RAPPORT dwar l-Ekoinnovazzjoni - Impjiegi u Tkabbir permezz tal-politika ambjentali

17.10.2013 - (2012/2294(INI)) Il-Parlament Ewropew,

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Karin Kadenbach

Proċedura : 2012/2294(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0333/2013
Testi mressqa :
A7-0333/2013
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-Eko-innovazzjoni - Impjiegi u Tkabbir permezz tal-politika ambjentali

(2012/2294(INI)) Il-Parlament Ewropew,

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Ewropa 2020: Strateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv’ (COM(2010)2020),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Innovazzjoni għal Futur Sostenibbli – Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Eko-innovazzjoni (Eco-AP)’ (COM(2011)0899),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020: Unjoni tal-Innovazzjoni’ (COM(2010)0546),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020" (COM(2011)0021),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Jitħeġġu t-teknoloġiji għall-iżvilupp sostenibbli: Pjan ta’ Azzjoni għal Teknoloġiji Ambjentali għall-Unjoni Ewropea’ (COM(2004)0038),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Viżjoni strateġika għal standards Ewropej: Il-mixja ’l quddiem biex jittejjeb u jitħaffef it-tkabbir sostenibbli tal-ekonomija Ewropea sal-2020’ (COM(2011)0311),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Rio+20: Lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar’ (COM(2011)0363),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050" (COM(2011)0112),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta’ impjiegi’ (COM(2010)0682),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi Orizzont 2020 – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (COM(2011)0809),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Orizzont 2020’– Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni" (COM(2011)0808),

–   wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni ‘Adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn qafas Ewropew għall-azzjoni’ (COM(2009)0147),

–   Wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummisjoni ‘Il-bidla ta’ Sfidi f’Opportunitajiet: Lejn Qafas Strateġiku Komuni għall-finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE’ (COM(2011)0048),

–   wara li kkunsidra l-istrument il-ġdid "Garanzija għaż-Żgħażagħ",

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 dwar Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni fl-inizjattiva ewlenija Unjoni ta' Innovazzjoni[1],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-24 ta’ Mejju 2012 dwar Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza[2],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2011 dwar l-iżvilupp ta' pożizzjoni komuni tal-UE qabel il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20)[3],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050[4],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-10 ta' Frar 2011 dwar il-finanzjament innovattiv fil-livell globali u Ewropew[5],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 bit-titlu ‘Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva’,[6]

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċfiku li Jimplimenta l-Orizzont 2020 - Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014 - 2020) (COM(2011)0811),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummisjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) COM(2011)0874),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2011 bit-titlu ‘Unjoni tal-Innovazzjoni: inbiddlu l-Ewropa għal dinja wara l-kriżi’,[7]

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2012 bit-titlu ‘Lejn irkupru mogħni bl-impjiegi’[8],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Settembru 2010 dwar l-iżvilupp tal-potenzjal ta' ħolqien ta' impjiegi ta' ekonomija sostenibbli ġdida[9],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2012 dwar ir-rwol tan-nisa fl-ekonomija ekoloġika[10],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar il-White Paper tal-Kummissjoni: "Adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni’,[11]

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar il-Green Paper ‘Il-bidla ta’ Sfidi f’Opportunitajiet: Lejn Qafas Strateġiku Komuni għall-finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE’,[12]

–   wara li kkunsidra r-rapport Nru 315 tal-Flash Eurobarometer bit-titlu ‘L-attitudnijiet tal-intraprendituri Ewropej lejn l-eko-innovazzjoni, Marzu 2011’,

-    wara li kkunsidra r-rapport “L-analiżi u t-rapportar dwar ir-riżultati miksuba mill-proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq tal-Ekoinnovazzjoni CIP” (Analysing and reporting on the results achieved by CIP Eco-Innovation market replication projects”) mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetitività u l-Innovazzjoni (EACI) ippubblikat f’Mejju 2013;

–   wara li kkunsidra l-Inizjattiva tal-2008 tal-UNEP, l-ILO, l-IOE u l-ITUC dwar l-Impjiegi Ekoloġiċi bit-titlu ‘Impjiegi Ekoloġiċi: Lejn Xogħol Diċenti f’Dinja Sostenibbli u b’Emissjonijiet Baxxi ta’ Karbonju’,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-2009 tal-Greenpeace u tal-Kunsill Ewropew għall-Enerġiji Rinnovabbli (EREC) ‘Naħdmu għall-klima: enerġija li tiġġedded u r-rivoluzzjoni tal-impjiegi ekoloġiċi,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-2007 tal-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trejdjunjins (ETUC) u l-Aġenzija għall-Iżvilupp Soċjali (SDA) bit-titlu ‘It-Tibdil fil-Klima u l-Impjiegi: mpatt tat-tibdil fil-klima fuq l-impjiegi fil-25 pajjiż tal-Unjoni Ewropea u l-miżuri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 sal-2030’,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound ta’ Jannar 2013 bit-titolu "Nagħmlu l-Industriji fl-UE iktar Ekoloġiċi: L-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-effetti fuq il-kwantità u l-kwalità tal-impjiegi", u l-bażi ta' data tal-istudji tal-każijiet tiegħu;

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2011 bit-titolu "Relazzjonijiet industrijali u sostenibilità: ir-rwol tas-sħab soċjali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija iktar ekoloġika";

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0333/2013),

A. Billi ambjent nadif u b’saħħtu huwa prekundizzjoni għaż-żamma tal-prosperità u għal kwalità ta’ ħajja għolja fl-Ewropa, iżda hekk ukoll hi s-saħħa u l-kompetittività tal-ekonomija;

B. Billi sfidi ambjentali, bħat-tibdil fil-klima, l-iskarsezza tar-riżorsi u d-degradazzjoni tal-bijodiversità, jeħtieġu tranżizzjoni radikali tal-ekonomija tagħna fejn it-teknoloġija nadifa jkollha rwol ewlieni;

C. billi l-iskala tal-kriżi tippreżenta opportunità unika u storika biex iġġib il-quddiem bidla trasformazzjonali fl-ekonomiji tagħna, twitti t-triq għal żvilupp fit-tul sostenibbli;

D. Billi t-tkabbir tal-GreenTech fis-snin li għaddew wera li l-investiment fit-tkabbir ekoloġiku mhuwiex dazju għoli iżda opportunità ekonomika enormi; Billi għalkemm kważi kull settur sofra telf kbir b’riżultat tar-riċessjoni, is-settur ekoloġiku sofra tnaqqis fit-tkabbir iżda għadu qed jikber;

E.  Billi huwa meħtieġ li tiġi sostitwita l-ekonomija intensiva fir-riżorsi kurrenti b’waħda li tuża r-riżorsi b’effiċjenza, billi jiġu trasformati l-industriji stabbiliti f’industriji b’valur miżjud għoli li joħolqu l-impjiegi filwaqt li jipproteġu l-ambjent;

F.  Billi soluzzjonijiet favur l-ambjent jattiraw ġenerazzjoni ġdida ta’ manifattura u servizzi ta’ teknoloġija għolja, iżidu l-kompetittività Ewropea u joħolqu impjiegi ġodda ta’ kapaċità għolja;

G. Billi permezz tal-appoġġ għal proċessi ġodda biex inaddfu l-proċessi tal-produzzjoni, il-metodi tal-immaniġġjar ġodda, it-teknoloġiji ġodda u s-servizzi ġodda biex jagħmlu n-negozju iktar ekoloġiku, l-eko-innovazzjoni taġixxi biex tgħin lill-Ewropa tagħmel l-aħjar użu mill-opportunitajiet li għandha, filwaqt li tindirizza l-isfidi kurrenti;

H. billi l-prezzijiet tar-riżosi żdiedu b’mod estensiv matur l-aħħar snin u l-kompetittività tal-kumpaniji għalhekk hija iktar iddeterminata mill-effiċjenza tar-riżorsi tagħhom;

I. billi l-istorja wriet li huwa diffiċli għall-awtoritajiet biex jipprevedu liema teknoloġiji innovattivi se jkunu kompetittivi fis-suq;

J. Billi l-inċentivi fiskali jistgħu jkunu għodda utli għat-titjib tal-ekoinnovazzjoni fl-Ewropa.

K. billi l-Ewropa hija mexxej fl-iżvilupp tat-teknoloġiji l-ġodda; billi jeżistu ħafna ostakoli għall-iżvilupp u l-użu usa’ ta’ teknoloġiji ambjentali, bħal lock-in għat-teknoloġiji eżistenti, is-sinjali tal-prezzijiet li għandhom it-tendenza li jiffavorixxu soluzzjonijiet inqas ekoeffiċjenti, aċċess diffiċli għall-iffinanzjar u għarfien tal-konsumatur baxx; billi l-isfida hija għalhekk li jitjieb ir-rendiment ambjentali ġenerali tal-prodotti tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom, li tingħata spinta qawwija lid-domanda għal prodotti u teknoloġiji ta’ produzzjoni aħjar u li l-konsumaturi jiġu megħjuna jagħmlu għażliet infurmati.

