RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emmissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE

2.3.2015 - (COM(2014)0020 – C8‑0016/2014 – 2014/0011(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Ivo Belet


Proċedura : 2014/0011(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0029/2015

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emmissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE

(COM(2014)0020 – C8‑0016/2014 – 2014/0011(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2014)0020),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8–0016/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Ġunju 2014[1],

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[2],

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0029/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa -1 (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014 dwar Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 jiddikjaraw li Sistema riformata għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li tiffunzjona sew bi strument għall-istabbiltà tas-suq ser tkun l-istrument ewlieni Ewropew biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Fid-dawl tal-ħtieġa li jinżammu l-inċentivi fl-ETS tal-Unjoni matul in-negozjati dwar id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, il-Kummissjoni Ewropea ressqet dikjarazzjoni biex teżamina l-għażliet, inkluż fost l-oħrajn iż-żamma permanenti tal-ammont meħtieġ ta' kwoti, għal azzjoni bil-ħsieb li tadotta kemm jista' jkun malajr miżuri strutturali xierqa ulterjuri biex issaħħaħ l-ETS matul il-fażi 3, u tagħmilha iżjed effikaċi.

 

__________________

 

1a Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-istat tas-suq Ewropew tal-karbonju fl-20121 identifika l-ħtieġa għal miżuri sabiex jiġu indirizzati l-iżbilanċi strutturali bejn il-provvista u d-domanda. Il-valutazzjoni tal-impatt dwar il-qafas ta’ politika dwar l-enerġija u l-klima għall-20302 tindika li dan l-iżbilanċ huwa mistenni li jibqa’, u mhux ser jiġi indirizzat b’mod suffiċjenti billi l-perkors lineari jiġi adattat għal mira aktar stretta f’dan il-qafas. Bidla fil-fattur lineari tibdel biss gradwalment il-limitu massimu. Għaldaqstant, il-bilanċ favorevoli jispiċċa jonqos ukoll gradwalment biss, b’tali mod li s-suq ikollu jkompli jopera għal aktar minn deċennju b’surplus ta’ madwar 2 biljun kwota jew aktar. Sabiex tiġi indirizzata din il-problema u biex is-Sistema Ewropea ta’ Negozjar tal-Emissjonijiet tkun aktar reżistenti għall-iżbilanċi, għandha tiġi stabbilita riżerva tal-istabbiltà tas-suq. Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza regolatorja fir-rigward tal-provvista tal-irkant fil-fażi 3 u biex ikun hemm ftit aġġustament għaż-żmien meħtieġ għall-introduzzjoni tal-bidla fid-disinn, ir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għandha tiġi stabbilita mill-fażi 4 li tibda fl-2021. Sabiex jinżamm grad massimu ta’ prevedibbiltà, għandhom jiġu stabbiliti regoli ċari għat-tqegħid tal-kwoti fir-riżerva u għall-ħruġ tagħhom mir-riżerva. Meta l-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, sa mill-2021, il-kwoti li jikkorrispondu għal 12 % tal-għadd ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fis-sena x-2 għandhom jitqiegħdu fir-riżerva. Għandu jinħareġ għadd korrispondenti ta’ kwoti mir-riżerva meta l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun anqas minn 400 miljun.

(2) Ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-istat tas-suq Ewropew tal-karbonju fl-20121 identifika l-ħtieġa għal miżuri sabiex jiġu indirizzati l-iżbilanċi strutturali bejn il-provvista u d-domanda. Il-valutazzjoni tal-impatt dwar il-qafas ta’ politika dwar l-enerġija u l-klima għall-20302 tindika li dan l-iżbilanċ huwa mistenni li jibqa’, u mhux ser jiġi indirizzat b’mod suffiċjenti billi l-perkors lineari jiġi adattat għal mira aktar stretta f’dan il-qafas. Bidla fil-fattur lineari tibdel biss gradwalment il-limitu massimu. Għaldaqstant, il-bilanċ favorevoli jispiċċa jonqos ukoll gradwalment biss, b’tali mod li s-suq ikollu jkompli jopera għal aktar minn deċennju b’surplus ta’ madwar 2 biljun kwota jew aktar, u b'hekk ma jħallix li l-ETS twassal is-sinjal meħtieġ dwar l-investiment biex jitnaqqsu l-emissjonijiettas-CO2 b'mod kosteffiċjenti. Sabiex tiġi indirizzata din il-problema u biex l-ETS tkun aktar reżistenti għall-iżbilanċi bejn il-provvista u d-domanda, u biex b’hekk jiġi kkoreġut żball fid-disinn tas-sistema sabiex l-ETS tkun tista’ tiffunzjona bħala suq ordnat bi prezzijiet stabbli u kompetittivi, li jirriflettu l-valur reali tal-kwoti, għandha tiġi stabbilita riżerva tal-istabbiltà tas-suq matul il-fażi 3, sabiex jiġu stabbiliti l-benefiċċji tagħhom qabel ma titnieda l-fażi 4 fl-2021. Ir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għandha tiżgura wkoll sinerġija ma’ politiki oħra dwar il-klima bħal dawk dwar l-enerġija rinovabbli u l-effiċjenza tal-enerġija. Sabiex jinżamm grad massimu ta’ prevedibbiltà, għandhom jiġu stabbiliti regoli ċari għat-tqegħid tal-kwoti fir-riżerva u għall-ħruġ tagħhom mir-riżerva. Meta l-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, sa mill-2018, il-kwoti li jikkorrispondu għal 12 % tal-għadd ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fis-sena x-1 għandhom jitqiegħdu fir-riżerva. Għandu jinħareġ għadd korrispondenti ta’ kwoti mir-riżerva meta l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun anqas minn 400 miljun.

