RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE oħrajn u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 u r-Regolament (UE) 2019/816
11.12.2020 - (COM(2019)0003 – C8-0025/2019 – 2019/0001(COD)) - ***I
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Jeroen Lenaers
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE oħrajn u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 u r-Regolament (UE) 2019/816
(COM(2019)0003 – C8-0025/2019 – 2019/0001(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0003),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 82(1)(d) u 87(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0025/2019),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0254/2020),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE oħrajn u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 u r-Regolament (UE) ssss/xxx [ECRIS-TCN] |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE oħrajn u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862, ir-Regolament (UE) 2019/816 u r-Regolament (EU) 2019/818 |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Dan ir-Regolament jistabbilixxi kif din l-interoperabbiltà u l-kundizzjonijiet għall-konsultazzjoni tad-data maħżuna f'sistemi ta' informazzjoni oħrajn tal-UE u data tal-Europol mill-proċess awtomatizzat tal-ETIAS għall-finijiet li jiġu identifikati l-hits għandhom jiġu implimentati. Riżultat ta' dan, jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2018/1862 (Pulizija tas-SIS)26, u (UE) ssss/xxxx (ECRIS-TCN)27 sabiex is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tiġi konnessa ma' sistemi ta' informazzjoni oħrajn tal-UE u ma' data tal-Europol u biex tiġi speċifikata d-data li se tintbagħat lejn u minn dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u data tal-Europol. |
(4) Dan ir-Regolament jistabbilixxi kif din l-interoperabbiltà u l-kundizzjonijiet għall-konsultazzjoni tad-data maħżuna f'sistemi ta' informazzjoni oħrajn tal-UE u data tal-Europol mill-proċess awtomatizzat tal-ETIAS għall-finijiet li jiġu identifikati l-hits għandhom jiġu implimentati. Riżultat ta' dan, jeħtieġ li jiġu emendati r-Regolamenti (UE) 2018/1862 (Pulizija tas-SIS)26 u (UE) 2019/816 (ECRIS-TCN)27 u (UE) 2019/818 (Interoperabbiltà fil-qasam tal-Pulizija)27a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tiġi konnessa ma' sistemi ta' informazzjoni oħrajn tal-UE u ma' data tal-Europol u biex tiġi speċifikata d-data li se tintbagħat lejn u minn dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u data tal-Europol. |
__________________ |
__________________ |
26 Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56). |
26 Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56). |
27 Ir-Regolament (UE) SSSS/xxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill… (ĠU L , , p. ). |
27 Ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1). |
|
27a Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85). |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Għal raġunijiet ta' effiċjenza u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż, jenħtieġ li l-ETIAS, kif previst fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240, tuża mill-ġdid komponenti ta' hardware u ta' software żviluppati għas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ ("EES") għall-iżvilupp tar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità. Dan ir-repożitorju użat għall-ħażna ta' data alfanumerika kemm tal-applikanti tal-ETIAS u ta' ċittadini ta' pajjiż terz irreġistrata fl-EES, jenħtieġ li jiġi żviluppat b'mod li jippermetti l-estensjoni tiegħu biex isir ir-Repożitorju Komuni ta' Informazzjoni dwar l-Identità. Fl-istess spirtu, l-għodda li għandha tiġi stabbilita biex l-ETIAS tkun tista' tqabbel id-data tagħha ma' dik ta' kull sistema oħra kkonsultata permezz ta' domanda waħda mressqa għandha tiġi żviluppata b'mod li jippermetti l-evoluzzjoni tagħha biex issir il-Portal Ewropew tat-Tfittxija tal-ġejjieni. |
(6) Għal raġunijiet ta' effiċjenza u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż, jenħtieġ li l-ETIAS, kif previst fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240, tuża mill-ġdid komponenti ta' hardware u ta' software żviluppati għas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ ("EES") għall-iżvilupp tar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità. Dan ir-repożitorju użat għall-ħażna ta' data alfanumerika kemm tal-applikanti tal-ETIAS u kemm ta' ċittadini ta' pajjiż terz irreġistrata fl-EES, jenħtieġ li jiġi żviluppat b'mod li jippermetti l-estensjoni tiegħu. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Il-Portal Ewropew tat-Tfittxija (ESP), stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, se jippermetti li d-data maħżuna fl-ETIAS titqabbel mad-data maħżuna f'kull sistema ta' informazzjoni oħra permezz ta' konsultazzjoni unika. |
|
______________ |
|
1a. Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27). |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Bl-għan li jiġi żgurat il-ksib sħiħ tal-objettivi tal-ETIAS, kif ukoll biex jitkomplew l-objettivi tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen ("SIS"), jenħtieġ li jiġu inklużi fl-ambitu tal-verifiki awtomatizzati f'kategorija ta' twissija ġdida introdotta mir-reviżjoni riċenti tas-SIS, jiġifieri l-allert ta' persuni soġġetti għal kontrolli ta' investigazzjoni. |
(8) Bl-għan li jiġi żgurat il-ksib sħiħ tal-objettivi tal-ETIAS, kif ukoll biex jitkomplew l-objettivi tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen ("SIS"), jenħtieġ li jiġu inklużi fl-ambitu tal-verifiki awtomatizzati f'kategoriji ta' twissija ġodda introdotti mir-reviżjoni riċenti tas-SIS, jiġifieri l-allert ta' persuni soġġetti għal kontrolli ta' investigazzjoni u l-allert ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Skont ir-Regolament (UE) 2018/xxxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 [ECRIS-TCN] u f'konformità mal-intenzjoni espressa fir-Regolament (UE) 2018/1240, jenħtieġ li l-ETIAS tkun tista' tivverifika jekk jeżistux korrispondenzi bejn id-data fil-fajls tal-applikazzjoni tal-ETIAS u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar Rekords Kriminali – data ta' Ċittadini ta' Pajjiż Terz ("ECRIS-TCN") fir-Repożitorju Komuni ta' Informazzjoni dwar l-Identità ("CIR") li dwarhom l-Istati Membri għandhom informazzjoni dwar kundanni dwar ċittadini ta' pajjiż terz u persuni apolidi għal reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor. |