L. billi t-tikketti li jindikaw il-kredenzjali ambjentali tal-prodotti u s-servizzi għandhom jipprovdu informazjzoni ċara u oġġettiva u jevitaw li jqarrqu bil-konsumatur (“greenwashing”);

M. billi l-industriji ekoloġiċi llum il-ġurnata jipprovdu 3.4 miljun impjieg u stima ta’ qligħ annwali ta’ EUR 319-il biljun; billi f’ħafna pajjiżi, il-green tech hija diġà jew dalwaqt se ssir l-ikbar teknoloġija li tħaddem;

N. billi l-ekoinnovazzjoni hija fundamentali għall-iżvilupp mill-UE ta’ strateġija ta’ tkabbir li tkun sostenibbli mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali, u li twassal għal opportunitajiet ta' impjieg ta' kwalità f’varjetà ta’ setturi;

O. billi t-Tabella tal-Valutazzjoni tal-Eko-innovazzjoni 2010 (Eco-IS) turi prestazzjoni ta’ eko-innovazzjoni favorevoli f’diversi Stati Membri, iżda minkejja dan, l-ebda pajjiż tal-UE wieħed jew grupp ta’ pajjiżi ma jista’ bħalissa jservi bħala mudell għall-prestazzjoni tal-eko-innovazzjoni fl-UE;

P.  billi r-rapport Nru 315 tal-2011 tal-Flash Eurobarometer, dwar l-attitudnijiet tal-intraprendituri Ewropej lejn l-eko-innovazzjoni, juri li l-SMEs jaffaċċjaw żieda fl-ispejjeż materjali, għalkemm il-maġġoranza introduċew proċessi jew metodi tal-produzzjoni eko-innovattiva ġodda jew imtejba b’mod sinifikanti sabiex inaqqsu l-ispejjeż tal-materjali u li jaffaċċjaw ukoll il-problema ta’ aċċess mhux biżżejjed għal sussidji u inċentivi fiskali eżistenti u talbiet inċerti mis-suq;

Q. billi l-analiżi tal-Inizjattiva Ekoinnovattiva CIP turi li l-benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u tal-impjieg mistennija huma ħafna akbar mill-ispejjeż pubbliċi;

R. billi l-kejl tal-eko-innovazzjoni huwa rekwiżit prinċipali għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni u l-progress tal-Istati Membri tal-UE lejn tkabbir intelliġenti u sostenibbli fl-Ewropea, iżda d-disponibbiltà tad-dejta dwar l-eko-innovazzjoni hija limitata u l-kwalità tagħha tvarja b’mod sinifikanti bejn l-indikaturi;

S.  billi min ifassal il-politiki u partijiet interessati oħra għandhom fehmiet differenti dwar x’inhi l-eko-innovazzjoni u lejn xiex għandha timmira;

T. billi jeżistu kriterji ta’ valutazzjoni differenti użati għad-definizzjoni ta’ termini bħal ‘ekoinnovazzjoni’ u ‘impjiegi ekoloġiċi intelliġenti’ (eż. fi ħdan id-definizzjonijiet tal-ILO, UNEP, CEDEFOP, OECD jew tal-Eurostat), li jistgħu jwasslu għal statistiċi diverġenti dwar l-ekoinnovazzjoni, l-impjiegi ekoloġiċi u t-tkabbir;

U. billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-7 ta' Settembru 2010 dwar l-iżvilupp tal-potenzjal ta' ħolqien ta' impjiegi ta' ekonomija sostenibbli ġdida[13] tagħmel riferenza għad-definizzjoni ta' impjiegi sostenibbli tal-ILO u tenfasizza li l-ekoinnovazzjoni għandha rwol importanti fis-setturi kollha industrijali u tal-manifattura;

V. billi attwalment jeżistu aktar minn 240 proġetti ffinanzjati mill-iskema tal-eko-innovazzjoni; billi f'Mejju 2013 il-Kummissjoni nediet sejħa ġdida għall-għażla ta' 45 proġett ieħor tal-ekoinnovazzjoni li joffru soluzzjonijiet ġodda fir-rigward tal-ambjent; billi l-operazzjoni u l-iffinanzjar tal-Inizjattiva Ekoinnovattiva tas-CIP appoġġjaw lill-iżviluppaturi tal-ekoinnovazzjoni Ewropej billi pprovdew il-kapital ta’ riskju li kieku ma kienx ikun aċċessibbli;

W.     billi għall-perjodu 2014-2020 il-programm il-ġdid Orizzont 2020 tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni huwa l-istrument finanzjarju li jimplimenta l-Unjoni tal-Innovazzjoni; billi skont il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss (MFF 2014-2020) l-Inizjattiva Eko-innovattiva hija wkoll koperta permezz ta’ LIFE (Programm għall-ambjent u l-Azzjoni Klimatika 2014-2020);

X. billi hemm żieda preokkupanti fir-rata tal-qgħad taż-żgħażagħ u ħtieġa qawwija ta' politiki li jwasslu għal opportunitajiet ta' impjiegi li jkunu aktar u aħjar għaż-żgħażagħ;

Y. billi l-inizjattiva "Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda" tal-Kummissjoni, li tirrikonoxxi l-kooperazzjoni mal-Istati Membri, intlaqgħet mill-Parlament;

Politiki ġenerali għall-ħolqien ta’ tkabbir sostenibbli u impjiegi intelliġenti

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tibqa’ taħdem fuq viżjoni għall-UE kollha ta’ eko-innovazzjoni fil-kuntest tal-bidla għal ekonomija li tuża r-riżorsi b’effiċjenza u b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, iżda wkoll biex tiffoka fuq miri konkreti, oqsma ta’ prijorità u tragwardi;

2.  Jappoġġa l-inizjattiva ewlenija tal-Kummissjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, li għandha l-għan li tibda l-bidla minn issa lejn ekonomija sostenibbli; jenfasizza, barra minn hekk, li investiment immirat għat-trasformazzjoni ekoloġika tar-reġjuni tal-UE huwa wieħed mill-aktar strumenti utli biex jintlaħqu l-għanijiet strateġiċi tal-konverġenza reġjonali u l-koeżjoni territorjali;

3.  Jinnota l-potenzjal għal ħolqien dirett u indirett ta’ impjiegi ta' kwalità bis-saħħa tal-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija UE 2020; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom f’dan il-qasam; jilqa’ l-promozzjoni mill-Kummissjoni ta’ strateġija integrata għal tkabbir ekoloġiku fl-ambitu tal-inizjattiva emblematika “Unjoni tal-Innovazzjoni” u, b’mod partikolari, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni bħala pass fid-direzzjoni t-tajba;

4.  Jisħaq l-importanza tal-leġiżlazzjoni bħala mezz biex tiżdied id-domanda għal teknoloġiji ambjentali; jemmen li l-kompetittività tal-produzzjoni Ewropea tiddependi fuq il-fatt li l-Ewropa tkun minn ta’ quddiem globalment fil-prodotti u l-produzzjoni ekoeffiċjenti;

5.  Jitlob lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji biex jallinjaw il-ħiliet tal-ħaddiema mal-opportunitajiet offruti mis-settur Green Tech, u jħarsu lejn subsetturi differenti u l-ħtiġijiet tagħhom għall-ħaddiema kwalifikati;

6.  Jenfasizza l-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi duwali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli ħadra, f'termini tal-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli kemm fl-UE u fid-dinja li qed tiżviluppa, permezz tal-parteċipazzjoni akbar fil-produzzjoni ta' fjuwils u materjali innovattivi, kif ukoll l-opportuniatjiet ta' impjieg li jiġu mill-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-bijomaterjali għan-negozji u għall-konsumaturi pubbliċi, privati u domestiċi; jenfasizza li dawn l-opportunitajiet għandhom joħolqu impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli kemm għall-ħaddiema kwalifikati kif ukoll għal dawk li mhumiex; jirrikonoxxi li għandu jiġi żviluppat qafas regolatorju stabbli u għat-tul biex tiġi promossa s-sostenibilità bl-użu ta' strumenti finanzjarji eżistenti;

7.  Jinnota l-isfidi kumplessi fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel, tat-tibdil fil-klima, tal-kwalità tal-ħamrija, tal-iskarsezza tal-materja prima, tat-trasformazzjoni lejn sistemi ta’ enerġija rinnovabbli u tal-effiċenza enerġetika, eċċ; jagħraf li l-ekoinnovazzjoni jista’ jkollha rwol importanti biex tindirizza ħafna minn dawn l-isfidi; itenni li din it-tranżizzjoni teħtieġ approċċ olistiku li jkun jinkludi l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-investiment fis-settur privat u pubbliku u l-iżvilupp tal-infrastruttura, li kollha jikkontribwixxu għal opportunitajiet ta’ impjiegi varji u sostenibbli.