____________________

____________________

1 COM(2012)652 finali

1 COM(2012)652 finali

2 daħħal referenza.

2 daħħal referenza.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Barra minn hekk, minbarra l-istabbiliment tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq, għandhom isiru xi emendi konsegwenzjali għad-Direttiva 2003/87/KE biex jiġu żgurati l-konsistenza u t-tħaddim sigur tal-ETS. B’mod partikolari, it-tħaddim tad-Direttiva 2003/87/KE jista’ jwassal għal volumi kbar ta’ kwoti li għandhom jiġu rkantanti fi tmiem kull perjodu ta’ negozjar li jistgħu jfixklu l-istabbiltà tas-suq. Għaldaqstant, sabiex tiġi evitata sitwazzjoni ta’ suq ta’ provvista ta’ kwoti żbilanċjat fi tmiem wieħed mill-perjodi ta’ negozjar u l-bidu ta’ dak li jmiss b’effetti li jistgħu jfixklu s-suq, għandu jsir provvediment għall-irkantar tal-parti ta’ kwalunkwe żieda kbira fil-provvista fi tmiem wieħed mill-perjodi ta’ negozjar fl-ewwel sentejn tal-perjodu li jmiss.

(3) Barra minn hekk, minbarra l-istabbiliment tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq, għandhom isiru xi emendi konsegwenzjali għad-Direttiva 2003/87/KE biex jiġu żgurati l-konsistenza u t-tħaddim sigur tal-ETS. B’mod partikolari, it-tħaddim tad-Direttiva 2003/87/KE jista’ jwassal għal volumi kbar ta’ kwoti li għandhom jiġu rkantanti fi tmiem kull perjodu ta’ negozjar li jistgħu jfixklu l-istabbiltà tas-suq. Għaldaqstant, sabiex tiġi evitata sitwazzjoni ta’ suq ta’ provvista ta’ kwoti żbilanċjat fi tmiem wieħed mill-perjodi ta’ negozjar u l-bidu ta’ dak li jmiss b’effetti li jistgħu jfixklu s-suq, għandu jsir provvediment għat-tqegħid ta' tali kwoti fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq fi tmiem il-perjodu ta' negozjar imsemmi.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/20141a ippreveda d-differiment ta' 900 miljun kwota mis-snin 2014 - 2016, għas-snin 2019 u 2020 (tmiem il-fażi 3 tal-ETS). L-impatt tal-irkantar ta’ dawk il-kwoti differiti fl-2019 u fl-2020 imur kontra l-għan mixtieq tal-proposta attwali għal riżerva tal-istabbiltà tas-suq, li huwa ta' tnaqqis fis-surplus tal-kwoti. Għalhekk, il-kwoti differiti m'għandhomx jiġu rkantati imma minflok jitqiegħdu direttament fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2014 tal-25 ta' Frar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010, b’mod partikolari, sabiex jiġu stabbiliti l-volumi ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rkantati fl-2013-20 (ĠU L 56, 26.2.2014, p. 11).