(10) Skont ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u f'konformità mal-intenzjoni espressa fir-Regolament (UE) 2018/1240, jenħtieġ li l-ETIAS tkun tista' tivverifika jekk jeżistux korrispondenzi bejn id-data fil-fajls tal-applikazzjoni tal-ETIAS u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar Rekords Kriminali – data ta' Ċittadini ta' Pajjiż Terz ("ECRIS-TCN") fir-Repożitorju Komuni ta' Informazzjoni dwar l-Identità ("CIR") li dwarhom l-Istati Membri għandhom informazzjoni dwar kundanni dwar ċittadini ta' pajjiż terz u persuni apolidi għal reat terroristiku tul l-20 sena preċedenti jew reat kriminali serju ieħor, tul l-10 snin preċedenti, kif elenkat fl-Anness tar-Regolament (UE) 2018/1240, fejn dawk ir-reati kriminali huma punibbli skont il-liġi nazzjonali b'piena li ċċaħħad il-libertà jew b'ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin. |
__________________ |
__________________ |
29 [Ir-Regolament (UE) ssss/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ….(ĠU L , , p. )] |
|
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) L-Istati Membri diġà jiġbru u jipproċessaw data ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi għall-finijiet tar-Regolament ECRIS-TCN. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jimponi l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri biex jemendaw jew jestendu d-data ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi li diġà qed tinġabar skont ir-Regolament ECRIS-TCN. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 22
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2018/1862 (Pulizija tas-SIS) u (UE) ssss/xxx [ECRIS-TCN] jiġu emendati. |
(22) Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2018/1862 (Pulizija tas-SIS) u (UE) 2019/816 (ECRIS-TCN) u (UE) 2019/818 (Interoperabbiltà fil-qasam tal-Pulizija) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jiġu emendati. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) 2018/1862
Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) ipproċessar manwali ta' applikazzjonijiet tal-ETIAS mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/1240. |
(g) ipproċessar manwali ta' applikazzjonijiet tal-ETIAS mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/1240. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3
Ir-Regolament (UE) 2018/1862
Artikolu 50a – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS, stabbilita fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandu jkollha, għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tagħha mogħtija lilha mir-Regolament (UE) 2018/1240, id-dritt ta' aċċess u ta' tfittix ta' data rilevanti mdaħħla fis-SIS. L-Artikolu 50(4) sa (8) għandu japplika għal dan l-aċċess u r-riċerka. |
1. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS, stabbilita fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandu jkollha, għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tagħha mogħtija lilha mir-Regolament (UE) 2018/1240, id-dritt ta' aċċess u ta' tfittix ta' data rilevanti mdaħħla fis-SIS skont l-Artikolu 11(8) ta' dak ir-Regolament. L-Artikolu 50(4) sa (8) għandu japplika għal dan l-aċċess u r-riċerka. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3
Ir-Regolament (UE) 2018/1862
Artikolu 50a – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta verifika mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS tikkonferma l-korrispondenza tad-data rreġistrata fil-fajls ta' applikazzjoni tal-ETIAS għal allert fis-SIS, għandhom japplikaw l-Artikoli 23, 24 u 26 tar-Regolament (UE) 2018/1240. |
2. Meta verifika mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS skont l-Artikolu 22 u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tikkonferma l-korrispondenza tad-data rreġistrata fil-fajls ta' applikazzjoni tal-ETIAS għal allert fis-SIS jew meta jibqgħu dubji, għandhom japplikaw l-Artikoli 23, 24 u 26 tar-Regolament (UE) 2018/1240. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3
Ir-Regolament (UE) 2018/1862
Artikolu 50b – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Mill-bidu tal-operazzjonijiet tal-ETIAS, kif previst fl-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tas-SIS għandha tiġi konnessa mal-istrument imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1240 biex tippermetti l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi f'dak l-Artikolu. |
1. Mill-bidu tal-operazzjonijiet tal-ETIAS, kif previst fl-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tas-SIS għandha tiġi konnessa mal-ESP biex tippermetti l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 11. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3
Ir-Regolament (UE) 2018/1862
Artikolu 50b – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Għall-fini tal-verifiki msemmija fl-Artikolu 20(2)(a), (d) u (m)(i) u l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-għodda msemmija fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament biex tqabbel id-data msemmija fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament 2018/1240 għal data fis-SIS, skont l-Artikolu 11(8) ta' dan ir-Regolament. |
3. Għall-fini tal-verifiki msemmija fil-punti (a), (d) u (m)(i) tal-Artikolu 20(2), l-Artikolu 23(1), punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6) u punt (b) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-ESP biex tqabbel id-data msemmija fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament 2018/1240 għal data fis-SIS, skont l-Artikolu 11(8) ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3
Ir-Regolament (UE) 2018/1862
Artikolu 50b – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta allert ġdid imsemmi fl-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240 jiddaħħal fis-SIS dwar dokumenti tal-ivvjaġġar, rapportati misruqa, miżapprorpjati, mitluba jew invalidati, is-SIS għandha tittrażmetti l-informazzjoni dwar dan l-allert, bl-użu ta' ipproċessar awtomatizzat u tal-għodda msemmija fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, sabiex tivverfika jekk dan l-allert il-ġdid jikkorrispondix għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar eżistenti. |