8.  Jemmen li mhumiex biss is-sussidji li l-kumpaniji Ewropej innovattivi jeħtieġu, iżda wkoll leġiżlazzjoni aħjar, rabtiet aħjar mal-bażi ta’ riċerka u aċċess aħjar u aktar divers għall-iffinanzjar u l-finanzjament, li jvarja minn għotjiet, għal self u finanzjament ta’ ekwità; jistieden, għalhekk lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni joħolqu kundizzjonijiet adegwati fuq livell nazzjonali u Ewropew;

9.  Jisħaq li l-impjieg Green Tech m’għandux ikun limitat għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, iż-żieda tal-effiċjenza tal-enerġija u għas-settur tat-trasport, peress li t-tkabbir ekoloġiku huwa opportunità għas-setturi kollha, li għalhekk għandhom jinvestigaw l-għażliet ta’ żvilupp u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur dwar l-importanza li jinxtraw prodotti ekoloġiċi;

10. Jemmen li huwa meħtieġ żvilupp malajr ta’ teknoloġija nadifa sabiex tiżdied il-kompetittività tal-kumpaniji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni tqiegħed l-ekoinnovazzjoni fiċ-ċentru tal-politika industrijali tagħha;

11. Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-iżvilupp tal-istandards tat-tikkettar u definizzjonijiet ċari biex jiġu identifikati u kkomunikati l-kredenzjali ambjentali tal-prodotti u s-servizzi;

12. Jemmen li ekonomija sostenibbli ġdida għall-UE trid tiżgura żvilupp ekonomiku u soċjali bbilanċjat; jitlob li jkun hemm politika industrijali sostenibbli u ambizzjuża, b’enfasi fuq l-effiċjenza tar-riżorsi; ifakkar li l-effiċjenza tar-riżorsi u l-effiċjenza tal-materjali tnaqqas l-ispejjeż għall-industrija u l-unitajiet domestiċi, tillibera riżorsi għal investiment ieħor u tagħmel lill-ekonomija tal-UE inqas dipendenti fuq riżorsi skarsi u swieq ta’ riżorsi volatili ħafna; jisħaq li l-ekonomija ekoloġika jeħtieġ toffri prospetti għal impjiegi deċenti, li jkunu mħallsa tajjeb, b’opportunitajiet indaqs kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, b’attenzjoni fuq il-ħarsien tal-ambjent;

13. Jenfasizza li filwaqt li l-ekoindustriji llum jimpjegaw 3.4 miljun ħaddiem u jipprovdu introjtu annwali li hu stmat EUR 319 biljun, il-potenzjal għall-ħolqien ta' tkabbir reġjonali, l-opportunitajiet ta' impjiegi u benefiċċji ambjentali għadu fil-parti l-kbira tiegħu ma ġiex sfruttat u jfakkar, b'rabta ma' dan li l-ispiża tan-nuqqas ta' azzjoni se tkun għolja;

Jenfasizza li s-suċċess tal-ekoinnovazzjoni jeħtieġ investimenti mmirati u fit-tul, li għandhom ikopru b’mod speċjali l-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll l-infrastruttura, eċċ.;

15. Jilqa' l-programmi tal-universitá eżistenti u l-programmi tat-taħriġ iffukati fuq sostenibbiltá ekoloġika, ekonomika u soċjali; jenfasizza li jridu jintlaħqu bżonnijiet edukattivi ġodda fir-rigward tal-iżvilupp ta' impjiegi sostenibbli;

16. Jinsab konvint sew li l-poltika ambjentali bbażata fuq l-ekonomija tas-suq tista' sservi ta' mutur għat-tkabbir u l-impjieg fil-fergħat kollha tal-ekonomija; jenfasizza li kundizzjonijiet ta' qafas prevedibbli u favur l-investiment huma l-bażi li se jippermettu n-negozju innovattiv jagħmlu l-aħjar użu possibbli minn dawn l-opportunitajiet għall-benefiċċju tal-ambjent u tal-impjegati;

17. Jirrikonoxxi l-fatt li t-tranżizzjoni ekonomika lejn negozji "niċċa" ġodda tista’ tattira lill-ġenerazzjoni żagħżugħa ta’ ħaddiema u twassal għal opportunitajiet ġodda fl-ispettru tal-ekoinnovazzjoni;

Il-kunċett tal-Eko-innovazzjoni

18. Jilqa’ l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Innovazzjoni għal Futur sostenibbli – Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni (Eco-AP)’ (COM(2011) 0899);

19. Jenfasizza l-effetti ta’ sinerġija potenzjali tal-ekoinnovazzjoni fil-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli u ta' kwalità, il-protezzjoni tal-ambjent u t-tnaqqis tad-dipendenza ekonomika;

20. Jenfasizza d-dimensjoni wiesa’ tal-kunċett tal-eko-innovazzjoni, sakemm tiġi definita bħala kwalunkwe forma ta’ innovazzjoni li għandha l-għan li twassal għall-progress fil-kisba tal-mira ta’ żvilupp sostenibbli, billi tnaqqas l-impatti fuq l-ambjent u li tikseb użu tar-riżorsi aktar effiċjenti u responsabbli;

21. Jitlob lill-Kummissjoni tfassal perċezzjonijiet differenti tal-eko-innovazzjoni u l-isfidi relatati magħha u tibni fehim komuni dwar l-opportunitajiet strateġiċi differenti li l-eko-innovazzjoni toffri għall-futur;

22. Jikkunsidra d-definizzjoni ta’ ‘impjiegi ekoloġiċi’ tal-Eurostat (fis-settur tal-oġġetti u s-servizzi ambjentali), li pereżempju tistipula li t-teknoloġiji u l-prodotti ekoloġiċi jrid ikollhom protezzjoni ambjentali jew skop tal-immaniġġjar tar-riżorsi bħala l-objettiv primarju tagħhom, biex ikunu utli biex jevitaw statistiċi diverġenti, iżda jikkunsidra meħtieġ li jkompli jiżviluppa definizzjoni uniformi mal-UE kollha tat-tkabbir u l-impjiegi ekoloġiċi, li pereżempju tkun tinkludi wkoll is-settur tat-trasport pubbliku; iqis li huwa utli li tiġi kkunsidrata definizzjoni ta’ “impjiegi ekoloġiċi” iktar komprensiva li tinkludi impjiegi/attivitajiet addizzjonali fil-pass li jmiss;

23. Jenfasizza l-potenzjal ta’ benefiċċju għall-ambjent mhux sfruttat tal-ekoinnovazzjoni, sakemm tkun mistennija li tgħin biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, sustanzi niġġiesa oħra u l-ġenerazzjoni tal-iskart, fost l-oħrajn, permezz ta’ żieda fl-użu ta’ materjali riċiklati u tal-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità li jħallu impatt anqas fuq l-ambjent, kif ukoll tiffaċilita proċessi ta’ produzzjoni u servizzi li huma favur l-ambjent; jenfasizza l-bżonn għal azzjonijiet immirati fir-rigward tad-diffikultajiet u tal-barrikati li jikkostitwixxu ostakoli għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ekoinnovazzjoni u tal-internazzjonalizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti u servizzi;

24. Jitlob lill-Kummissjoni tinkludi rakkomandazzjonijiet dwar l-ekoinnovazzjoni speċifiċi fis-Semestru Ewropew sabiex tippromwovi t-tkabbir sostenibbli