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Huwa importanti li l-ETS tinċentiva t-tkabbir effiċjenti fil-karbonju u li l-kompetittività tal-industriji tal-Unjoni f’riskju reali ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tiġi protetta. Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Frar 2014 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għal industrija tal-azzar kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa diġà enfasizzat “li l-Kummissjoni għandha tindirizza l-kwistjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju b’mod aktar konkret u fid-dettall”. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2014 dwar il-Qafas ta’ Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 taw gwida ċara dwar il-kontinwità ta’ allokazzjonijiet bla ħlas u d-dispożizzjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju wara l-2020, u jiddikjaraw li "l-iktar installazzjonijiet effiċjenti fis-setturi f’riskju li jitilfu l-kompetittività internazzjonali m’għandhomx jiffaċċjaw spejjeż mhux dovuti tal-karbonju li jwasslu għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju”. Għandhom jiddaħħlu miżuri proporzjonati li jirriflettu l-prezz tal-karbonju prevalenti fil-waqt tal-introduzzjoni tagħhom sabiex industriji f’riskju ġenwin ta’ rilokazzjoni ta’ emissjonijiet tal-karbonju jiġu protetti minn kwalunkwe impatt negattiv fuq il-kompetittività tagħhom u b’hekk jevitaw l-ispejjeż addizzjonali relatati mal-ETS fil-livell tal-aktar installazzjonijiet effiċjenti. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Direttiva 2003/87/KE u b’mod partikolari l-Artikolu 10a tiegħu f’dan ir-rigward. Biex jinkiseb l-objettiv ta’ ħolqien ta’ suq uniku tal-enerġija, din ir-reviżjoni għandha wkoll tinkludi arranġamenti armonizzati fil-livell tal-Unjoni li tikkumpensa l-ispejjeż tal-karbonju ttrasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku, differenti mill-mekkaniżmu attwalment irregolat mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi b’mod sħiħ.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq fir-rigward tat-tħaddim tagħha fid-dawl tal-esperjenza dwar l-applikazzjoni tagħha. Ir-reviżjoni tal-funzjonament tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għandha b’mod partikolari tikkunsidra jekk ir-regoli dwar it-tqegħid ta’ kwoti fir-riżerva humiex xierqa fir-rigward tal-mira segwita biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi strutturali bejn il-provvista u d-domanda.

(4) Il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet snin mid-data ta’ operazzjoni tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq, tirrevedi l-funzjonament tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq fir-rigward tat-tħaddim tagħha fid-dawl tal-esperjenza dwar l-applikazzjoni tagħha. Ir-reviżjoni tal-funzjonament tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għandha b’mod partikolari tikkunsidra jekk ir-regoli dwar it-tqegħid ta’ kwoti fir-riżerva u r-rilaxx tagħhom minnha humiex xierqa fir-rigward tal-mira segwita biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi strutturali bejn il-provvista u d-domanda. Ir-reviżjoni għandha wkoll tħares lejn l-impatt tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq fuq il-kompetittività industrijali tal-Unjoni u fuq ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-Artikoli 10 u 13(2) tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jiġu emendati kif xieraq,

(5) Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/87/KE għandha tiġi emendata kif xieraq,

Ġustifikazzjoni

M'hemmx il-ħtieġa li ssir referenza għal Artikoli speċifiċi li għandhom jiġu emendati.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Tiġi stabbilita riżerva tal-stabbiltà tas-suq, li għandha tibda taħdem mill-1 ta’ Jannar 2021.

1. Tiġi stabbilita riżerva tal-istabbiltà tas-suq fl-2018, li għandha tibda taħdem sa mill-31 ta’ Diċembru 2018.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwoti differiti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/20141a jitqiegħdu direttament fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2014 tal-25 ta' Frar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010, b’mod partikolari, sabiex jiġu stabbiliti l-volumi ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rkantati fl-2013-20 (ĠU L 56, 26.2.2014, p. 11).

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-kwoti li jifdal fir-riżerva tal-parteċipanti l-ġodda fi tmiem il-perjodu ta' negozjar, u l-kwoti li ma jkunux ġew allokati minħabba l-għeluq jew skont id-deroga għall-immodernizzar tas-settur tal-elettriku għandhom jitqiesu bħala “kwoti mhux allokati”. Dawn it-tipi kollha ta’ kwoti mhux allokati m’għandhomx jiġu rkantati fl-aħħar tat-tielet perjodu ta’ negozjar, iżda għandhom jitqiegħdu direttament fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni kull sena, sal-15 ta’ Mejju tas-sena sussegwenti. L-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni għas-sena x għandu jkun l-għadd kumulattiv ta’ kwoti maħruġa fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008, inkluż in-numru skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2003/87/KE f’dak il-perjodu u d-drittijiet biex jintużaw il-krediti internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet taħt is-sistema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-UE fir-rigward tal-emissjonijiet sal-31 ta’ Diċembru tas-sena x, li minnu jitnaqqsu t-tunnellati kumulattivi tal-emissjonijiet ivverifikati mill-installazzjonijiet skont is-sistema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-UE bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Diċembru tas-sena x, kwalunkwe kwota kkanċellata skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE u l-għadd ta’ kwoti fir-riżerva. Ma għandhomx jitqiesu l-emissjonijiet matul il-perjodu ta’ tliet snin li jibda mill-2005 u jispiċċa fl-2007 u l-kwoti maħruġa fir-rigward ta’ dawk l-emissjonijiet. L-ewwel pubblikazzjoni għandha sseħħ sal-15 ta’ Mejju 2017.