Meta allert ġdid imsemmi fl-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240 jiddaħħal fis-SIS dwar dokumenti tal-ivvjaġġar, rapportati misruqa, miżapproprjati, mitlufa jew invalidati, is-SIS għandha tittrażmetti l-informazzjoni dwar dan l-allert, bl-użu ta' pproċessar awtomatizzat u tal-ESP, lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, sabiex tivverifika jekk dan l-allert il-ġdid jikkorrispondix għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar eżistenti. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Emendi fir-Regolament (UE) ssss/xxxx [ECRIS-TCN] |
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/816 |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-Regolament ssss/xxxx (Regolament dwar l-ECRIS-TCN) huwa emendat kif ġej44 45: |
Ir-Regolament 2019/816 (Regolament dwar l-ECRIS-TCN) huwa emendat kif ġej44 45: |
_________________ |
_________________ |
44 Dawn l-emendi jieħdu kont tal-Proposta tal-Kummissjoni, COM(2017) 344 final. |
44 Dawn l-emendi jieħdu kont tal-Proposta tal-Kummissjoni, COM(2017) 344 final. |
45 In-numerazzjoni tieħu kont tal-emenda ta' dan ir-Regolament magħmula mill-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE (kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, ażil u migrazzjoni), COM(2018) 480 final. |
45 In-numerazzjoni tieħu kont tal-emenda ta' dan ir-Regolament magħmula mill-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE (kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, ażil u migrazzjoni), COM(2018) 480 final. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
"(d) il-kundizzjonijiet skont liema d-data inkluża fis-sistema ECRIS-TCN tista' tintuża għall-fini tal-ġestjoni tal-fruntieri skont ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. |
"(d) il-kundizzjonijiet skont liema d-data ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi inkluża fis-sistema ECRIS-TCN tista' tintuża mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS għall-fini li jiġi appoġġjat l-objettiv tal-punt (a) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* li jiġi identifikat jekk il-preżenza tal-applikanti tal-ETIAS fit-territorju tal-Istati Membri toħloqx riskji għas-sigurtà. |
_________________ |
_________________ |
* Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (OJ L 236, 19.9.2018, p. 1)"; |
* Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (OJ L 236, 19.9.2018, p. 1)"; |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tal-informazzjoni dwar l-identità għal ċittadini ta' pajjiż terz li ġew soġġetti għal kundanni fl-Istati Membri għall-fini tal-identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/Membri fejn ingħataw tali kundanni, kif ukoll għall-finijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri [u b'kontribuzzjoni għall-iffaċilitar u l-assistenza tal-identifikazzjoni korretta ta' persuni]. |
Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta' informazzjoni dwar l-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal kundanni fl-Istati Membri għall-fini tal-identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/i li fih/hom ikunu ngħataw tali kundanni. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dan ir-Regolament jiffaċilita ukoll l-identifikazzjoni korretta ta' persuni u jassisti fl-istess identifikazzjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) 2019/818. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 2 – paragrafu 1b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dan ir-Regolament jappoġġja wkoll l-objettiv skont il-punt (a) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1240, li jiġi identifikat jekk il-preżenza tal-applikanti tal-ETIAS fit-territorju tal-Istati Membri toħloqx riskji għas-sigurtà. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 2 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Bl-eċċezzjoni tal-punt (ii) tal-Artikolu 5(1)(b), id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li japplikaw għal ċittadini ta' pajjiż terz japplikaw ukoll għal ċittadini tal-Unjoni li huma wkoll fil-pussess ta' ċittadinanza ta' pajjiż terz u li ġew soġġetti għal kundanni fl-Istati Membri.; |
Bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-punt (a) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1240 u tal-punt (ii) tal-Artikolu 5(1)(b), id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li japplikaw għal ċittadini ta' pajjiż terz japplikaw ukoll għal ċittadini tal-Unjoni li huma wkoll fil-pussess ta' ċittadinanza ta' pajjiż terz u li ġew soġġetti għal kundanni fl-Istati Membri.; |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 3 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(a) il-punt (6) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
"(f) "awtoritajiet kompetenti" tfisser l-awtoritajiet ċentrali u l-korpi tal-Unjoni (Eurojust, Europol, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS stabbilita fl-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta) li għandhom il-kompetenza li jaċċessaw jew ifittxu fis-sistema ECRIS-TCN skont dan ir-Regolament;"; |
"(6) "awtoritajiet kompetenti" tfisser l-awtoritajiet ċentrali u Eurojust, Europol, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS stabbilita skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1240 li għandhom il-kompetenza li jaċċessaw jew ifittxu fis-sistema ECRIS-TCN skont dan ir-Regolament;"; "; |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 3 – punt t u u
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jiżdiedu l-punti li ġejjin: |
imħassar |
"(t) "reati terroristiċi" tfisser ir-reat li jkun jikkorrissondi jew li jkun ekwivalenti għal dawk imsemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*; |
|
(u) "reat kriminali serju" tfisser reat li jikkorrispondi jew li huwa ekwivalenti għal xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI**, jekk ikun punibbli skont il-liġi nazzjonali b'sentenza ta' kustodja jew b'ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin; |
|
_____________ |
|
* Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6). |
|
** Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p.1)." |
|
