturi tiegħu ma taqbiżx il-mira speċifika ta' emissjonijiet ta' CO2 għall-flotta ta' manifattur determinata skond l-Anness I jew, fejn manifattur ingħata deroga skond l-Artikolu 9, skond dik id-deroga. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Sa l-aħħar ta' l-2015, fil-kalkolu ta' l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 , kull karozza tal-passiġġieri ġdida b'emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' anqas minn 50g CO2 /km u kull vettura li taħdem bi fjuwil alternattiv se jingħaddu bħala 1,5 karozzi u kull vetturi mingħajr emissjonijiet se tingħadd bħala 3 karozzi. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fil-kalkolu ta' l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2, għandhom jitqiesu t-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 miksuba bl-eko-innovazzjoni. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a Il-manifatturi jistgħu jingħaqdu sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom rigward l-introduzzjoni ta’ vetturi bla emissjonijiet kif stipulat fil-paragrafu 2a ta' l-Anness I. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ftehim dwar l-iffurmar ta’ għaqda jista’ jirrigwarda sena kalendarja waħda jew aktar bil-kundizzjoni li l-perjodu kumplessiv ta’ kull ftehim ma jaqbiżx il-ħames snin kalendarji u għandu jibda’ fi jew qabel il-31 ta' Diċembru fl-ewwel sena kalendarja li fiha jkunu se jingħaqdu l-emissjonijiet. Il-manifatturi li jiffurmaw għaqda għandhom jirreġistraw l-informazzjoni għand il-Kummissjoni: |
2. Ftehim dwar l-iffurmar ta’ għaqda jista’ jirrigwarda sena kalendarja waħda jew aktar u għandu jseħħ sal-31 ta' Diċembru fl-ewwel sena kalendarja li fiha jkunu se jingħaqdu l-emissjonijiet. Il-manifatturi li jiffurmaw għaqda għandhom jirreġistraw l-informazzjoni għand il-Kummissjoni: |
Ġustifikazzjoni | |
M'hemm l-ebda raġuni li għaliha l-għaqdiet għandhom ikunu limitati sa ħames snin. L-emenda ma tolqotx l-objettiv ġenerali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' 130 g/km | |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 5 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-manifatturi jistgħu jidħlu għal arranġamenti ta’ tagħqid bil-kundizzjoni li l-ftehimiet tagħhom ikunu f’konformità ma’ l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat u li jippermettu l-parteċipazzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f’termini kummerċjalment raġjonevoli minn kwalunkwe manifattur li jitlob li jsir membru ta’ l-għaqda. Bla ħsara għall-applikabilità ġenerali tar-regoli tal-Kompetizzjoni ta’ l-UE għal għaqdiet bħal dawn, il-membri kollha ta’ għaqda għandhom jiżguraw b’mod partikolari li l-ebda skambju ta’ dejta u lanqas ta’ informazzjoni ma jista’ jsir fil-kuntest ta’ l-arranġament ta’ tagħqid tagħhom, ħlief għal dan li ġej: |
5. Il-manifatturi jistgħu jidħlu għal arranġamenti ta’ tagħqid bil-kundizzjoni li l-ftehimiet tagħhom ikunu f’konformità ma’ l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat. Bla ħsara għall-applikabilità ġenerali tar-regoli tal-Kompetizzjoni ta’ l-UE għal għaqdiet bħal dawn, il-membri kollha ta’ għaqda għandhom jiżguraw b’mod partikolari li l-ebda skambju ta’ data u lanqas ta’ informazzjoni ma jista’ jsir fil-kuntest ta’ l-arranġament ta’ tagħqid tagħhom, ħlief għal dan li ġej: |
Ġustifikazzjoni | |
Arranġamenti għal tagħqid, li fihom kwalunkwe manifattur estern jista' jipparteċipa fil-kundizzjonijiet maqbula mingħajr diskriminazzjoni eventwalment iwassal għall-introduzzjoni ta' sistema ta' skambju ta' kwoti ta' emissjonijiet magħluqa għas-settur kollu. Fil-kuntest tal-libertà ta' l-impriżi li jiddefinixxu lilhom infushom, u meta jitqiesu r-regoli tal-kompetizzjoni ta' l-UE, din il-frażi għandha titħassar. Arranġamenti għat-tagħqid għandhom jitħallew biss fuq bażi volontarja mingħajr l-obbligu li jiddaħħlu kompetituri minn barra. | |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Ħlief fejn tingħata notifika taħt il-paragrafu 3, il-manifatturi f’għaqda li għaliha tiġi rreġistrata l-informazzjoni mal-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħallikieku huma manifattur wieħed għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