2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni kull sena, sal-15 ta’ Mejju tas-sena sussegwenti. L-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni għas-sena x għandu jkun l-għadd kumulattiv ta’ kwoti maħruġa fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008, inkluż in-numru skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2003/87/KE f’dak il-perjodu u d-drittijiet biex jintużaw il-krediti internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet taħt is-sistema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-UE fir-rigward tal-emissjonijiet sal-31 ta’ Diċembru tas-sena x, li minnu jitnaqqsu t-tunnellati kumulattivi tal-emissjonijiet ivverifikati mill-installazzjonijiet skont is-sistema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-UE bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Diċembru tas-sena x, kwalunkwe kwota kkanċellata skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE u l-għadd ta’ kwoti fir-riżerva. Ma għandhomx jitqiesu l-emissjonijiet matul il-perjodu ta’ tliet snin li jibda mill-2005 u jispiċċa fl-2007 u l-kwoti maħruġa fir-rigward ta’ dawk l-emissjonijiet. L-ewwel pubblikazzjoni għandha sseħħ sal-15 ta’ Mejju 2016.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. F’kull sena mill-2021 ’il quddiem, għadd ta’ kwoti ugwali għal 12 % tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fis-sena x-2, kif ippubblikat f’Mejju tas-sena x-1 għandhom jitqiegħdu fir-riżerva, sakemm l-għadd ta’ kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva ma jkunx anqas minn 100 miljun.

3. F’konformità mal- Artikolu 1(1) li jipprevedi l-implimentazzjoni f’waqtha meta tiġi stabbilita riżerva, għadd ta’ kwoti ugwali għal 12 % tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fis-sena x-1, kif ippubblikat f’Mejju tas-sena x għandhom jitqiegħdu fir-riżerva mingħajr dewmien żejjed, sakemm l-għadd ta’ kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva ma jkunx anqas minn 100 miljun.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mill-2021 ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirkantaw il-kwoti kollha li jingħataw mingħajr ħlas skont l-Artikolu 10a u 10c u li ma jitqiegħdux fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni [OPEU jekk jogħġbok daħħal in-numru ta‘ din id-Deċiżjoni meta jkun magħruf] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*).

1. Mill-2018 ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirkantaw il-kwoti kollha li jingħataw mingħajr ħlas skont l-Artikolu 10a u 10c u li ma jitqiegħdux fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni [OPEU jekk jogħġbok daħħal in-numru ta‘ din id-Deċiżjoni meta jkun magħruf] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*).

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Fejn il-volum tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri fl-aħħar sena ta’ kull perjodu msemmi fl-Artikolu 13(1) jaqbeż b’aktar minn 30 % tal-volum tal-irkant medju mistenni għall-ewwel sentejn tal-perjodu ta’ wara qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni [OPEU jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ din id-Deċiżjoni meta jkun magħruf] żewġ terzi tad-differenza bejn il-volumi għandhom jitnaqqsu mill-volumi tal-irkantar fl-aħħar sena tal-perjodu u miżjuda f’pagamenti ugwali għall-volumi li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri fl-ewwel sentejn tal-perjodu ta’ wara.

1a. Fi tmiem il-perjodu ta' negozjar, il-kwoti li jifdal fir-riżerva tal-parteċipanti l-ġodda u kwalunkwe kwota li ma tkunx ġiet allokata minħabba l-għeluq jew skont id-deroga għall-immodernizzar tas-settur tal-elettriku għandhom jitqiesu bħala “kwoti mhux allokati”. Dawn il-kwoti kollha mhux allokati għandhom jitqiegħdu direttament fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2003/887/KE

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – test introduttorju

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

3a. Fl-Artikolu 10(3), il-kliem introduttorju tal-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir minn dħul ġenerat mill-irkant ta’ kwoti. Talanqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta’ dan id-dħul, għandhom jiġu użati għal wieħed jew iżjed minn dan/dawn li ġej/ġejjin:"

"3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir minn dħul ġenerat mill-irkant ta’ kwoti. Talanqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta’ dan id-dħul, għandhom jintużaw għal wieħed jew iżjed minn dan/dawn li ġej/ġejjin:"

Ġustifikazzjoni

Obbligu iżjed preċiż ta' kif għandu jintuża d-dħul mill-irkant jevita l-użu ta' dawn ir-riżorsi finanzjajri biex ikopru d-defiċits tal-baġit tal-Istat. Id-dħul mill-irkant imbagħad verament jintuża biex jittratta t-tibdil fil-klima u biex jappoġġja t-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju skont il-prinċipji tal-Pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija tal-2008.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Fl-Artikolu 10(4), għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

 

"Meta l-Kummissjoni tkun wettqet l-adattament imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ammont ta' kwoti li jikkorrispondi għaż-żieda fil-kwoti fl-2019 u fl-2020 kif stabbilit fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010* għandu jitqiegħed fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni [OPEU jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ din id-Deċiżjoni meta jkun magħruf].