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) fejn japplika, marka li tindika li l-persuna kkonċernata tkun ġiet ikkundannata għal reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor, u f'dawk il-każijiet il-kodiċi tal-Istat(i) Membru/Membri tal-kundanna."; |
(c) fejn japplika, marka li tindika, għall-fini tar-Regolament (UE) 2018/1240, li matul l-aħħar 20 sena ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat ikun instab ħati ta' reat terroristiku jew matul l-aħħar 10 snin ta' kwalunkwe reat kriminali ieħor kif elenkat fl-Anness għar-Regolament (UE) 2018/1240 fejn dawk ir-reati kriminali jkunu punibbli skont il-liġi nazzjonali b'sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin, u f'dawk il-każijiet il-kodiċi tal-Istat(i) Membru/Membri tal-kundanna."; |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 5 – paragrafu 1a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1a. [Is-CIR għandu jinkludi d-data msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2, kif ukoll id-data li ġejja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1: il-kunjom (isem il-familja); l-isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja)); id-data tat-twelid; il-post tat-twelid (belt u pajjiż); in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet; il-ġeneru; it-tip u n-numru tad-dokument/i tal-ivvjaġġar tal-persuna, kif ukoll isem l-awtorità tal-ħruġ tiegħu/tagħhom; u fejn japplika l-ismijiet, il-psewdonimu/il-psewdonimi u/jew il-laqmijiet, kif ukoll il-każijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, il-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna. Il-bqija tad-data tal-ECRIS-TCN għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali ECRIS-TCN.]; |
1a. Is-CIR għandu jinkludi d-data msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2, kif ukoll id-data li ġejja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1: il-kunjom (isem il-familja); l-isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja)); id-data tat-twelid; il-post tat-twelid (belt u pajjiż); in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet; il-ġeneru; l-ismijiet preċedenti, jekk applikabbli, il-psewdonimu/il-psewdonimi u/jew il-laqam/laqmijiet, fejn ikun disponibbli, it-tip u n-numru tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tal-persuna, isem l-awtorità tal-ħruġ, kif ukoll il-każijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, il-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna. Il-bqija tad-data tal-ECRIS-TCN għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali ECRIS-TCN.; |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 – punt ba (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
"6a. Il-marki u l-kodiċi tal-Istat(i) Membru/Membri tal-kundanna kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu aċċessibbli u jkunu jistgħu jiġu mfittxija biss mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-fini tal-verifika skont l-Artikolu 7a ta' dan ir-Regolament flimkien mal-punt (n) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 fejn il-hits jiġu identifikati wara l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament. |
|
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-marki u l-kodiċi tal-Istat(i) Membru/Membri tal-kundanna msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ma għandhom ikunu viżibbli għall-ebda awtorità oħra għajr l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna li tkun ħolqot ir-rekord immarkat." |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 7 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) fl-Artikolu 7, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit kif ġej: |
(5) fl-Artikolu 7, il-paragrafu 7 jiġi sostitut b'dan li ġej: |
"5. F'każ ta' hit, Sistema Ċentrali [jew is-CIR] għandhom jipprovdu awtomatikament lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni dwar l-Istat(i) Membru/Membri li huwa/huma fil-pussess ta' informazzjoni dwar ir-rekord kriminali dwar iċ-ċittadin ta' pajjiż terz, flimkien man-numru/numri ta' referenza assoċjat(i) imsemmi fl-Artikolu 5(1) u kwalunkwe informazzjoni korrispondenti dwar l-identità. Tali informazzjoni dwar l-identità għandha tintuża biss għall-għan ta' verifika tal-identità taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat. Ir-riżultat ta' tfittxija fis-Sistema Ċentali jista' jintuża biss għall-fini li ssir talba skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI, talba msemmija fl-Artikolu 16(4) ta' dan ir-Regolament, jew għall-finijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri [u l-iffaċilitar u l-assistenza fl-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati fis-sistema ECRIS-TCN]."; |
"7. F'każ ta' hit, is-Sistema Ċentrali jew is-CIR għandhom jipprovdu awtomatikament lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni dwar l-Istat(i) Membru/Membri li huwa/huma fil-pussess ta' informazzjoni dwar ir-rekord kriminali dwar iċ-ċittadin ta' pajjiż terz, flimkien man-numru/numri ta' referenza assoċjat(i) u kwalunkwe informazzjoni korrispondenti dwar l-identità. Tali informazzjoni dwar l-identità għandha tintuża biss għall-għan ta' verifika tal-identità taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat. Ir-riżultat ta' tfittxija fis-Sistema Ċentrali jista' jintuża biss għall-fini li ssir talba skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI, talba msemmija fl-Artikolu 17(3) ta' dan ir-Regolament, jew għall-finijiet ta' ffaċilitar u assistenza fl-identifikazzjoni korretta tal-persuni u għall-fini ta' appoġġ tal-objettiv tal-punt (a) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1240 li jiġi identifikat jekk il-preżenza tal-applikanti tal-ETIAS fit-territorju tal-Istati Membri toħloqx riskji għas-sigurtà."; |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 7a – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS, stabbilita fl-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1240 għandu jkollha, għall-fini tal-prestazzjoni tal-kompiti tagħha mogħtija lilha mir-Regolament (UE) 2018/1240, id-dritt ta' aċċess u ta' tfittix ta' data ECRIS-TCN fis-[CIR]. Madankollu, hija għandu jkollha aċċess biss għar-rekords tad-data li magħhom żdiedet marka skont l-Artikolu 5(1)(c) ta' dan ir-Regolament. |
1. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1240 għandu jkollha, għall-fini tal-prestazzjoni tal-kompiti tagħha mogħtija lilha mir-Regolament (UE) 2018/1240, id-dritt ta' aċċess u ta' tfittix ta' data ECRIS-TCN fis-CIR. Madankollu, f'konformità mal-Artikolu 11(8) ta' dak ir-Regolament hija għandu jkollha aċċess biss għar-rekords tad-data li magħhom żdiedet marka skont l-Artikolu 5(1)(c) ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 7a – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Is-[CIR] għandu jiġi konness mal-għodda msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1240 biex jiġi permess l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi f'dan l-Artikolu. |
2. Is-CIR għandu jiġi konness mal-ESP biex jiġi permess l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1240. . |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 7a – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki tal-Artikolu 20(2)(n)tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-għodda msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1240 biex tqabbel id-data fl-ETIAS immarkata fl-ECRIS-TCN [fis-CIR], skont l-Artikolu 5(1)(c) ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 11(8) tar-Regolament 2018/1240, u bl-użu tal-korrispondenzi elenkati fit-tabella fl-Anness II.; |
Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki tal-punt (n) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-ESP biex tqabbel id-data fl-ETIAS immarkata fl-ECRIS-TCN [fis-CIR], skont il-punt (c) tal-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 11(8) tar-Regolament 2018/1240, u bl-użu tal-korrispondenzi elenkati fit-tabella fl-Anness II.; |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 8 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
"2. Hekk kif jiskadi l-perjodu ta' żamma msemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna għandha tħassar ir-rekord tad-data, inkluż kwalunkwe marki tas-swaba', immaġnijiet tal-wiċċ jew marki kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(c), mis-Sistema Ċentrali [u s-CIR]. F'dawk il-każijiet fejn id-data relatata ma' kundanna ta' reat terroristiku jew forma oħra ta' reat serju kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(c) hija mħassra mir-rekord kriminali nazzjonali, iżda l-informazzjoni dwar kundanni oħra tal-istess persuna tinżamm, għandha titneħħa biss il-marka msemmija fl-Artikolu 5(1)(c) mir-rekord tad-data. Dan it-tħassir għandu jseħħ awtomatikament, meta jkun possibbli, u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn xahar wara l-iskadenza tal-perjodu taż-żamma."; |
"2. Hekk kif jiskadi l-perjodu ta' żamma msemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna għandha tħassar ir-rekord tad-data, inkluż kwalunkwe data ta' marki tas-swaba' jew immaġnijiet tal-wiċċ jew marki kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1), mis-Sistema Ċentrali u s-CIR. It-tħassir għandu jsir awtomatikament, fejn possibbli, meta jkun possibbli, u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn xahar wara l-iskadenza tal-perjodu taż-żamma. |
|
Meta l-iskadenza tal-perjodu taż-żamma tikkonċerna l-marki kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1), l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna għandha tħassar il-marki mis-Sistema Ċentrali u s-CIR. Dan it-tħassir għandu jsir awtomatikament."; |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 22 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(8) Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
"1. Id-data inkluża fis-Sistema Ċentrali [u fis-CIR] għandha tkun ipproċessata biss għall-fini tal-identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/Membri li jkollu/jkollhom informazzjoni dwar ir-rekords kriminali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, kif ukoll għall-finijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri [kif ukoll biex tiffaċilita u tassisti fl-identifikazzjoni korretta ta' persuni rreġistrati fis-sistema ECRIS-TCN.]"; |
"1. Id-data inkluża fis-Sistema Ċentrali u fis-CIR għandha tkun ipproċessata biss għall-fini tal-identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/Membri li jkollu/jkollhom informazzjoni dwar ir-rekords kriminali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, kif ukoll għall-finijiet ta' ffaċilitar u assistenza fl-identifikazzjoni korretta ta' persuni u għall-fini ta' appoġġ tal-objettiv tal-punt (a) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1240 li jiġi identifikat jekk il-preżenza tal-applikanti tal-ETIAS fit-territorju tal-Istati Membri toħloqx riskji għas-sigurtà."; |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) fl-Artikolu 30(4), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(9) fl-Artikolu 32(3), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 30 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull xahar, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Kummissjoni statistaika mingħajr ma tippermetti l-identifikazzjoni indivdwali relatata mal-irreġistrar, il-ħażna u l-iskambju ta' informazzjoni estratta minn rekords kriminali permezz tas-sistema ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, inkluż fir-rekords tad-data li jinkludu marka skont l-Artikolu 5(1)(c). |
Kull xahar, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Kummissjoni statistika relatata mal-irreġistrar, il-ħażna u l-iskambju ta' informazzjoni estratta minn rekords kriminali permezz tas-sistema ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, inkluż fir-rekords tad-data li jinkludu marka skont il-punt (c) tal-Artikolu 5(1). eu-LISA għandha tiżgura li ma jkunx possibbli li l-individwi jiġu identifikati abbażi ta' dik l-istatistika. Fuq talba tal-Kummissjoni, eu-LISA għandha tipprovdilha l-istatistika dwar aspetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament." |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 29a – titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 29a |
Artikolu 31a |
Żamma ta' reġistri għall-fini tal-ETIAS |
Żamma ta' reġistri għall-fini tal-interoperabbiltà mal-ETIAS |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 29a – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-konsultazzjonijiet elenkati fl-Artikoli 7a ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi rreġistrata kull operazzjoni ta' pproċessar ta' data tal-ECRIS-TCN imwettqa fi ħdan [is-CIR] u l-ETIAS f'konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1240.; |