25. Jagħraf li l-ekoinnovazzjoni tippreżenta opportunitajiet ċari għal negozji “niċċa” ġodda, u toffri possibilitajiet għall-SMEs, għas-“self-starters”, għal dawk li jaħdmu għal rashom u l-imprendituri, li jibbenefikaw minn swieq u mudelli ġodda ta’ negozju, kif ukoll tagħti ħajja ġdida lis-setturi ekonomiċi tradizzjonali eżistenti billi tagħtihom possibilitajiet biex iħaddru l-impjiegi eżistenti, billi jadattaw għal metodi ta' produzzjoni u ta' ħidma li jkunu sostenibbli u effiċjenti mill-użu tar-riżorsi;

26. Jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa approċċ sistematiku għall-politka tal-eko-innovazzjoni, b’kundizzjonijiet sodi ta’ qafas li jippermettu kundizzjonijiet ekwi għall-eko-innovazzjoni fin-negozji u infrastruttura li tippermetti lin-negozji u lill-konsumaturi jagħmlu għażliet sostenibbli;

27. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw ekostandards għall-akkwist pubbliku biex jiżdied ir-rwol tal-konsumatur inizjali tal-istituzzjonijiet pubbliċi;

28. Jinnota partikolarment l-importanza tal-aċċess għal żvilupp adattat ta’ taħriġ u ħiliet fi ħdan il-qafas tal-ekoinnovazzjoni, biex tiġi provduta forza tax-xogħol tas-sengħa għal in jimpjega, biex iż-żgħażagħ jiġu mgħammra bl-għarfien, ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jsibu impjieg bl-opportuniatjiet tal-innovazzjonijiet emerġenti, u jiffaċilitaw it-tranżizzjoni tal-ħaddiema minn setturi li sejrin lura lejn setturi emerġenti ġodda u ħodor; jenfasizza f’dan ir-rigward l-opportunitajiet offruti mill-"apprendistati rurali" u forom oħra ta’ taħriġ vokazzjonali għall-iżvilupp ta' dawn is-settijiet ta’ ħiliet ġodda;

29. Jirrakkomanda li jiġi promoss il-potenzjal kreattiv u innovattiv taż-żgħażagħ biex dawn jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli, u li jitjieb l-aċċess tagħhom għall-fondi;

E, l-Istati Membri u r-reġjuni

30. Jenfasizza l-ħtieġa għas-simplifikazzjoni tal-kunċett tal-ekoinnovazzjoni fl-oqsma politiċi kollha, minħabba li l-ekoinnovazzjoni hija qasam tal-politika transversali; Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu kooperazzjoni fil-ministeri u l-livelli tal-politka u jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-politki fuq bażi regolari;

Jitlob lill-atturi prinċipali kollha jaħdmu flimkien fuq it-tkabbir, l-innovazzjoni u l-impjiegi ekoloġiċi f’kull settur u biex jagħmlu użu mill-istrumenti eżistenti bħal pjattaformi teknoloġiċi, bordijiet esperti fuq il-ħiliet, inizjattivi konġunti tat-teknoloġija, swieq ewlenin, raggruppamenti u gruppi industrijali ta’ livell għoli;

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu leġiżlazzjoni ġdida u jsaħħu l-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam tal-iżvilupp u l-użu tal-enerġiji rinovabbli u jżidu l-effiċjenza tal-enerġija, jipprovdu ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwi u jagħtu spinta lill-investiment pubbliku u privat;

33. Jitlob lill-Istati Membri jtejbu l-koordinazzjoni ta’ dawn il-politki u b’mod partikolari jappoġġjaw l-isħubiji reġjonali għat-tkabbir, l-innovazzjoni, l-impjiegi u l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel, kif ukoll inizjattivi transkonfinali;

34. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-potenzjal ta’ impjieg tal-kunċett tal-ekoinnovazzjoni f’ekonomija sostenibbli; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi pjattaforma li tippermetti lill-Istati Membri jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fil-ħolqien ta’ impjiegi u tkabbir sostenibbli ġodda;

35. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaqsmu l-esperjenzi u l-aħjar prattiki fil-qasam tal-opportunitajiet tax-xogħol meta jittrattaw l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tat-tibdil fil-klima;

36. Jitlob għall-integrazzjoni orizzontali tal-kunċett tal-ekoinnovazzjoni fil-fondi strutturali u ta’ koeżjoni; jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, f’konformità mal-arkitettura legali u istituzzjonali ta’ kull Stat Membru, jadottaw strateġiji ta’ żvilupp f’konformità mal-objettivi tal-Istrateġija UE 2020, bil-għan li jinħolqu impjiegi ġodda f’ekonomija sostenibbli;‑{}‑

37. Huwa tal-fehma li l-leġiżlazzjoni ambjentali eżistenti u proposta tal-UE għandha potenzjal sinifikanti biex toħloq impjiegi ġodda f’oqsma bħall-arja, il-ħamrija u l-ilma, l-enerġija, is-servizzi pubbliċi, l-agrikoltura, it-trasport, it-turiżmu, il-foresta u l-immaniġġjar ambjentali u jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw din il-leġiżlazzjoni;

38. Jinsisti dwar l-urġenza li titjieb l-effiċjenza tas-suq tal-karbonju tal-UE biex tingħata ċ-ċertezza tal-investment lit-teknoloġiji li jirrispettaw l-ambjent;

39. Jitlob għall-ħolqien ta’ rbit isħaħ bejn ir-riċerka bażika u l-innovazzjoni industrijali u bejn l-innovazzjoni u l-proċess tal-manifattura; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibda’ studji ta’ każijiet ta’ riċerka/konsultazzjoni dwar l-eko-innovazzjoni għal kull Stat Membru;

40. Jisħaq li l-ekoinnovazzjoni tal-UE tistimula aktar effiċjenza tar-riżorsi lil hinn mill-fruntieri tagħna, u b’hekk tnaqqas il-qerda tar-riżorsi globali; għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza tar-riżorsi u jaqsmu l-għarfien tagħhom f’fora internazzjonali;

41. Jenfasizza l-importanza li l-aħjar prattiki tal-ekoinnovazzjoni jiġu integrati aħjar fl-ekonomija reali sabiex il-progress ikun iktar viżibbli fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies;

42. Jenfasizza li r-riċerka hija l-bażi għall-innovazzjoni u l-ekoinnovazzjoni. jindika l-prospetti kbar għal tkabbir li ġġib magħha l-ekoinnovazzjoni kif ukoll il-potenzjal tal-Ewropa biex, f’dan il-qasam, tkun fuq quddiem nett mad-dinja kollha, kif ukoll l-opportunitajiet li dan jimplika għal impjiegi ġodda u ta’ kwalità;

43. Iqis l-ekoinnovazzjoni bħala konformi bis-sħiħ mar-riċerka u l-innovazzjoni u mal-prijoritajiet ta' investiment dwar il-klima u l-ambjent fil-perjodu ta' ipprogrammar dwar il-fondi strutturali li jmiss;

44. Jenfasizza r-rwol vitali li jista’ jkollhom is-sħubiji u s-sinerġiji bejn is-settur tal-edukazzjoni, il-kumpaniji u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex jipprovdu t-taħriġ relevanti, inklużi ħiliet relatati ma’ "STEM" kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, gwida għall-karriera, apprendistati mħallsa u ta’ kwalità, u opportunitajiet ta’ tagħlim duwali, biex jippermettu aċċess wiesgħa għall-opportunitajiet tal-impjiegi u impjiegi ta’ kwalità li qed joħorġu permezz tal-ekoinnovazzjoni;

45. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu inċentivi għan-negozji, partikolarment għall-SMEs, biex jippromwovu investimenti ikbar fl-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp tas-settur privat; jilqa', f'dan ir-rigward, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni;

46. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni transkonfinali biex jassiguraw id-diffużjoni tat-teknoloġija u l-aħjar prattiki fl-UE, u b’hekk iżidu l-kompetittività tal-Ewropa;

47. Jitlob li jiġi promoss l-isfruttament tal-aqwa ekoinnovazzjonijiet, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn, pereżempju, proċess aktar effettiv tal-produzzjoni tal-faħam, tojlits nexfin għall-ikkompostjar, l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, sistemi tal-purifikazzjoni tal-ilma u bosta innovazzjonijiet oħra, jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja b’mod sinifikanti u bi spejjeż relattivament baxxi, itejbu s-saħħa u jippromwovu l-intraprenditorija u l-impjiegi sostenibbli;

48. Iħeġġeġ lill-Istati Membri, fil-qafas tal-provvista ta’ tranżizzjoni soċjalment responsabbli lejn impjiegi ħodor u ta’ kwalità għolja, jużaw mill-aktar fis il-Fond Sojali Ewropew għal programmi maħsuba għat-tisħiħ tal-ħiliet, għat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-impjegati.