7. Ħlief fejn tingħata notifika taħt il-paragrafu 3, il-manifatturi f’għaqda li għaliha tiġi rreġistrata l-informazzjoni mal-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħallikieku huma manifattur wieħed għall-finijiet li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skond l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament. Informazzjoni dwar monitoraġġ u rappurtaġġ tkun dokumentata, rappurtata u disponibbli fir-reġistru ċentrali għall-manifatturi individwali kif ukoll għall-għaqdiet. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għas-sena li tibda mill-1 ta' Jannar 2010 u kull sena sussegwenti, kull Stat Membru għandu informazzjoni għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri li tkun irreġistrata fit-territorju tiegħu skond il-Parti A ta' l-Anness II. |
1. Għax-xahar li jibda mill-1 ta' Jannar 2012 u kull xahar sussegwenti, kull Stat Membru għandu jżomm informazzjoni rigward kull karozza ġdida tal-passiġġieri li tkun irreġistrata fit-territorju tiegħu skond il-Parti A ta' l-Anness II. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli lill-manifatturi u lill-importaturi jew rappreżentanti nnominati tagħhom f'kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jiżguraw li l-entitajiet li jirrappurtaw jaħdmu b'mod trasparenti u mhux burokratiku. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-monitoraġġ u l-irrappurtar ta' l-emissjonijiet medji għandhom jibdew meta r-regolament jiddaħħal fis-seħħ sabiex jiġi evitat li jkun hemm tgħawwiġ fis-suq jew diskriminazzjoni kontra l-manifatturi. Għaldaqstant il-miżuri m'għandhomx jibdew qabel l-2012, għandhom isiru ta' kull xahar u għandhom ikunu disponibbli lill-manifatturi tal-vetturi sabiex il-manifatturi u l-konsumaturi ikunu aktar involuti fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi. L-għan ta’ din l-emenda huwa li jkun żgurat li l-entitajiet nazzjonali ta’ rappurtaġġ ma jiġġenerawx spejjeż mhux meħtieġa għall-operat tagħhom u li jaħdmu bl-aktar mod effettiv possibbli u kemm jista’ jkun mingħajr burokrazija. | |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Sat-28 ta' Frar 2011 u kull sena sussegwenti, l-Istat Membru għandu jiddetermina u jittrasferixxi lill-Kummissjoni l-informazzjoni elenkata fil-Parti B ta' l-Anness II fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti. Id-dejta għandha tintbagħat skond il-format speċifikat fil-Parti C ta' l-Anness II. |
2. Sal-31 ta' Lulju 2012 u kull sitt xhur sussegwenti, l-Istat Membru għandu jiddetermina u jittrasferixxi lill-Kummissjoni l-informazzjoni, verifikata minn awditur ċertifikat, elenkata fil-Parti B ta' l-Anness II fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti. Id-dejta għandha tintbagħat skond il-format speċifikat fil-Parti C ta' l-Anness II. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ għandhom jibdew ma’ l-implimentazzjoni tar-Regolament fl-2012 sabiex ikunu evitati t-tgħawwiġ tas-suq u d-diskriminazzjoni kontra l-manifatturi. Huwa importanti ħafna li l-manifatturi jkunu jafu min kmieni x’se tkun iċ-ċifra uffiċjali tad-CO2 u għalhekk il-kalkoli provviżorji tal-Kummissjoni jridu jsiru kull sitt xhur. Il-verifika tad-data ta’ l-Istati Membri minn awditur ċertifikat għandha tiżgura li l-Istati Membri jiġbru u jimmoniterjaw iċ-ċifri relattivi għad-CO2 li jidhru fuq iċ-Ċertifikat ta’ Konformità u li l-mudelli tal-karozzi jkunu attribwiti lill-manifatturi t-tajba. | |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 - parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali tad-dejta rrapurtata mill-Istati Membri taħt dan l-Artikolu, u sat-30 ta' Ġunju 2011 u kull sena sussegwenti għandha tikkalkula għal kull manifattur fuq bażi proviżorja: |
4. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali tad-data rrapurtata mill-Istati Membri taħt dan l-Artikolu, u sat-30 ta' Awwissu 2012 u kull sitt xhur sussegwenti għandha tikkalkula għal kull manifattur fuq bażi proviżorja: |
Ġustifikazzjoni | |