Għall-konsultazzjonijiet elenkati fl-Artikoli 7a ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi rreġistrata kull operazzjoni ta' pproċessar ta' data tal-ECRIS-TCN imwettqa fi ħdan is-CIR u l-ETIAS f'konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1240.; |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 36 – paragrafu 8a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) fl-Artikolu 36, jiżdied il-paragrafu 8a li ġej: |
|
"8a. Sena wara l-bidu tal-operazzjonijiet ta' ECRIS-TCN, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-konsultazzjoni fl-ECRIS-TCN mis-sistema tal-ETIAS kinitx neċessarja għall-appoġġ tal-objettiv tal-punt (a) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1240 li jiġi identifikat jekk il-preżenza tal-applikanti tal-ETIAS fit-territorju tal-Istati Membri toħloqx riskji għas-sigurtà. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali." |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10b (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 36 – paragrafu 10 – punt aa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10b) fl-Artikolu 36, paragrafu 10, jiżdied il-punt li ġej: |
|
"(aa) il-punt sa fejn, abbażi ta' data statistika rilevanti u informazzjoni ulterjuri mill-Istati Membri, il-konsultazzjoni fl-ECRIS-TCN mis-sistema tal-ETIAS kienet neċessarja għall-appoġġ tal-objettiv tal-punt (a) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1240 li jiġi identifikat jekk il-preżenza tal-applikanti tal-ETIAS fit-territorju tal-Istati Membri toħloqx riskji għas-sigurtà; |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11
Ir-Regolament (UE) 2019/816
Anness II - Tabella
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Data tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2018/1240 mibgħuta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS |
Id-data li tikkorrispondi mal-ECRIS-TCN tal-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament [fis-CIR] li d-data tal-ETIAS jenħtieġ li tiġi vverifikata magħha |
il-kunjom (isem il-familja) |
il-kunjom (isem il-familja) |
il-kunjom mat-twelid |
l-isem/ismijiet preċedenti |
l-isem (l-ismijiet) (l-isem mogħti (l-ismijiet mogħtija)) |
l-isem (l-ismijiet) (l-isem mogħti (l-ismijiet mogħtija)) |
l-ismijiet l-oħra (il-psewdonimu (il-psewdonimi), l-isem (l-ismijiet) artistiku, l-isem (l-ismijiet) tas-soltu) |
psewdonimu u/jew laqam/laqmijiet |
id-data tat-twelid |
id-data tat-twelid |
il-post tat-twelid |
il-post tat-twelid (belt u pajjiż) |
il-pajjiż tat-twelid |
il-post tat-twelid (belt u pajjiż) |
is-sess |
il-ġeneru |
in-nazzjonalità attwali |
nazzjonalità jew nazzjonalitajiet |
in-nazzjonalitajiet l-oħrajn (jekk hemm) |
nazzjonalità jew nazzjonalitajiet |
it-tip ta' dokument tal-ivvjaġġar |
it-tip ta' dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna |
in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar |
in-numru tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna |
il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar |
isem l-awtorità tal-ħruġ |
|
|
Emenda |
|
Data tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2018/1240 mibgħuta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS |
Id-data korrispondenti tal-ECRIS-TCN tal-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament fis-CIR li d-data tal-ETIAS għandha tiġi vverifikata magħha |
il-kunjom (isem il-familja) |
il-kunjom (isem il-familja) |
il-kunjom mat-twelid |
l-isem/ismijiet preċedenti |
l-isem (l-ismijiet) (l-isem mogħti (l-ismijiet mogħtija)) |
l-isem (l-ismijiet) (l-isem mogħti (l-ismijiet mogħtija)) |
l-ismijiet l-oħra (il-psewdonimu (il-psewdonimi), l-isem (l-ismijiet) artistiku, l-isem (l-ismijiet) tas-soltu) |
psewdonimu u/jew laqam/laqmijiet |
id-data tat-twelid |
id-data tat-twelid |
il-post tat-twelid |
il-post tat-twelid (belt u pajjiż) |
il-pajjiż tat-twelid |
il-post tat-twelid (belt u pajjiż) |
is-sess |
il-ġeneru |
in-nazzjonalità attwali |
nazzjonalità jew nazzjonalitajiet |
in-nazzjonalitajiet l-oħrajn (jekk hemm) |
nazzjonalità jew nazzjonalitajiet |
it-tip ta' dokument tal-ivvjaġġar |
it-tip ta' dokumenti tal-ivvjaġġar jew ta' identifikazzjoni tal-persuna |
in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar |
in-numru tad-dokumenti tal-ivvjaġġar jew ta' identifikazzjoni tal-persuna |
il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar |
isem l-awtorità tal-ħruġ |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 2a |
|
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/818 (Interoperabbiltà fil-qasam tal-Pulizija) |
|
Ir-Regolament (UE) 2019/818 huwa emendat kif ġej: |
|
(1) fl-Artikolu 18, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
|
"1a. Għall-fini tal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-CIR għandu jaħżen ukoll, isseparata b'mod loġiku mid-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, id-data msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/816. Id-data msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/816 għandha tkun aċċessibbli biss bil-mod imsemmi fl-Artikolu 5(6a) ta' dak ir-Regolament." |
|
(2) fl-Artikolu 68(1), jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
|
"1a. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, għall-finijiet tal-ipproċessar awtomatizzat tal-Artikolu 20, l-Artikolu 23, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-ESP għandu jibda jopera, limitat għal dawk il-finijiet, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) 2018/1240." |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Huwa għandu japplika mid-data ddeterminata f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) 2018/1240. |
imħassar |
NOTA SPJEGATTIVA
Kuntest u kontenut tal-proposta
Wara l-adozzjoni min-naħa tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew, f'Settembru 2018, ta' żewġ atti leġiżlattivi li jistabbilixxu ETIAS - Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar ("ETIAS")[1] u emenda tar-Regolament dwar il-Europol għall-fini li tiġi stabbilita ETIAS[2] - il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti tagħha għall-hekk imsejħa emendi konsegwenzjali tal-ETIAS.