 

_______________

 

* Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-Komunità (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1)."

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 10a – paragrafu 8 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c. Fl-Artikolu 10a(8), għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara t-tieni subparagrafu:

 

“300 miljun kwota għandhom isiru gradwalment disponibbli mid-data tal-operazzjoni tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita mid-Deċiżjoni [OPEU jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ din id-Deċiżjoni meta jkun magħruf] sal-31 ta’ Diċembru 2025 b’konformità ma’ dan il-paragrafu u għal proġetti ta’ innovazzjoni industrijali rivoluzzjonarji fis-setturi elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti msemmija f’dan il-paragrafu. Dawk it-300 miljun kwota għandhom jittieħdu minn kwoti mhux allokati, kif definit fl-Artikolu 1(1b) tad-Deċiżjoni [OPEU jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ din id-Deċiżjoni meta tkun magħrufa].

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Reviżjoni tad-Direttiva 2003/87/KE

 

Sa... +, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Direttiva 2003/87/KE, bil-ħsieb li tipproteġi b’mod effettiv il-kompetittività tal-industriji tal-Unjoni f’riskju ġenwin ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, tintroduċi aktar allokazzjoni preċiża ta’ kwoti u toffri inċentivi għat-tkabbir effiċjenti fir-rigward tal-karbonju, mingħajr ma tikkontribwixxi għall-provvista żejda ta’ kwoti. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tqis il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2014, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u l-kontinwità ta’ allokazzjonijiet bla ħlas, li jirriflettu aħjar il-livelli tal-produzzjoni li qed jinbidlu u joffru inċentivi għall-prestazzjoni l-aktar effiċjenti. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll mekkaniżmu armonizzat tal-Unjoni biex tikkumpensa għal spejjeż indiretti tal-karbonju li jirriżultaw minn din id-Direttiva b’tali mod li tiżgura kundizzjonijiet ekwi fuq livell globali u tal-Unjoni. Jekk ikun xieraq, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

 

________________

 

+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tirrevedi r-riżerva tal-istabbiltà tas-suq abbażi ta’ analiżi tal-funzjonament ordnat tas-suq Ewropew tal-karbonju, u tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta dan ikun xieraq. Ir-reviżjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari liċ-ċifra perċentwali għad-determinazzjoni tal-għadd ta’ kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva skont l-Artikolu 1(3) u l-valur numeriku tal-valuri limiti għall-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni stabbilit mill-Artikolu 1(4).

Fi żmien tliet snin mid-data ta’ operazzjoni tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq, il-Kummissjoni għandha tirrevedi r-riżerva tal-istabbiltà tas-suq abbażi ta’ analiżi tal-funzjonament ordnat tas-suq Ewropew tal-karbonju, u tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta dan ikun xieraq. Ir-reviżjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari liċ-ċifra perċentwali għad-determinazzjoni tal-għadd ta’ kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva skont l-Artikolu 1(3) u l-valur numeriku tal-valuri limiti għall-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni stabbilit mill-Artikolu 1(4). Fir-reviżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-impatt tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq fuq il-kompetittività industrijali Ewropea u fuq ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Reviżjoni perjodika tal-konfigurazzjonijiet tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq, sentejn qabel il-bidu ta’ kull fażi ġdida, hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-konfigurazzjonijiet jibqgħu adatti filwaqt li tiġi preservata ċ-ċertezza għas-suq.

  • [1]  ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0.
  • [2]  ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

"Sistema riformata għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li tiffunzjona sew bi strument għall-istabbilta tas-suq f'konformità mal-proposta tal-Kummissjoni ser tkun l-istrument ewlieni Ewropew biex tintlaħaq din il-mira [ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra]." Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, it-23 ta’ Ottubru 2014.

Fit-22 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal riżerva tal-istabbiltà tas-suq, flimkien ma' komunikazzjoni dwar il-qafas politiku għall-klima u l-enerġija fil-perjodu mill-2020 sal-2030.

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li tagħmel bidliet strutturali lis-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (ETS) sabiex tindirizza s-surplus tal-kwoti tal-emissjonijiet, li bħalissa huma stmati li huma aktar minn 2 biljuni (ammont li ilu jiżdied fis-sistema sa mill-2009 (matul il-fażi 2)), u tirrettifika n-nuqqasijiet tagħha sabiex tikseb dan l-għan: "sabiex tippromwovi t-tnaqqis tal-emissjoni tal-gassijiet serra b’manjiera effettiva rigward spejjez u effiċjenza ekonomika" (l-Artikolu 1 tad-Direttiva dwar l-ETS).