Il-monitoraġġ u l-irrappurtar ta' l-emissjonijiet medji għandhom jibdew meta r-regolament jiddaħħal fis-seħħ sabiex jiġi evitat li jkun hemm tgħawwiġ fis-suq jew diskriminazzjoni kontra l-manifatturi. Għaldaqstant il-miżuri m'għandhomx jibdew qabel l-2012. Il-manifatturi għandhom sa minn kmieni jirċievu informazzjoni dwar CO2 ammissibbli għal kull sitt xhur għal raġunijiet ta' ċertezza fl-ippjanar. | |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-manifatturi jistgħu, fi żmien xahrejn minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu proviżorju skond il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żbalji fid-dejta, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih iqisu li jkun seħħ l-iżball. |
5. Il-manifatturi jistgħu, fi żmien tliet xhur minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu proviżorju skond il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żbalji fid-data, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih iqisu li jkun seħħ l-iżball. |
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe notifiki mill-manifatturi u għandha, sat-30 ta' Settembru, tikkonferma inkella temenda u tikkonferma l-kalkoli proviżorji skond il-paragrafu 4. |
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe notifiki mill-manifatturi u għandha, sal-31 ta' Marzu tas-sena sussegwenti, tikkonferma inkella temenda u tikkonferma l-kalkoli proviżorji skond il-paragrafu 4. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa kruċjali li d-data miġbura mill-Istati Membri tkun preċiża sabiex ikun hemm kalkolu eżatt tal-figuri ta' l-objettivi speċifiċi ta' tnaqqis tal-manifatturi. Għaldaqstant il-perjodu li matulu l-manifatturi jistgħu jiġbdu l-attenzjoni dwar nuqqasijiet fid-data għandu jiġi estiż għal talanqas tliet xhur. | |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Meta, fuq il-bażi tal-kalkoli skond il-paragrafu 5, fir-rigward tas-sena kalendarja 2010 jew 2011, il-Kummissjoni jidhrilha li l-medja ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' manifattur f'dik is-sena jkunu qabżu l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi għal dik is-sena, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-manifattur. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Il-monitoraġġ u l-irrappurtar ta' l-emissjonijiet medji għandhom jibdew meta r-regolament jiddaħħal fis-seħħ sabiex jiġi evitat li jkun hemm tgħawwiġ fis-suq jew diskriminazzjoni kontra l-manifatturi. Għaldaqstant il-miżuri m'għandhomx jibdew qabel l-2012. | |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti għall-ġbir u l-komunikazzjoni tad-dejta ta' monitoraġġ skond dan ir-Regolament u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjon dwar l-awtorità komepetenti nnominata sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
7. L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti għall-ġbir u l-komunikazzjoni tad-dejta ta' monitoraġġ skond dan ir-Regolament u għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-awtorità kompetenti nnominata sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafi 2 sa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-primjum għall-emissjonijiet żejda fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bil-formula li ġejja: |
2. Il-primjum għall-emissjonijiet żejda fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bil-formula li ġejja: |
L-emissjonijiet żejda x l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri x il-primjum għall-emissjonijiet żejda stipulat fil-paragrafu 3. |
L-emissjonijiet żejda x l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri li bħala medja m’humiex konformi ma' l-objettiv speċifiku ta' emissjonijiet tal-manifattur x il-primjum għall-emissjonijiet żejda stipulat fil-paragrafu 3. |
Fejn: |
Fejn: |
'Emissjonijiet żejda' tfisser in-numru pożittiv ta' grammi kull kilometru li bih l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur ikunu qabżu l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja, aġġustat għall-eqreb tliet punti deċimali; kif ukoll |
'Emissjonijiet żejda' tfisser in-numru pożittiv ta' grammi kull kilometru li bih l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur ikunu qabżu l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja, aġġustat għall-eqreb tliet punti deċimali; kif ukoll |
'Għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri' tfisser l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri li għalihom huwa l-manifattur u li ġew irreġistrati dik is-sena. |
‘L-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri li bħala medja m’humiex konformi ma' l-objettiv speċifiku ta' emissjonijiet tal-manifattur ’ tfisser l-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri prodotti mill-manifattur u rreġistrati fis-sena konċernata li l-emissjonijiet speċifiċi tagħhom tad-CO2 jaqbżu l-objettivi speċifiċi ta' emissjonijiet tagħhom u li ma jistgħux jagħmlu tajjeb għalihom vetturi reġistrati oħra ta' l-istess manifattur li għandhom emissjonijiet ta' CO2 aktar baxxi mill-objettivi speċifiċi ta' emissjonijiet. |
3. Il-primjum fuq l-emissjonijiet żejda għandu jkun: |
3. Il-primjum fuq l-emissjonijiet żejda għandu, fis-sena kalendarja 2012 u fis-snin kalendarji sussegwenti, ikun komparabbli ma' strumenti oħra ta' tnaqqis tad-CO2, bħall-Iskema ta' Skambju ta' l-Emissjonijiet ta' l-UE, iżda mhux aktar minn EUR 40. |
(a) fir-rigward ta’ l-emissjonijiet żejda fis-sena kalendarja 2012, 20 euro; |
|
(b) fir-rigward ta’ l-emissjonijiet żejda fis-sena kalendarja 2013, 35 euro; |
|
(c) fir-rigward ta’ l-emissjonijiet żejda fis-sena kalendarja 2014, 60 euro; kif ukoll |
|
(d) fir-rigward ta’ l-emissjonijiet żejda fis-sena kalendarja 2015 u snin sussegwenti, 95 euro; |
|
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodi għall-ġbir tal-primjums għall-emissjonijiet żejda fil-kuntest tal-paragrafu 1. |
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodi għall-ġbir tal-primjums għall-emissjonijiet żejda fil-kuntest tal-paragrafu 1. |
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). |
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). |
5. L-ammonti tal-primjum fuq l-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea. |
5. L-ammonti tal-primjum fuq l-emissjonijiet żejda għandhom jintużaw għall-promozzjoni ta' mezzi sostenibbli ta' trasport li ma jipproduċux emissjonijiet tad-CO2, b'mod partikulari n-netwerks tat-trasport, ir-riċerka fir-rigward ta' effiċjenza akbar ta' l-enerġija u l-użu ta' enerġiji rinnovabbli fis-settur tat-trasport, kif ukoll it-tħeġġiġ għat-tiġdid tal-flotta. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodi għall-ġbir tal-primjums għall-emissjonijiet żejda fil-kuntest tal-paragrafu 1. |
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodi għall-ġbir tal-primjums għall-emissjonijiet żejda fil-kuntest tal-paragrafu 1, 2 u 3. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa f'idejn il-Komunità li tiffissa l-penalitajiet fil-leġiżlazzjoni. Madankollu, jinħtieġ li dawn ikunu maqbula flimkien ma' l-Istati Membri. | |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sal-31 ta' Ottubru 2011 u kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista fejn tindika għal kull manifattur: |
1. Sat-30 ta' Ġunju 2013 u kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista, li għandha tidher ukoll fil-websajt tagħha, fejn tindika għal kull manifattur: |
Ġustifikazzjoni | |
Il-publikazzjoni tad-data tal-manifatturi għandha tibda meta r-regolament jiddaħħal fis-seħħ, sabiex jiġi evitat li jkun hemm tgħawwiġ fis-suq u diskriminazzjoni kontra l-manifatturi. Għaldaqstant il-publikazzjoni tad-data m'għandhiex tibda qabel l-2013. | |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Mill-31 ta' Ottubru 2013, il-lista ppubblikata taħt il-paragrafu 1 għandha tindika wkoll jekk il-manifattur ikunx ikkonforma mar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 4 fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti. |
2. Il-lista ppubblikata taħt il-paragrafu 1 għandha tindika wkoll jekk il-manifattur ikunx ikkonforma mar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 4 fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-data kienet diġà ġiet iffissata f'emenda għall-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 8. | |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 9 – Titolu u paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Deroga speċjali għal manifatturi independenti ta' produzzjoni baxxa |