Ir-Regolament dwar l-ETIAS jistipula, fl-Artikolu 11(2) tiegħu li: "L-emendi għall-atti legali li jistabbilixxu s-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li huma meħtieġa għall-istabbiliment tal-interoperabbiltà tagħhom mal-ETIAS, kif ukoll iż-żieda ta' dispożizzjonijiet korrispondenti f'dan ir-Regolament, għandhom ikunu s-suġġett ta' strument legali separat". Abbażi ta' dan, fis-7 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni ppreżentat żewġ proposti differenti ta' emendi konsegwenzjali bil-għan li tistabbilixxi l-emendi tekniċi meħtieġa biex tiġi għalkollox stabbilita s-sistema tal-ETIAS billi jiġu emendati l-atti legali tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni tal-UE kkonsultati mill-ETIAS, kif ukoll jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet korrispondenti u jiġi emendat ir-Regolament tal-ETIAS kif xieraq (2019/0001(COD) u 2019/0002(COD)).
Barra minn hekk, skont il-Komunikazzjoni ta' April 2016 dwar "Sistemi ta' Informazzjoni aktar b'saħħithom u aktar intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà", l-ETIAS trid tinbena abbażi ta' użu mill-ġdid ta' komponenti tal-hardware u tas-software żviluppati għall-EES. Dan huwa wkoll l-approċċ segwit mill-proposti leġiżlattivi dwar l-interoperabbiltà ta' sistemi ta' informazzjoni. L-iżvilupp tekniku tar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità u tal-portal Ewropew tat-Tfittxija kif previst mill-proposti leġiżlattivi dwar l-interoperabbiltà ta' sistemi ta' informazzjoni jista' jiġi żviluppat fuq il-bażi tal-komponenti tal-EES/ETIAS. Il-proposti, għalhekk, jippreżentaw emendi għar-Regolament dwar l-ETIAS biex jiġi speċifikat li s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun tibni fuq il-komponenti tal-hardware u tas-software tas-Sistema Ċentrali tal-EES sabiex jiġi stabbilit repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità għall-ħżin ta' data alfanumerika dwar l-identità kemm tal-applikanti tal-ETIAS kif ukoll taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi rreġistrati fl-EES.
Proċedura
Minħabba li l-proposti tal-Kummissjoni ma kinux akkumpanjati minn Valutazzjonijiet tal-Impatt, u sabiex jiġu vvalutati kif xieraq il-proposti u jsiru l-preparamenti għal dan l-abbozz ta' rapport, il-Koordinaturi tal-Gruppi politiċi ħadu d-deċiżjoni li jitolbu Valutazzjoni tal-Impatt sostituttiva mħejjija mis-Servizzi ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS), li ġiet konkluża u ppreżentata lill-Kumitat LIBE f'Diċembru 2019.
Ir-rapporteur jisħaq fuq l-importanza li jsiru Valutazzjonijiet tal-Impatt sabiex jiġu vvalutati bir-reqqa u analizzati b'mod xieraq proposti leġiżlattivi ġodda, u r-rilevanza tagħhom bħala fattur li jikkontribwixxi għall-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet.
Barra minn hekk, biex tiġi kkomplementata l-informazzjoni, intalbu l-opinjonijiet tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, tas-Servizz Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur jilqa' b'mod ġenerali l-proposti għal Emendi Konsegwenzjali tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar. Madankollu, huwa jqis li hemm lok għal titjib fir-rigward ta' wħud mill-artikoli emendati u b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Valutazzjoni tal-Impatt sostituttiva mill-EPRS.
Huwa jappoġġja r-raġunament ġenerali u l-elementi ewlenin tal-proposti tal-Kummissjoni, filwaqt li jirrikonoxxi li l-proposti huma konsegwenza u obbligu legali skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 2018/1240 (ir-Regolament dwar l-ETIAS) li ntlaħaq qbil dwaru mill-koleġiżlaturi. Il-verifiki awtomatizzati meħtieġa skont ir-Regolament tal-ETIAS jistgħu jitwettqu biss jekk is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun tista' tikkomunika ma' sistemi ta' informazzjoni oħra tal-UE. Il-proposti jistabbilixxu l-elementi tekniċi meħtieġa biex titqabbel id-data personali fl-applikazzjonijiet differenti mad-data preżenti fir-rekords, fil-fajls jew fl-allerti rreġistrati fis-sistemi ta' informazzjoni u fil-bażijiet tad-data tal-UE fid-dawl tal-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni għall-ġestjoni tas-sigurtà, tal-fruntieri u tal-migrazzjoni.
Minħabba l-fatt li l-proposti tal-Kummissjoni ġew ippreżentati fis-7 ta' Jannar 2019, filwaqt li kienu għadhom għaddejjin in-negozjati interistituzzjonali dwar il-proposti tal-qafas tal-interoperabbiltà u l-proposta dwar l-ECRIS-TCN, kien meħtieġ li l-proposti tal-Kummissjoni jiġu aġġornati f'konformità mal-ftehimiet dwar dawk il-fajls li sadanittant ġew adottati.
