RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari

20.3.2014 - (17612/2013 – C7‑0059/2014 – 2005/0214(COD)) - ***II

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Ria Oomen-Ruijten

Proċedura : 2005/0214(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0188/2014
Testi mressqa :
A7-0188/2014
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari

(17612/2013 – C7‑0059/2014 – 2005/0214(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17612/2013 – C7‑0059/2014),

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2005)0507),

–       wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2007)0603),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0188/2014),

1.      Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.      Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.      Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

B'riżultat tan-negozjati bejn il-PE u l-Kunsill, bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni, din il-proposta tiggarantixxi ċertezza tad-dritt dwar drittijiet għal pensjoni supplimentari f'każ ta' mobbiltà tax-xogħol transfruntiera. Ir-rapporteur, għalhekk, tirrakkomanda l-approvazzjoni tagħha mingħajr emendi.

  • [1]  ĠU C 146 E, 20.6.2007, p. 217

PROĊEDURA

Titolu

Titjib fit-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni supplementari

Referenzi

17612/1/2013 – C7-0059/2014 – 2005/0214(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

20.6.2007                     T6-0269/2007

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2005)0507 - C6-0331/2005

Proposta emendata tal-Kummissjoni

COM(2007)0603

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

27.2.2014

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

27.2.2014

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Ria Oomen-Ruijten

27.10.2005

 

 

 

Data tal-adozzjoni

18.3.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Marije Cornelissen, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Verónica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Gabriele Stauner, Jutta Steinruck, Ruža Tomašić

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Claudette Abela Baldacchino, Georges Bach, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Martin Kastler, Ria Oomen-Ruijten, Siiri Oviir, Csaba Sógor, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Knut Fleckenstein, Jürgen Klute, Younous Omarjee, Anni Podimata, Bernadette Vergnaud, Anna Záborská

Data tat-tressiq

20.3.2014