Objettiv speċjali għal manifatturi speċjalizzati ta' produzzjoni baxxa |
1. Applikazzjoni għal deroga mill-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi kkalkulata skond l-Anness I tista’ ssir minn manifattur li: |
1. Applikazzjoni għal deroga mill-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi kkalkulata skond l-Anness I tista’ ssir minn manifattur li: |
(a) huwa responsabbli għal inqas minn 10,000 karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fil-Komunità kull sena kalendarja; kif ukoll |
(a) huwa responsabbli għal inqas minn 0,1% tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fil-Komunità kull sena kalendarja; kif ukoll |
(b) li mhux marbut ma manifattur ieħor. |
(b) li mhux marbut ma' manifattur ieħor; jew |
|
(c) jekk huwa marbut, fiż-żmien meta daħal fis-seħħ dan ir-Regolament kien, u fil-preżent huwa, manifattur ta' mudelli speċifiċi b'faċilitajiet ta' żvilupp u ta' produzzjoni proprji. |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafi 7 a u 7 b (ġodda) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7a Manifattur jista' jitlob lill-Kummissjoni sabiex jingħata mira alternattiva ta' tnaqqis ta' 25% fil-medja tiegħu ta' emissjonijiet speċifiċi meta mqabbla ma' ta' l-2006, minflok il-mira kalkolata skond l-Anness I, bil-kundizzjoni li: |
|
(a) jekk ma jkollu l-ebda impriża marbuta, ir-reġistrazzjonijiet annwali tiegħu ta' karozzi ġodda fl-UE jaqgħu bejn iċ-ċifra stipulata fil-paragrafu 1 u 1% tas-suq totali ta' l-UE, jew |
|
(b) jekk ma jkollu l-ebda impriża marbuta, ir-reġistrazzjonijiet annwali tiegħu ta' karozzi ġodda fl-UE, meħuda flimkien ma' l-impriżi marbuta, jaqgħu bejn iċ-ċifra stipulata fil-paragrafu 1 u 1% tas-suq totali ta' l-UE. |
|
7b. Impriżi marbuta jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex jingħataw mira alternattiva ta' tnaqqis ta' 25% fil-medja tagħhom ta' emissjonijiet speċifiċi meta mqabbla mal-2006, minflok il-mira kalkolata skond l-Anness I, jekk ir-reġistrazzjonijiet annwali tagħhom ta' karozzi ġodda fl-UE, meħuda flimkien ma' l-impriżi marbuta, jaqgħu bejn iċ-ċifra stipulata fil-paragrafu 1 u 1% tas-suq totali ta' l-UE. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-mira ta' tnaqqis akbar fl-emissjonijiet (25%) se toffri lill-manifatturi ta' mudelli speċifiċi inċentiv akbar biex jagħmlu aktar sforzi f'dan il-qasam milli jagħmlu l-manifatturi ta' flotta. Peress li l-manifatturi ta' mudelli speċifiċi ġeneralment mhumiex koperti mid-deroga skond l-Artikolu 9(1), minħabba sens ta' ġustizzja, dawn id-dispożizzjonijiet addizzjonali għandhom jiġu inkorporati fil-proposta tal-Kummissjoni. | |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fl-2010, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' l-Approċċ Integrat tal-Komunità sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-vetturi għall-użu ħafif. |
1. Fl-2010, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' l-Approċċ Integrat tal-Komunità sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-vetturi għall-użu ħafif. Il-Kummissjoni għandha, fl-istess rapport, tressaq rakkomandazzjonijiet dwar l-arranġamenti ta' kreditu u ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni ta' innovazzjonijiet ekoloġiċi. |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a Kull meta l-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni ġdida li taffettwa vetturi żgħar u l-fjuwils tagħhom b'mod li jwassal direttament jew indirettament għal żieda fl-emissjonijiet tad-CO2, il-Kummissjoni għandha tindika b'mod ċar dan il-fatt fil-proposti tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tirrifletti kwalunkwe impatt negattiv fuq il-konformita tal-manifatturi mal-mira speċifika ta' emissjonijiet tad-CO2 stipulati f'dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