ffinanzjar tal-eko-innovazzjoni

49. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-benefiċċji tal-politiki fiskali u jitlob lill-Istati Membri jmexxu t-taxxi minn fuq l-impjieg għal fuq l-użu tar-riżorsi u t-tniġġis, sabiex jagħtu spinta lill-ekoinnovazzjoni;

50. Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tiddefinixxi s-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent b'riżultat ta' "azzjoni tal-gvern li tikkonferixxi vantaġġ lil konsumaturi jew produtturi, sabiex jiġi ssupplimentat id-dħul tagħhom jew jitnaqqsu l-ispejjeż tagħhom iżda li, minħabba f'hekk, issir diskriminazzjoni fil-konfront ta' prattiki ambjentali tajba"; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw mingħajr dewmien pjanijiet konkreti għat-tneħħija gradwali tas-sussidji dannużi għall-ambjent ibbażati fuq din id-definizzjoni;

51. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jneħħu gradwalment u progressivament is-sussidji kollha dannużi għall-ambjent sal-2020, inklużi sussidji u sostenn finanzjarju fuq fjuwils fossili, u sussidji li jinċentivizzaw l-użu ineffiċjenti tar-riżorsi rinnovabbli, u jirraportaw dwar il-progress li sar permezz tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma;

52. Jenfasizza li l-ekoinnovazzjoni għandha tibbenefika mill-istrumenti finanzjarji emerġenti tal-UE u mill-mezzi tal-inizjattivi ewlenin, Unjoni għall-Innovazzjoni u Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi, kif ukoll il-Politika ta' Koeżjoni ta' wara l-2013 u Orizzont 2020;

53. Iqis li huwa importanti li eko-innovazzjonijiet u teknoloġiji ambjentali jkunu vijabbli finanzjament u kompetittivament fuq perjodu twil; iqis li sostenn pubbliku għall-investiment għandu jħeġġeġ metodi ta' produzzjoni favur l-ambjent f'każijiet fejn jingħata sostenn pubbliku;

54. Jilqa’ l-possibbiltajiet ta’ finanzjament tal-ekoinnovazzjoni taħt il-Politika Komuni dwar l-Agrikoltura u l-programmi COSME, Orizzont 2020 u LIFE, filwaqt li jinsisti li aktar fondi għandhom ikunu disponibbli biex iżidu l-applikazzjoni prattika tal-ekoinnovazzjonijiet diġà żviluppati;

55. Jitlob lill-Kummissjoni timplimenta l-istrumenti meħtieġa u talloka biżżejjed riżorsi baġitarji biex tiżgura tranżizzjoni bla xkiel bejn il-programmi CIP u Orizzont 2020 fir-rigward tal-ekoinnovazzjoni, u biex ittaffi l-limitazzjonijiet proċedurali u toqol finanzjarju fuq in-negozji żgħar u ta’ daqs medju; jirrimarka li l-parteċipazzjoni bbilanċjata mil-lat ta' ġeneru fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-fażijiet u l-aspetti kollha hija essenzjali;

56. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinkludu l-eko-innovazzjoni fl-istrateġiji tagħhom għall-perjodu bejn l-2014-2020 bħala mezz ta’ promozzjoni tal-ekonomija ekoloġika, it-tkabbir u l-impjiegi ġodda, u b’hekk jiżguraw l-iżvilupp tal-intraprenditorija fuq kundizzjonijiet ekwi u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn id-dinja tal-edukazzjoni, in-negozju u x-xjenza;

Jenfasizza, li għalkemm l-oqsma ta' prijorità attwali għas-Sejħa għall-Ekoinnovazzjoni 2012 huma limitati għal numru ta' oqsma ta' konċentrazzjoni, l-inizjattiva ekoinnovazzjoni hi programm trasversali li tappoġġja proġetti ta' ekoinnovazzjoni f'setturi differenti; itenni għaldaqstant li s-setturi u l-attivitajiet kummerċjali kollha għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament;

58. Jistieden lill-Kummissjoni, speċifikament, tipprogramma riżorsi definiti b’mod ċar iffukati u infurzati għal proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq, kapital ta’ riskju, netwerking u internazzjonalizzazzjoni għall-ekoinnovazzjonijiet u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom fl-UE mill-SMEs;

59. Jemmen li peress li mudelli ġodda ta’ kummerċ qed jibdew iċaqalqu katini ta’ provvisti tradizzjonali, il-kapaċità li tieħu inkunsiderazzjoni l-globalizzazzjoni u l-effetti tagħha fuq l-ekonomija tal-UE u l-katini tal-provvisti fuq il-perjodu ta’ finanzjament li jmis għandhom ikunu riflessi aħjar fil-prijoritajiet għall-Inizjattiva tal-Eko-innovazzjoni;

60. Jemmen li l-potenzjal tal-SMEs u l-kooperattivi fil-promozzjoni tal-ekoinnovazzjoni għadu ma ġiex eżawrit; għalhekk jitlob għal possibbiltajiet ta’ finanzjament speċifiċi għall-SMEs u l-kooperattivi fir-rigward tal-kunċetti tal-ekoinnovazzjoni;

61. Huwa konvint li huma meħtieġa għodod finanzjarji innovattivi sabiex jitjiebu l-opportunitajiet għall-bini tal-kapaċità u n-netwerking;

62. Jenfasizza li żieda fil-fondi trid isseħħ flimkien ma’ simplifikazzjoni ta’ proċeduri ta’ finanzjament;

63. Jenfasizza li l-politika futura dwar il-koeżjoni tinkludi strateġija intelliġenti ta' speċjalizzazzjoni bħala kundizzjonalitá ex-ante għar-reġjuni tal-UE; iħeġġeġ lir-reġjuni jniedu kampanji li jqajmu l-kuxjenza mmirati lejn il-gruppi fil-mira kollha bil-għan li tiġi integrata l-ekoinnovazzjoni fi strateġijai intelliġenti ta' speċjalizzazzjoni reġjonali u nazzjonali;

64. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Fi żmenijiet ta’ kriżi ekonomika, rati għolja ta’ qgħad, prezzijiet għolja ta’ enerġija, materji prima skarsi u dipendenza fuq l-importazzjonijiet, ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli u tkabbir ekonomiku huma essenzjali biex tiġi żgurata koeżjoni soċjali. L-innovazzjoni hija waħda mill-imfietaħ biex tintlaħaq din il-mira u għaldaqstant għandha tkun imrawma. Metodu wieħed huwa permezz tal-eko-innovazzjoni, li huwa kunċett li jgħaqqad il-protezzjoni tal-ambjent mat-tkabbir, il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi.

Innovazzjonijiet favur l-ambjent huma essenzjali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, jintużaw riżorsi bħall-ilma u materji prima b’mod iktar effiċjenti, jiżdied l-użu tal-materjali riċiklati u jiġu prodotti prodotti ta’ kwalità b’inqas impatt fuq l-ambjent, biex jissemmew biss ftit eżempji, kif ukoll jiġu żviluppati iktar proċessi u servizzi favur l-ambjent.

L-ekoinnovazzjoni tista’ tkun ħafna affarijiet – filter ġdid tal-ilma biex inaddaf l-ilma mormi, azzar irqaq u iktar b’saħħtu biex inaqqas l-iskart jew mudell ta’ negozju li jbigħ servizzi ta’ tiswija minflok prodotti. Eżempji ta’ ekoinnovazzjoni huma wkoll il-proġetti ta’ bicycle and car share f’ħafna bliet Ewropej, bħall-Proġett Villo Velo f’Brussell, il-Belġju.

Is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri

Il-Kummissjoni bħalissa qed tippromwovi l-eko-innovazzjoni permezz tal-proġetti tad-demostrazzjoni u tar-replikazzjoni tas-swieq, l-istrumenti finanzjarji bbażati fuq is-swieq u l-Isħubija Pubblika Privata (PPPs) fil-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP). Dawn l-istrumenti huma inklużi wkoll fil-proposta tal-Orizzont 2020 biex tiġi żgurata l-kontinwità bejn is-CIP u l-Orizzont 2020. Loġikament, il-miżuri mmirati lejn politiki ta’ ekoinnovazzjoni għandhom jinżammu fl-istrumenti finanzjarji ta’ garanzija tal-ekwità u d-dejn tal-Orizzont 2020 ‘Aċċess għall-Finanzjament ta’ Riskju’.