Filwaqt li l-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2020 hija garantita mil-limitu massimu ġenerali tal-emissjonijiet, is-surplus tal-kwoti qed idgħajjef il-kosteffettività fit-tul tal-iskema. Għalhekk is-surplus qed idgħajjef il-funzjonament ordnat tas-suq tal-karbonju u b'mod kruċjali l-prezz tal-karbonju, u b'hekk inaqqas l-inċentivi għall-investiment fit-teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. Jekk is-sitwazzjoni ma tiġix indirizzata, l-ispiża biex jonqos it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ser tiżdied b'mod sinifikanti fil-futur.

Għalhekk il-proposta tal-Kummissjoni twieġeb għall-appelli li għamel il-Parlament Ewropew biex "tadotta miżuri sabiex tikkoreġi n-nuqqasijiet tal-ETS u tippermetti li tiffunzjona kif kien previst oriġinarjament"[1].

Għaldaqstant il-proposta dwar ir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq (MSR) tikkoreġi nuqqas strutturali fil-kostruzzjoni oriġinali tal-ETS, li ma kinitx tippermetti flessibilità fil-provvista tal-kwoti biex tkopri bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq jew biex tipproteġi l-ETS kontra xokkijiet fid-domanda mhux mistennija u għal għarrieda. Kif indikat fid-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-proposta, l-iżbilanċ attwali rriżulta minħabba nuqqas ta' tlaqqigħ bejn il-provvista tal-kwoti tal-emissjonijiet, li hija fissa minħabba n-natura tal-EU ETS bħala sistema ta' limitu u skambju (u li kienet deċiża f'ċirkustanzi ekonomiċi aktar favorevoli), u d-domanda għalihom, li hija flessibbli u milquta miċ-ċikli ekonomiċi, il-prezzijiet tal-karburanti fossili, il-politiki tal-klima dwar l-enerġija rinovabbli u l-effiċjenza tal-enerġija u fatturi oħra.

Fid-dawl ta' dan, ir-Rapporteur jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni li tiġi introdotta riżerva tal-istabbiltà tas-suq (MSR), abbażi tal-fatt li li din hi riforma strutturali li ser tintroduċi, fid-Direttiva dwar l-ETS innifisha, regoli li ser jirregolaw iċ-ċaqliq fis-suq u b'mod partikolari l-provvista tal-kwoti. Hi ser tevita interventi diskrezzjonali għal perjodu qasir fis-suq u tipprovdi prevedibbiltà fuq terminu medju u twil u stabbiltà lill-industrija.

Ir-Rapporteur jemmen li tali riforma hija neċessarja biex tinżamm l-ETS bħala l-pedament tal-politika tal-UE dwar it-tnaqqis tas-CO2. Jekk ma jsirx hekk l-ETS tkun qed tiġi pperikolata (mingħajr inċentiv ta' investiment tal-prezz tal-karbonju). Dan iwassal biex inizjattivi nazzjonali jieħdu r-rwol ta' strumenti politiċi maġġuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u b'hekk jerġa' jkun hemm"nazzjonalizzazzjoni" tal-politika dwar il-klima. Dan jikkawża frammentazzjoni fis-suq intern, nisġa kumplessa ta' regolamenti tal-UE u saħansitra riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fi ħdan l-UE.

Kwoti posposti

Is-sena li għaddiet il-Parlament u l-Kunsill emendaw id-Direttiva dwar l-ETS biex jippermettu lill-Kummissjoni tipposponi l-irkantar ta' 900 miljun kwota ta' emissjonijiet sas-snin 2019 and 2020. Fi Frar 2014, il-Kummissjoni mbagħad adottat Regolament sabiex tadatta l-iskeda ta' żmien tal-irkantar għat-tielet perjodu ta’ negozjar tal-ETS sabiex 300 u 600 miljun kwota jkunu "back-loaded" għas-snin 2019 u 2020 rispettivament.

Kif indikat hawn fuq, l-għan ta' din ir-riforma proposta tal-ETS huwa li tipprovdi prevedibbiltà u stabbiltà lis-suq. Għalhekk ma jkunx loġiku jekk il-kwoti posposti jkollhom jiġu lura fis-suq fis-snin 2019 u 2020 biex imbagħad jerġgħu jitqiegħdu għal darb'oħra fir-riżerva maż-żmien matul ir-raba' perjodu ta' negozjar. Dan jikkawża distorsjoni żejda tas-suq u jkun inkonsistenti mal-għan ġenerali tan-tnaqqis tas-surplus.

Barra minn hekk, peress li diversi partijiet ikkonċernati għamlu rimarki dwar il-valur tal-kwoti posposti fid-dawl tad-dispożizzjonijiet imtejba tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju wara l-2020, bħal pereżempju ideat fir-rigward ta' allokazzjoni aktar dinamika (cfr infra), ma jidhirx li jkun għaqli li dawn il-kwoti jerġgħu jiġu injettati fis-suq.