L-industrija tal-vetturi għandha tiġi kkumpensata għal proposti leġiżlattivi li jżidu l-emissjonijiet tad-CO2. Dan huwa koerenti mal-prinċipji li diġa hemm qbil dwarhom ta' CARS21: l-istabbilita, il-prevedibbilta u l-ilħuq tal-miri bl-aktar mod effiċjenti f'sens ta' nefqa. Għalhekk, għandu jkun indikat biċ-ċar jekk xi wieħed mir-regolamenti proposti jaffettaw b'mod negattiv il-mira għat-tnaqqis tad-CO2. | |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3b. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-iżviluppi teknoloġiċi u tintroduċi, jekk ikun il-każ, limiti minimi ekwivalenti għad-CO2 għal forom oħra ta' enerġija użati għall-karozzi tal-passiġġieri. Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 10 - paragrafu 3 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3c. Sabiex ikun hemm riflessjoni aħjar ta' l-emissjonijiet reali ta' CO2 u tal-potenzjal ippreżentat minn miżuri u ekoinnovazzjonijiet ulterjuri, il-Kummissjoni għandha tevalwa b'mod regolari iċ-ċikli ta' testijiet użati biex jitkejlu l-emissjonijiet tad-CO2, kif stabbilit fir-Regolament 715/2007/KE, u b'konsegwenza taġġustawhom. |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 10– paragrafu 3 d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
|
3d. Il-Kummissjoni għandha, sa l-2014 u wara li jseħħ studju ta' l-impatt, tippubblika rapport dwar id-disponibilità tad-data dwar il-'footprint', bħala parametru ta' utilità biex jiġu ddeterminati objettivi speċifiċi ta' emissjonijiet u, jekk ikun il-każ, temenda l-Anness I skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Tagħrif għall-konsumatur |
Miżuri ta' implimentazzjoni |
Mill-ewwel ta' Jannar 2010, il-manifatturi għandhom jiżguraw li t-tikketti, il-kartelluni jew il-letteratura promozzjonali kollha tat-tip imsemmi fl-Artikolu 3, 5 u 6 tad-Direttiva 1999/94/KE jindikaw kemm l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozza tal-passiġġieri offruta għal bejgħ huma differenti mill-mira speċifika ta' emissjonijiet għal dik il-karozza tal-passiġġieri skond l-Anness I. |
Dawk il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 3(1)(fa), li huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). |
Ġustifikazzjoni | |
L-approvazzjoni ta' l-ekoinnovazzjonijiet fuq livell ta' l-UE permezz tal-Komitoloġija tiggarantixxi approċċ armonizzat. Il-Komitoloġija hija proċedura stabbilita skond il-liġi Komunitarja li l-Kummissjoni tuża regolarment biex tilħaq deċiżjonijiet komuni li jemendaw leġiżlazzjoni eżistenti jew biex tintroduċi leġiżlazzjoni ġdida skond il-kompetenza tal-Kummissjoni fil-qasam tal-kostruzzjoni tal-vetturi. | |
Emenda 52 Proposta għal regolament Anness I – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għal kull karozza tal-passiġġieri, l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 permessi, imkejla fi grammi kull kilometru għandhom jiġu ddeterminati skond il-formula li ġejja: |
1. Għal kull karozza tal-passiġġieri, l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 permessi, imkejla fi grammi kull kilometru għandhom jiġu ddeterminati skond il-formula li ġejja: |
L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 permessi = 130 + a × (M – M0) |
L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 permessi = 130 + a × (M – M0) |
Fejn: |
Fejn: |
M = il-massa tal-vettura f’kilogrammi (kg) |
M = il-massa tal-vettura f’kilogrammi (kg) |
M0 = 1289.0 × f |
M0 = 1289.0 |
f = (1 + AMI)6 |
|
Żieda fil-massa awtonoma (AMI) = 0 % |
|
a = 0.0457 |
a = 0.0457 |
Emenda 53 Proposta għal regolament Anness I – punt 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a Kull manifattur għandu jiżgura li fis-sena li tibda fl-1 ta' Jannar 2020, u kull sena sussegwenti, talanqas 8% tal-karozzi tal-passiġġieri li jipproduċi jkunu vetturi mingħajr ebda emissjonijiet. Sabiex tintlaħaq din il-mira, il-manifatturi jistgħu jużaw id-dispożizzjonijiet għal tagħqid stipulati fl-Artikolu 5(1a). |
Emenda 54 Proposta għal regolament Anness II – Parti A – punt 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għas-sena li tibda mill-1 ta' Jannar 2010 u kull sena sussegwenti, l-Istati Membri għandhom iniżżlu d-dettalji li ġejjin għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri li tkun irreġistrata fit-territorju tagħhom: |