L-ewwel sejħa tal-Kummissjoni għal proġetti ta’ ekoinnovazzjoni kienet fl-2008. L-oqsma ta’ prijorità attwali għas-Sejħa għall-Eko-innovazzjoni tal-2012 huma: Ir-riċiklar tal-materjal, prodotti ta’ kostruzzjoni sostenibbli, l-industrija tal-ikel u x-xorb, is-settur tal-ilma u l-kummerċ ekoloġiku. Għas-sejħiet li ġejjin, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni twessigħ għas-setturi u għall-attivitajiet kummerċjali kollha.

It-tkabbir tal-GreenTech fl-aħħar snin wera li l-investiment fit-tkabbir ekoloġiku huwa opportunità ekoloġika enormi. Billi kważi kull settur sofra telf kbir b’riżultat tar-riċessjoni, is-settur ekoloġiku minkejja li sofra tnaqqis fit-tkabbir, għadu qed jikber. L-ekoindustriji Ewropej għandhom stima ta’ qligħ annwali ta’ EUR 319-il biljun (2.5% tal-PDG tal-UE) u attwalment iħaddmu 3.4 miljun persuna. Madwar 600 000 impjieg addizzjonali f’dan il-qasam ġie maħluq bejn l-2004 u l-2008. Ir-rata ta’ tkabbir annwali fl-impjiegi fis-subsetturi kollha bejn l-2000 u l-2008 kien bejn wieħed u ieħor 7%. L-UE hija parteċipant b’saħħtu fi ħdan il-proċess tal-eko-innovazzjoni b’30% qligħ totali u 50% tas-sehem totali tal-ilma u l-immaniġġjar tal-iskart.

Tul l-aħħar snin, ġew maħluqa madwar miljun impjieg ekoloġiku ġdid u f’ħafna pajjiżi l-GreenTech (magħrufa wkoll bħala ‘Clean Tech’) hija diġà waħda mill-ikbar kumpaniji li tħaddem nies fl-ekonomija Ewropea. Sal-2020, il-qligħ totali fis-settur tal-GreenTech huwa mistenni li jirdoppja għal EUR 3100 biljun. Fil-Ġermanja, dan is-settur diġà jikkontribwixxi għal 8 % tal-PDG, li huwa mistenni li jogħla għal 14 % sal-2020. Fl-Awstrija, pereżempju, 4.8 % tal-impjegati jaħdmu fis-settur tal-impjiegi ekoloġiċi, li minkejja l-kriżi ekonomika, żdied għal 0.6 % mill-2010 sal-2011.

Meta nitkellmu dwar l-impjiegi ekoloġiċi u t-tkabbir, hemm firxa wiesa’ ta’ interpretazzjonijiet diverġenti li jintużaw fl-UE. Impjiegi ekoloġiċi kienu jiġu kkunsidrati bħala dawk involuti li jipproteġu l-bijodiversità u l-ambjent naturali; Illum il-ġurnata jinkludu wkoll oqsma oħra bħat-teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, l-effiċjeza tal-enerġija u l-iffinanzjar tal-karbonju. It-terminu ‘impjiegi ekoloġiċi’ jintuża f’kuntesti biex iservi skopijiet differenti. Dan jista’ jwassal għal distorsjonijiet ta’ statistiċi dwar it-tkabbir ekoloġiku. Il-Kummissjoni Ewropea tuża definizzjoni usa mill-EUROSTAT, li tistipula li t-teknoloġiji u l-prodotti ekoloġiċi għandhom ikollhom protezzjoni ambjentali jew skop tal-immaniġġjar tar-riżorsi bħala l-objettiv primarju tagħhom. Għalhekk, sabiex jiġu evitati statistiċi qarrieqa dwar l-impjiegi ekoloġiċi u l-iżvilupp tat-tkabbir, għandha tiġi elaborata definizzjoni għall-UE kollha fformulata b’mod ċar u iktar limitata tal-impjiegi ekoloġiċi u t-tkabbir ekoloġiku. L-ewwel pass lejn definizzjoni iktar iċċarata u mtejba jkun l-integrazzjoni tat-trasport pubbliku fid-definizzjoni tas-settur tal-oġġetti u s-servizzi ambjentali. Definizzjoni mtejba għandha tinkludi wkoll xi standards minimi ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol. Barra minn hekk, biex tiġi żgurata dejta sinifikanti, għandhom jiġu kkalkulati l-effetti nett tal-impjieg għall-ħolqien tal-impjiegi ekoloġiċi u t-tkabbir.

Barra minn hekk, billi jiġu appoġġjati proċessi, teknoloġiji u servizzi ġodda li jagħmlu lin-negozji iktar sostenibbli u joħolqu impjiegi ekonomiċi ġodda, il-leġiżlatur Ewropew kif ukoll l-Istati Membri u l-kumpaniji għandhom iżommu f’moħħhom li l-ekoinnovazzjoni mhix dwar il-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi akkost ta’ kollox. Kundizzjonijiet tax-xogħol soċjalment b’saħħithom u ġusti kif ukoll kunsiderazzjoni ekoloġika, ekonomika u sostenibbiltà soċjali għandhom ikunu l-prinċipji gwidi fi kwalunkwe ħin.

Iffinanzjar għall-ekoinnovazzjoni

L-UE żviluppat firxa ta’ strumenti li jiffukaw fuq l-innovazzjoni ambjentali u l-intraprenditorja. Għall-promozzjoni tal-eko-innovazzjoni, attwalment hemm EUR 433 miljun disponibbli fil-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) tal-UE. Bħalissa, hemm ukoll opportunitajiet tal-iffinanzjar għas-servizzi u t-teknoloġiji ambjentali fil-programm tal-iffinanzjar tal-UE LIFE+, li jikkofinanzja proġetti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp u għad-demostrazzjoni ta’ approċċi ta’ politiki innovattivi, teknoloġiji, metodi u strumenti, prinċipalment indirizzati għas-settur privat. Attwalment, ġew allokati kważi EUR 200 miljun biex jappoġjaw proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq dwar l-eko-innovazzjoni, li jilħqu s-settur tan-negozju.

It-tħaddim mill-2014 sal-2020 tal-programm il-ġdid Orizzont 2020 tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni huwa l-istrument finanzjarju li jimplimenta l-Unjoni tal-Innovazzjoni; Fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss (MFF 2014-20200) l-Inizzjattiva tal-Eko-innovazzjoni hija wkoll koperta permezz ta’ LIFE (Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika 2014-2020) sal-punt li ma jikkonċedux mal-Orizzont 2020.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (19.9.2013)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar l-Ekoinnovazzjoni - Impjiegi u Tkabbir permezz tal-politika ambjentali
(2012/2294(INI)) Il-Parlament Ewropew,

Rapporteur għal opinjoni: Phil Bennion

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–    wara li kkunsidra l-istrateġija Ewropa 2020, li titlob tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv,

–    wara li kkunsidra l-istrument il-ġdid "Garanzija għaż-Żgħażagħ",

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound ta’ Jannar 2013 bit-titolu "Nagħmlu l-Industriji fl-UE iktar Ekoloġiċi: L-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-effetti fuq il-kwantità u l-kwalità tal-impjiegi", u l-bażi ta' data tal-istudji tal-każijiet tiegħu;

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2011 bit-titolu "Relazzjonijiet industrijali u sostenibilità: ir-rwol tas-sħab soċjali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija iktar ekoloġika";

A.  billi l-ekoinnovazzjoni hija fundamentali għall-iżvilupp mill-UE ta’ strateġija ta’ tkabbir li tkun sostenibbli mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali, u li twassal għal opportunitajiet ta' impjieg ta' kwalità f’varjetà ta’ setturi;

B.   billi hemm żieda preokkupanti fir-rata tal-qgħad taż-żgħażagħ u ħtieġa qawwija ta' politiki li jwasslu għal opportunitajiet ta' impjiegi li jkunu aktar u aħjar għaż-żgħażagħ;

C.  billi din il-bidla għandha l-potenzjal li tistabbilizza l-impjieg u żżid l-għadd ta' postijiet tax-xogħol, b'effetti sekondarji konsiderevoli; billi fejn ġew introdotti kundizzjonijiet ta' qafas affidabbli, ġiet innutata żieda kostanti fil-possibilitajiet ta' impjieg u fis-sigurtà tal-impjiegi, u hija stabbilizzata b'żieda fl-esportazzjonijiet;