Għalhekk ir-rapporteur jipproponi li jqiegħed il-kwoti differiti direttament fir-riżerva.

Ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju

Filwaqt li tindirizza problemi dwar provvista eċċessiva ta' kwoti għall-irkantar, din il-proposta ma tindirizzax il-kwistjonijiet li jeżistu fir-rigward tal-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti jew id-dispożizzjonijiet tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

Riċentement l-iskema attwali tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju ġiet estiża sal-2020. Fl-24 ta' Settembru 2014, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tal-Parlament appoġġa l-proposta ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tal-lista ta' setturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2015-2019. Il-valutazzjoni li fuqha hija bbażata dik id-deċiżjoni kompliet tuża prezz tal-kwota ssupponut ta' EUR 30, minkejja li l-prezz tal-karbonju reali huwa konsiderevolment inqas. Din is-suppożizzjoni tal-prezz kienet madankollu bbażata fuq l-istabbiliment propost tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq u mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta' 40 % għall-2030.

Il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni turi li l-impatt tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq, anke jekk tibda taħdem qabel l-2020, se jkun limitat. Il-kwoti x'aktarx ser jibqgħu fi ħdan il-livelli tal-prezz tal-karbonju li fuqhom huma bbażati d-dispożizzjonijiet tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-industrija intensiva fl-enerġija sal-2020. Bi tkabbir tal-PDG medju (ta' 1,8 %), l-analisti tas-suq qed jistennew prezz ta' EUR 30 mhux qabel l-2027.

Ir-rapporteur jirrikonoxxi l-ħtieġa li jagħti ċertezza lill-industriji li huma se jibqgħu protetti kontra r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju wara l-2020. Huwa għalhekk importanti li jiġu sottolinjati l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 li jagħti lill-industrija l-assigurazzjoni li "l-allokazzjoni bla ħlas mhux ser tiskadi" u li "l-miżuri eżistenti ser ikomplu wara l-2020 biex jiġi evitat ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-politika dwar il-klima, sakemm ma jsirux sforzi komparabbli f'ekonomiji kbar oħra, bl-objettiv li jiġu pprovduti livelli adatti ta’ appoġġ għal setturi f’riskju li jitilfu l-kompetittività internazzjonali".

Il-Kummissjoni diġà bdiet il-konsultazzjonijiet tagħha dwar il-proposti għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju wara l-2020, inkluż titjib fl-iskema eżistenti. Dawn il-proposti huma marbuta mal-MSR, iżda fil-biċċa l-kbira jmorru lil hinn mill-iżball sistemiku tal-iżbilanċi tas-suq li huwa mmirat li jissolva bl-MSR.

Ir-rapporteur jemmen li m'hemmx dubju li hemm bżonn aktar dibattitu dwar it-titjib tal-allokazzjoni ta' kwoti bla ħlas, partikolarment fir-rigward tat-tibdil fil-livelli ta' produzzjoni u jiggarantixxi li l-aktar installazzjonijiet effiċjenti m'għandhomx jiffaċċjaw spejjeż tal-karbonju mhux dovuti li jwasslu għal rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

B'konformità mat-talba tal-Kunsill Ewropew biex jiġi żgurat allinjament aħjar tal-allokazzjonijiet mat-tibdil fil-livelli ta' produzzjoni u sabiex ma jkunx hemm xkiel jew prevenzjoni ta' possibilitajiet futuri ta' allokazzjoni aktar dinamika, ir-rapporteur jipproponi li l-kwoti posposti jitqiegħdu fl-MSR. Billi tibni fuq il-gwida tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun malajr tippreżenta l-proposti tagħha għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-ETS, inklużi dispożizzjonijiet aħjar tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

Inċentivi ta’ investiment

Ir-Rapporteur jappoġġa wkoll l-allokazzjoni ta' proporzjon tal-kwoti li tqiegħdu fir-riżerva biex tintuża fl-investiment f'teknoloġiji u proċessi industrijali b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.

It-tħaddim tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq

Fir-rigward tat-tħaddim tar-riżerva innifisha, il-Kummissjoni tipproponi li:- il-kwoti jiżdiedu mar-riżerva meta s-surplus totali jaqbeż it-833 miljun kwota (ekwivalenti għal 12 % tan-numru totali ta ' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fis-sena x-2);

- 100 miljun kwota jiġu rilaxxati mir-riżerva meta s-surplus ikun inqas minn 400 miljun kwota.