1. Għax-xahar li jibda mill-1 ta' Jannar 2012 u kull xahar sussegwenti, l-Istati Membri għandhom iżommu d-dettalji li ġejjin għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri li tkun irreġistrata fit-territorju tagħhom: |
Ġustifikazzjoni | |
Il-monitoraġġ u l-irrappurtar ta' l-emissjonijiet medji għandhom jibdew meta r-regolament jiddaħħal fis-seħħ sabiex jiġi evitat li jkun hemm tgħawwiġ fis-suq jew diskriminazzjoni kontra l-manifatturi. Għaldaqstant il-miżuri m'għandhomx jibdew qabel l-2012. Għal raġunijiet ta' ċarezza ta' l-ippjanar, il-manifatturi jeħtieġu rrappurtar ta' kull xahar dwar karozzi ġodda u dwar il-monitoraġġ tad-CO2. | |
Emenda 55 Proposta għal regolament Anness II – Parti A – Punt 3 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Għas-sena li tibda mill-1 ta' Jannar 2010 u kull sena sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, f'konformità mal-metodi deskritti fil-Parti B, skond il-manifattur: |
3. Għax-xahar li jibda mill-1 ta' Jannar 2012 u kull xahar sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, f'konformità mal-metodi deskritti fil-Parti B, skond il-manifattur: |
PROĊEDURA
Titolu |
Standards ta’ rendiment rigward emissjonijiet minn karozzi ġodda |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0856 – C6-0022/2008 – 2007/0297(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ENVI |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 17.1.2008 |
|
|
|
||||
Koperazzjoni msaħħa - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
10.4.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni: Data tal-ħatra |
Werner Langen 4.3.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
8.4.2008 |
27.5.2008 |
16.7.2008 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
1.9.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
31 19 2 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Březina, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Lena Ek, Adam Gierek, Umberto Guidoni, David Hammerstein, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Werner Langen, Anne Laperrouze, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Aldo Patriciello, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Amalia Sartori, Andres Tarand, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Dominique Vlasto |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Pilar Ayuso, Dorette Corbey, Christian Ehler, Göran Färm, Robert Goebbels, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Gunnar Hökmark, Marie-Noëlle Lienemann, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Esko Seppänen, Silvia-Adriana Ţicău |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alessandro Foglietta, Umberto Pirilli |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0856 – C6-0022/2008 – 2007/0297(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
19.12.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 17.1.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 17.1.2008 |
IMCO 17.1.2008 |
TRAN 17.1.2008 |
|
||||
Opinjonijiet mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
IMCO 25.3.2008 |
TRAN 22.1.2008 |
|
|
||||
Kumitat(i) assoċjat(i) Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 10.4.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Guido Sacconi 26.2.2008 |
|
|
|||||
Bażi legali kkontestata Data tal-opinjoni tal-JURI |
JURI 9.9.2008 |
|
|
|
||||
Eżami fil-kumitat |
8.4.2008 |
28.5.2008 |
16.7.2008 |
9.9.2008 |
||||
Data tal-adozzjoni |
25.9.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
46 19 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Johannes Blokland, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Alessandro Foglietta, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Peter Liese, Linda McAvan, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Amalia Sartori, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Inés Ayala Sender, Sergio Berlato, Niels Busk, Hanne Dahl, Lena Ek, Christofer Fjellner, Ambroise Guellec, Rebecca Harms, Jutta Haug, Johannes Lebech, Kartika Tamara Liotard |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Georg Jarzembowski, Werner Langen, Pierre Pribetich, Seán Ó Neachtain |
|||||||