D.  billi l-inizjattiva "Ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda" tal-Kummissjoni, li tirrikonoxxi l-kooperazzjoni mal-Istati Membri, intlaqgħet mill-Parlament;

E.   billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-7 ta' Settembru 2010 dwar l-iżvilupp tal-potenzjal ta' ħolqien ta' impjiegi ta' ekonomija sostenibbli ġdida[1] tagħmel riferenza għad-definizzjoni ta' impjiegi sostenibbli tal-ILO u tenfasizza li l-ekoinnovazzjoni għandha rwol importanti fis-setturi kollha industrijali u tal-manifattura;

1.   Jinnota l-potenzjal għal ħolqien dirett u indirett ta’ impjiegi ta' kwalità bis-saħħa tal-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija UE 2020; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom f’dan il-qasam; jilqa’ l-promozzjoni mill-Kummissjoni ta’ strateġija integrata għal tkabbir aħdar fl-ambitu tal-inizjattiva emblematika “Unjoni tal-Innovazzjoni” u, b’mod partikolari, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni, bħala pass fid-direzzjoni t-tajba;

2.   Jenfasizza li s-suċċess tal-ekoinnovazzjoni jeħtieġ investimenti mmirati u fit-tul, li għandhom ikopru b’mod speċjali l-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll l-infrastruttura, eċċ.;

3.   Jinnota d-diversità kbira ta’ opportunitajiet ta’ impjieg f’livelli differenti ta’ ħiliet miftuħa mill-ekoinnovazzjoni, inklużi impjiegi fl-ekodiżinn u r-riċerka, fl-iżvilupp u x-xogħol ta’ innovazzjoni u fl-industrija tal-għarfien li jitolbu livell għoli ta’ edukazzjoni, kif ukoll kompiti fis-settur tal-produzzjoni li jirrikjedu ħiliet aktar prattiċi; jinnota li l-ekoinnovazzjonijiet li jtejbu jew jemendaw il-katina ta’ produzzjoni jistgħu jiġu proposti mill-ħaddiema fil-livelli kollha;

4.   jinnota li, bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-impjiegi tal-istrateġija UE 2020 u jintuża l-potenzjal ta’ impjiegi ta’ ekonomija sostenibbli ġdida, jeħtieġ li jiżdiedu l-effiċjenza enerġetika tad-djar u tal-kostruzzjoni u s-sehem tal-enerġiji rinnovabbli, tat-teknoloġiji ambjentali, tat-trasport sostenibbli u l-mobilità, tal-agrikoltura, is-silvikultura u s-sajd sostenibbli u l-pariri permezz ta’ servizzi ambjentali, kif ukoll il-proċessi ta’ riċiklar u użu mill-ġdid, il-proċessi tal-produzzjoni li jużaw ammont baxx ta’ riżorsi u ċikli ta’ ċirkwiti magħluqa tal-materjali, l-ekodisinn, u l-investiment fis-settur tat-tagħlim; jinnota li anki s-settur tas-servizzi u s-settur tal-ekonomija soċjali[2] għandhom potenzjal kbir ta’ impjiegi ħodor;

5.   Jinsab konvint bis-sħiħ li politka ambjentali bbażata fuq ekonomija tas-suq tista' ssir il-mutur tat-tkabbir u tal-impjiegi fil-fergħat kollha tal-ekonomija, u jenfasizza li kundizzjonijiet ta' qafas li jħajru l-investiment u li jkunu prevedibbli huma l-bażi li se tippermetti li n-negozji innovattivi jagħmlu l-aħjar użu possibbli minn dawn l-opportunitajiet għall-benefiċċju tal-ambjent u tal-impjegati;

6.   Jirrikonoxxi l-fatt li t-tranżizzjoni ekonomika lejn negozji "niċċa" ġodda tista’ tattira lill-ġenerazzjoni żagħżugħa ta’ ħaddiema u twassal għal opportunitajiet ġodda fl-ispettru tal-ekoinnovazzjoni;

7.   Jenfasizza l-importanza ta’ ekoinnovazzjonijiet li jistgħu jiġu applikati fil-livelli ta’ djar, proprjetajiet u farms, minħabba li jippermetu l-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini stess u l-attivitajiet ta’ ħolqien tal-impjiegi fi ħdan il-mikrointrapriżi, eż. fit-trattament lokali u riutilizzazzjoni tal-iskart, fil-produzzjoni u l-iffrankar tal-enerġija u f’oqsma oħra tal-ekoinnovazzjoni;

8.   Jagħraf li l-ekoinnovazzjoni tippreżenta opportunitajiet ċari għal negozji “niċċa” ġodda, u toffri possibilitajiet għall-SMEs, għas-“self-starters”, għal dawk li jaħdmu għal rashom u l-imprendituri, li jibbenefikaw minn swieq u mudelli ġodda ta’ negozju, kif ukoll tagħti ħajja ġdida lis-setturi ekonomiċi tradizzjonali eżistenti billi tagħtihom possibilitajiet biex iħaddru l-impjiegi eżistenti, billi jadattaw għal metodi ta' produzzjoni u ta' ħidma li jkunu sostenibbli u effiċjenti mill-użu tar-riżorsi;

9.   Jirrakkomanda li jiġi promoss il-potenzjal kreattiv u innovattiv taż-żgħażagħ biex dawn jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli, u li jitjieb l-aċċess tagħhom għall-fondi;

10. Jenfasizza l-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi duwali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli ħadra, f'termini tal-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli kemm fl-UE u fid-dinja li qed tiżviluppa, permezz tal-parteċipazzjoni akbar fil-produzzjoni ta' fjuwils u materjali innovattivi, kif ukoll l-opportuniatjiet ta' impjieg li jiġu mill-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-bijomaterjali għan-negozji u għall-konsumaturi pubbliċi, privati u domestiċi; jenfasizza li dawn l-opportunitajiet għandhom joħolqu impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli kemm għall-ħaddiema kwalifikati kif ukoll għal dawk li mhumiex; Jirrikonoxxi li għandu jiġi żviluppat qafas regolatorju stabbli u għat-tul biex tiġi promossa s-sostenibilità bl-użu ta' strumenti finanzjarji eżistenti;

11. Jinnota l-isfidi kumplessi fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel, tat-tibdil fil-klima, tal-kwalità tal-ħamrija, tal-iskarsezza tal-materja prima, tat-trasformazzjoni lejn sistemi ta’ enerġija rinnovabbli u tal-effiċenza enerġetika, eċċ; jagħraf li l-ekoinnovazzjoni jista’ jkollha rwol importanti biex tindirizza ħafna minn dawn l-isfidi; itenni li din it-tranżizzjoni teħtieġ approċċ olistiku li jkun jinkludi l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-investiment fis-settur privat u pubbliku u l-iżvilupp tal-infrastruttura, li kollha jikkontribwixxu għal opportunitajiet ta’ impjiegi varji u sostenibbli.

12. Jenfasizza l-effetti ta’ sinerġija potenzjali tal-ekoinnovazzjoni fil-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli u ta' kwalità, il-protezzjoni tal-ambjent u t-tnaqqis tad-dipendenza ekonomika;

13. Jinnota partikolarment l-importanza tal-aċċess għal żvilupp adattat ta’ taħriġ u ħiliet fi ħdan il-qafas tal-ekoinnovazzjoni, biex tiġi provduta forza tax-xogħol tas-sengħa għal in jimpjega, biex iż-żgħażagħ jiġu mgħammra bl-għarfien, ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jsibu impjieg bl-opportuniatjiet tal-innovazzjonijiet emerġenti, u jiffaċilitaw it-tranżizzjoni tal-ħaddiema minn setturi li sejrin lura lejn setturi emerġenti ġodda u ħodor; jenfasizza f’dan ir-rigward l-opportunitajiet offruti mill-"apprendistati rurali" u forom oħra ta’ taħriġ vokazzjonali għall-iżvilupp ta' dawn is-settijiet ta’ ħiliet ġodda;

14. Jenfasizza li r-riċerka hija l-bażi għall-innovazzjoni u l-ekoinnovazzjoni. Jindika l-prospetti kbar għal tkabbir li ġġib magħha l-ekoinnovazzjoni kif ukoll il-potenzjal tal-Ewropa biex, f’dan il-qasam, tkun fuq quddiem nett mad-dinja kollha, kif ukoll l-opportunitajiet li dan jimplika għal impjiegi ġodda u ta’ kwalità;