F'konformità mar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Valutazzjoni tal-Impatt sostituttiva mħejjija mill-EPRS, sar aktar titjib fil-proċedura ta' mmarkar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li nstabu ħatja ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet rigward il-monitoraġġ u l-istatistika ssaħħu b'tali mod li jiġi żgurat li l-Kummissjoni se jkollha bżonn tevalwa regolarment il-konsultazzjonijiet fis-sistema ECRIS-TCN permezz tas-sistema tal-ETIAS u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-EDPS. Bħala l-aħħar punt, ir-Rapporteur iqis li d-definizzjoni ta' korrispondenza parzjali bejn ir-rekords tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE permezz ta' att ta' implimentazzjoni mhijiex xierqa. Rigward l-impatt sinifikanti potenzjali fuq id-drittijiet tal-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali, huwa aktar xieraq li dik issir permezz ta' att delegat sabiex tiġi żgurata sorveljanza xierqa mill-Parlament Ewropew f'konformità ma' dispożizzjonijiet simili li jeżistu fir-Regolamenti tal-qafas tal-Interoperabbiltà.
Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur jemmen li hemm valur miżjud fil-konsultazzjoni tas-Sistemi ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) anke għal twissijiet dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn. Il-konsultazzjoni fis-SIS għal dan it-tip ta' allert fi stadju bikri, qabel ma ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jippreżenta ruħu fil-fruntiera ta' Stat Membru, tkun ta' benefiċċju għall-Istat Membru u għall-istess ċittadin ta' pajjiż terz.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE oħrajn u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 u r-Regolament (UE) 2018/xxx [ECRIS-TCN] |
|||
Referenzi |
COM(2019)0003 – C8-0025/2019 – 2019/0001(COD) |
|||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
7.1.2019 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 17.1.2019 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 17.1.2019 |
TRAN 17.1.2019 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AFET 6.11.2019 |
TRAN 21.1.2019 |
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Jeroen Lenaers 24.9.2019 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
3.9.2020 |
10.9.2020 |
15.10.2020 |
7.12.2020 |
Data tal-adozzjoni |
7.12.2020 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
55 9 0 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Magdalena Adamowicz, Konstantinos Arvanitis, Malik Azmani, Katarina Barley, Pernando Barrena Arza, Pietro Bartolo, Nicolas Bay, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Ioan-Rareş Bogdan, Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Jorge Buxadé Villalba, Damien Carême, Anna Júlia Donáth, Lena Düpont, Cornelia Ernst, Nicolaus Fest, Jean-Paul Garraud, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Andrzej Halicki, Evin Incir, Sophia in ‘t Veld, Patryk Jaki, Lívia Járóka, Marina Kaljurand, Assita Kanko, Fabienne Keller, Peter Kofod, Łukasz Kohut, Moritz Körner, Alice Kuhnke, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Nuno Melo, Roberta Metsola, Nadine Morano, Javier Moreno Sánchez, Maite Pagazaurtundúa, Nicola Procaccini, Emil Radev, Paulo Rangel, Ralf Seekatz, Michal Šimečka, Birgit Sippel, Martin Sonneborn, Tineke Strik, Ramona Strugariu, Annalisa Tardino, Tomas Tobé, Milan Uhrík, Tom Vandendriessche, Bettina Vollath, Javier Zarzalejos |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Delara Burkhardt, Andor Deli, Leopoldo López Gil, Kostas Papadakis, Anne-Sophie Pelletier, Rob Rooken, Domènec Ruiz Devesa, Hilde Vautmans, Petar Vitanov |
|||
Data tat-tressiq |
11.12.2020 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
55 |
+ |
PPE |
Magdalena ADAMOWICZ, Vladimír BILČÍK, Vasile BLAGA, Ioan-Rareş BOGDAN, Andor DELI, Lena DÜPONT, Andrzej HALICKI, Lívia JÁRÓKA, Jeroen LENAERS, Leopoldo LÓPEZ GIL, Nuno MELO, Roberta METSOLA, Nadine MORANO, Emil RADEV, Paulo RANGEL, Ralf SEEKATZ, Tomas TOBÉ, Javier ZARZALEJOS |
S&D |
Katarina BARLEY, Pietro BARTOLO, Delara BURKHARDT, Maria GRAPINI, Sylvie GUILLAUME, Evin INCIR, Marina KALJURAND, Łukasz KOHUT, Juan Fernando LÓPEZ AGUILAR, Javier MORENO SÁNCHEZ, Domènec RUIZ DEVESA, Birgit SIPPEL, Petar VITANOV, Bettina VOLLATH |
RENEW |
Malik AZMANI, Anna Júlia DONÁTH, Sophia in 't VELD, Fabienne KELLER, Moritz KÖRNER, Maite PAGAZAURTUNDÚA, Michal ŠIMEČKA, Ramona STRUGARIU, Hilde VAUTMANS |
ID |
Nicolas BAY, Nicolaus FEST, Jean-Paul GARRAUD, Peter KOFOD, Annalisa TARDINO, Tom VANDENDRIESSCHE |
VERTS/ALE |
Alice KUHNKE |
ECR |
Jorge BUXADÉ VILLALBA, Patryk JAKI, Assita KANKO, Nicola PROCACCINI, Rob ROOKEN |
NI |
Martin SONNEBORN, Milan UHRÍK |
9 |
- |
VERTS/ALE |
Patrick BREYER, Saskia BRICMONT, Damien CARÊME, Tineke STRIK |
GUE/NGL |
Konstantinos ARVANITIS, Pernando BARRENA ARZA, Cornelia ERNST, Anne-Sophie PELLETIER |
NI |
Kostas PAPADAKIS |
0 |
0 |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (OJ L 236, 19.9.2018, p. 1).
- [2] Ir-Regolament (UE) 2018/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794 bl-għan li tiġi stabbilita Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 72).