Dawn il-parametri jistgħu jkunu inqas jew aktar skont is-sitwazzjoni tas-suq jekk l-istimi dwar il-hedging ma jkunux preċiżi. Barra minn hekk, maż-żmien jistgħu jkunu previsti parametri aktar flessibbli. Hemm domanda biex jiżdiedu l-limiti, filwaqt li oħrajn jappoġġaw rilaxx aktar bil-mod tal-kwoti fir-riżerva. Jeħtieġ li dan it-tħassib jiġi indirizzat. Peress li għad hemm grad sostanzjali ta' inċertezza dwar dawn il-kwistjonijiet, se tkun neċessarja reviżjoni f'waqtha.

Fir-rigward tal-perjodu latenti ta' sentejn, ir-Rapporteur iqis li r-referenza għas-sena x-2 se tirriżulta f'ħin tar-rispons pjuttost bil-mod u għalhekk jemmen li l-proposta għandha tiġi emendata biex tindirizza din il-problema.

Lista ta’ laqgħat/avvenimenti li attendew il-partijiet ikkonċernati relatati b’

data tal-għeluq provviżorja: 24.02.2015

Gvernijiet u Rappreżentanzi Permanenti

- Ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Belġju

- Ir-Rappreżentanza Permanenti tad-Danimarka

- Ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Pajjiżi l-Baxxi

- Ir-Rappreżentanza Permanenti ta' Franza

- Ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Ġermanja

- Il-Ministru għall-Ambjent tal-Italja

- Ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja

- Ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Latvja

- Ir-Rappreżentanza Permanenti tar-Renju Unit

- Is-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Polonja

Industriji u organizzazzjonijiet mhux governattivi

- AGC Glass Europe

- Alstom

- Arcelor-Mittal

- Aurubis A.G./ Eurometaux (Assoċjazzjoni Ewropea tal-Metalli)

- BASF

- Belgisch Staalindustrieverbond

- Business Europe

- CAN-Europe

- Carbon Market Watch

- CEFIC

- CEPI (Konfederazzjoni tal-industriji tal-karti Ewropej)

- tas-CEPS (Ċentru għall-istudji tal-Politika Ewropea/Forum dwar is-Suq tal-Karbonju)

- Cembureau (Assoċjazzjoni Ewropea tas-Siment)

- Change Partnership

- Ecofys

- ENECO

- ENEL

- ENI

- E.ON

- ESTA (European Steel Tube Association)

- Eurelectric (Unjoni tal-Industrija tal-Elettriku)

- Eurofer (Assoċjazzjoni tal-Azzar Ewropea)

- Eurometaux (Assoċjazzjoni Ewropea tal-Metalli)

- Forum Ewropew tal-Enerġija

- l-EWEA (Assoċjazzjoni Ewropea tal-Enerġija mir-Riħ)

- Essencia (Industrija kimika Belġjana)

- Exxon

- Federacciai (Federazzjoni tal-Kumpaniji tal-Azzar Taljani)

- ICIS Tschach Solution GmbH (analiżi tas-suq tal-karbonju)

- IIGCC (Grupp ta' Investituri Istituzzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima)

- Glass for Europe

- Greenpeace

- Hydro/Eurometaux (Assoċjazzjoni Ewropea tal-Metalli)

- LSE, istitut tar-riċerka Grantham dwar it-tibdil fil-klima u l-ambjent

- Mercuria Energy Group

- IETA (l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Emissjonijiet)

- Point Carbon, Thomson Reuters

- Assoċjazzjoni tal-Enerġija Pollakka

- Potsdam Institut für Klimafolgenforschung/Pjattaforma tal-Enerġija tal-Kunsill Ewropew tal-Akkademji għax-Xjenzi Applikati, it-Teknoloġiji u l-Inġinerija

- Sandbag

- Shell

- L'Union Française de l'Electricité (UFE)

- VGI (Federazzjoni tal-Industrija tal-Ħġieġ)

- WWF.

  • [1]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2012 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050, P7_TA(2012)0086.

PROĊEDURA

Titolu

L-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva ta’ stabbiltà tas-suq għall-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-Unjoni u l-emendar tad-Direttiva 2033/87/KE

Referenzi

COM(2014)0020 – C7-0016/2014 – 2014/0011(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

22.1.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

6.2.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

6.2.2014

ITRE

6.2.2014

JURI

6.2.2014

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

22.7.2014

JURI

3.9.2014

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ivo Belet

10.7.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.11.2014

3.12.2014

21.1.2015

 

Data tal-adozzjoni

24.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

58

10

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Cristian-Silviu Bușoi, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Enrico Gasbarra, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Marcus Pretzell, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Tibor Szanyi, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Nils Torvalds, Glenis Willmott, Jadwiga Wiśniewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Brannen, Nicola Caputo, Mark Demesmaeker, Esther Herranz García, Merja Kyllönen, Jo Leinen, József Nagy, Younous Omarjee, Alojz Peterle, Sirpa Pietikäinen, Julia Reid, Bart Staes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrew Lewer

Data tat-tressiq

2.3.2015