15. Jitlob li jiġi promoss l-isfruttament tal-aqwa ekoinnovazzjonijiet, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn, pereżempju, proċess aktar effettiv tal-produzzjoni tal-faħam, tojlits nexfin għall-ikkompostjar, l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, sistemi tal-purifikazzjoni tal-ilma u bosta innovazzjonijiet oħra, jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja b’mod sinifikanti u bi spejjeż relattivament baxxi, itejbu s-saħħa u jippromwovu l-intraprenditorija u l-impjiegi sostenibbli;

16. Jenfasizza r-rwol vitali li jista’ jkollhom is-sħubiji u s-sinerġiji bejn is-settur tal-edukazzjoni, il-kumpaniji u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex jipprovdu t-taħriġ relevanti, inklużi ħiliet relatati ma’ "STEM" kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, gwida għall-karriera, apprendistati mħallsa u ta’ kwalità, u opportunitajiet ta’ tagħlim duwali, biex jippermettu aċċess wiesgħa għall-opportunitajiet tal-impjiegi u impjiegi ta’ kwalità li qed joħorġu permezz tal-ekoinnovazzjoni;

17. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu inċentivi għan-negozji, partikolarment għall-SMEs, biex jippromwovu investimenti ikbar fl-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp tas-settur privat; jilqa', f'dan ir-rigward, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni;

18. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni transkonfinali biex jassiguraw id-diffużjoni tat-teknoloġija u l-aħjar prattiki fl-UE, u b’hekk iżidu l-kompetittività tal-Ewropa;

19. Iħeġġeġ lill-Istati Membri, fil-qafas tal-provvista ta’ tranżizzjoni soċjalment responsabbli lejn impjiegi ħodor u ta’ kwalità għolja, jużaw mill-aktar fis il-Fond Sojali Ewropew għal programmi maħsuba għat-tisħiħ tal-ħiliet, għat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-impjegati.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

18.9.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Heinz K. Becker, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Minodora Cliveti, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Verónica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Andrea Zanoni

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Claudette Abela Baldacchino, Georges Bach, Jürgen Creutzmann, Sergio Gutiérrez Prieto, Anthea McIntyre, Ria Oomen-Ruijten, Antigoni Papadopoulou

  • [1]  Testi adottati, P7_TA(2010)0299.
  • [2]  Il-frażi "ekonomija soċjali" għandha tiġi tradotta bħala "ekonomija soċjali u solidali" u traduzzjonijiet ekwivalenti għandhom jintużaw għall-Ispanjol, il-Portugiż u lingwi simili.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (2.7.2013)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar l-Ekoinnovazzjoni - Impjiegi u Tkabbir permezz tal-politika ambjentali
(2012/2294(INI)) Il-Parlament Ewropew,

Rapporteur għal opinjoni: Jens Nilsson

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza d-dimensjoni wiesgħa tal-kunċett tal-ekoinnovazzjoni, sakemm tiġi definita bħala kwalunkwe forma ta' innovazzjoni li għandha l-għan li twassal għall-progress fil-kisba tal-mira ta' żvilupp sostenibbli, billi tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent jew li tikseb użu tar-riżorsi aktar effikaċi u responsabbli;

2.  Jappoġġa l-inizjattiva ewlenija tal-Kummissjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, li għandha l-għan li tibda l-bidla minn issa lejn ekonomija sostenibbli; jenfasizza, barra minn hekk, li investiment immirat għat-trasformazzjoni ekoloġika tar-reġjuni tal-UE huwa wieħed mill-aktar strumenti utli biex jintlaħqu l-għanijiet strateġiċi tal-konverġenza reġjonali u l-koeżjoni territorjali;

3.  Jenfasizza l-potenzjal ta' benefiċċju għall-ambjent mhux sfruttat tal-ekoinnovazzjoni, sakemm tkun mistennija li tgħin biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, inter alia, permezz ta' żieda fl-użu ta' materjali riċiklati u rinnovabbli u tal-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità li jħallu impatt anqas fuq l-ambjent u billi tiffaċilita proċessi ta' produzzjoni u servizzi li huma favur l-ambjent; jiġbed l-attenzjoni lejn il-benefiċċji għall-politiki fiskali meta l-potenzjali tal-ekoinnovazzjoni jiġu sfruttati bis-sħiħ u l-gwadann fl-effiċjenza jkun jista' jitwettaq mhux biss f'termini baġitarji; jenfasizza l-bżonn għal azzjonijiet immirati fir-rigward tal- u tal-ostakoli għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ekoinnovazzjoni u tal-internazzjonalizzazzjoni ta' dawn il-prodotti u servizzi;

4.  Iqis li kull tip ta' ekoinnovazzjoni għandha tikkontribwixxi għat-tkabbir reġjonali sostenibbli u biex jitwettqu l-miri ambjentali tal-Unjoni;

5.  Jenfasizza li l-ekoinnovazzjoni għandha tibbenefika mill-istrumenti finanzjarji emerġenti tal-UE u mill-mezzi tal-inizjattivi ewlenin, Unjoni għall-Innovazzjoni u Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi, kif ukoll il-Politika ta' Koeżjoni ta' wara l-2013 u l-Orizzont 2020; jenfasizza l-bżonn li l-kunċett tal-ekoinnovazzjoni jiġi integrat fl-oqsma politiki kollha;

6.  Jenfasizza, li għalkemm l-oqsma ta' prijorità attwali għas-Sejħa għall-Ekoinnovazzjoni 2012 huma limitati għal numru ta' oqsma ta' konċentrazzjoni, l-inizjattiva ekoinnovazzjoni hi programm trasversali li tappoġġja proġetti ta' ekoinnovazzjoni f'setturi differenti; itenni għaldaqstant li s-setturi u l-attivitajiet kummerċjali kollha għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament;

7.  Jinnota li l-politika ta' koeżjoni futura tinkludi strateġija ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti bħal kundizzjoni ex-ante għar-reġjuni tal-UE u jħeġġeġ lir-reġjuni biex inedu kampanji ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-gruppi kollha fil-mira bil-għan li l-ekoinnovazzjoni tiġi integrata fl-istrateġiji reġjonali u nazzjonali ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti;

8.  Iqis l-ekoinnovazzjoni bħala konformi bis-sħiħ mar-riċerka u l-innovazzjoni u mal-prijoritajiet ta' investiment dwar il-klima u l-ambjent fil-perjodu ta' ipprogrammar dwar il-fondi strutturali li jmiss;

9.  Jenfasizza li filwaqt li l-ekoindustriji llum jimpjegaw 3.4 miljun ħaddiem u jipprovdu introjtu annwali li hu stmat EUR 319 biljun, il-potenzjal għall-ħolqien ta' tkabbir reġjonali, l-opportunitajiet ta' impjiegi u benefiċċji ambjentali għadu fil-parti l-kbira tiegħu ma ġiex sfruttat u jfakkar, b'rabta ma' dan li l-ispiża tan-nuqqas ta' azzjoni se tkun għolja;

10. Jissottolinja l-importanza ta' sjieda lokali u reġjonali permezz tal-parteċipazzjoni attiva tal-atturi pubbliċi u privati u tas-soċjetà ċivili f'politiki u azzjonijiet ta' appoġġ għall-ekoinnovazzjoni.

11. Jirrakkomanda li jiġi promoss il-potenzjal kreattiv u innovattiv taż-żgħażagħ biex dawn jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli, u li jitjieb l-aċċess tagħhom għall-fondi;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

20.6.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Francesca Barracciu, Jean-Jacob Bicep, Victor Boştinaru, John Bufton, Alain Cadec, Nikos Chrysogelos, Rosa Estaràs Ferragut, Brice Hortefeux, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Vincenzo Iovine, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva Kekuš, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Ana Miranda, Jens Nilsson, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Monika Smolková, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Giommaria Uggias

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Miroslav Ouzký, Marit Paulsen

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

25.9.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Oana Antonescu, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sergio Berlato, Lajos Bokros, Franco Bonanini, Milan Cabrnoch, Spyros Danellis, Chris Davies, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Gilles Pargneaux, Andrés Perelló Rodríguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Oreste Rossi, Richard Seeber, Dubravka Šuica, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Thomas Ulmer, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Erik Bánki, Mark Demesmaeker, Jutta Haug, Marusya Lyubcheva, Miroslav Mikolášik, Vittorio Prodi, Kārlis Šadurskis, Rebecca Taylor, Anna Záborská, Andrea Zanoni

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ioan Enciu, Sabine Lösing, Kerstin Westphal