RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (qabel l-20 ta' Frar 2019: (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali) għas-sena finanzjarja 2019
29.3.2021 - (2020/2150(DEC))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Joachim Stanisław Brudziński
- 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
- 2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
- 3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI
- INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
- VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (qabel l-20 ta' Frar 2019: (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali) għas-sena finanzjarja 2019
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2019,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[1],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0047/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0069/2021),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2019;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (qabel l-20 ta' Frar 2019: (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali) għas-sena finanzjarja 2019
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2019,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[8],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[9] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0047/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0069/2021),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2019;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (qabel l-20 ta' Frar 2019: (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali) għas-sena finanzjarja 2019
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2019,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0069/2021),
A. billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tiegħu[15], il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (iċ-"Ċentru") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 17 866 920, li meta mqabbel mal-2018 jirrappreżenta żieda ta' 0,09 %; billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;
B. billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,99 %, li meta mqabbla mal-2018 tirrappreżenta tnaqqis żgħir ħafna ta' 0,01 %; jinnota l-fatt li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 95,12 %, li meta mqabbla mal-2018 tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,38 %;
2. Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li ċ-Ċentru ma applikax il-metodu xieraq għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għall-Iżlanda u n-Norveġja, li rriżulta f'kontribuzzjoni baxxa wisq;
Prestazzjoni
3. Jinnota li ċ-Ċentru juża sistema eżemplari ta' kejl tal-prestazzjoni li tinkludi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta l-valur miżjud tal-attivitajiet tiegħu fil-livelli tal-proġetti, tal-attivitajiet u tal-organizzazzjoni kif ukoll miżuri oħra biex tittejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu;
4. Jilqa' l-introduzzjoni ta' aktar indikaturi kwalitattivi fl-2018-2019, intiżi sabiex jipprovdu stampa aktar ekwilibrata tal-prestazzjoni taċ-Ċentru; ifakkar liċ-Ċentru biex jirrieżamina u jaġġorna regolarment is-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tiegħu biex jiżgura l-kontribut effiċjenti u l-għarfien espert tiegħu fil-livell tal-Unjoni; iħeġġeġ liċ-Ċentru janalizza l-eżiti bir-reqqa u jużahom biex itejjeb l-istrateġija u l-ippjanar tal-attività taċ-Ċentru;
5. Jinnota li l-evalwazzjoni esterna, li ċ-Ċentru kien soġġett għaliha fl-2017 kif mitlub mir-regoli finanzjarji, ivvalutat il-ħidma taċ-Ċentru b'mod pożittiv; jilqa' l-azzjonijiet ippjanati biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet maħruġa u jistieden liċ-Ċentru jkompli jfittex kooperazzjoni ulterjuri ma' aġenziji oħra; iħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli jimplimenta l-indikaturi tal-kejl tal-prestazzjoni tiegħu u jallinja l-metodoloġiji tal-indikaturi tal-prestazzjoni ma' aġenziji oħra sabiex jippreżenta l-politiki implimentati b'mod aktar dettaljat; jilqa' l-introduzzjoni ta' indikatur ambjentali;
6. Jinnota li l-evalwazzjoni trażversali tal-aġenziji tal-Unjoni fil-qafas tal-mandat tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi tal-Kummissjoni ssuġġeriet għadd ta' rakkomandazzjonijiet għal kull waħda mill-aġenziji, iżda li dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma ssuġġerewx bidliet leġiżlattivi ulterjuri jew il-fużjoni jew ir-rilokazzjoni tal-aġenziji;
7. Japprezza l-għarfien espert u l-ħidma kontinwa ta' kwalità għolja taċ-Ċentru, li jipprovdi riċerka, analiżi u konsulenza teknika fil-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), il-kwalifiki u l-ħiliet bil-għan li jippromwovi taħriġ ta' kwalità għolja mfassal għall-ħtiġijiet tal-individwi u tas-suq tax-xogħol; jinnota bi tħassib, madankollu, li filwaqt li l-VET għandu immaġni pożittiva fl-Unjoni, għadu jitqies bħala għażla sekondarja meta mqabbel mal-edukazzjoni ġenerali;
8. Ifakkar fl-importanza tar-rwol taċ-Ċentru fl-iżgurar li l-ħiliet diġitali jiġu integrati fil-VET fl-Unjoni kollha u fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-impatt tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza[16], l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa u l-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali;
9. Jenfasizza r-rilevanza partikolari tal-ħidma reċenti taċ-Ċentru biex jgħin fl-analiżi tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq id-domanda għall-ħiliet u l-impjiegi fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni permezz tal-għodda Skills-OVATE (Online Vacancy Analysis Tool for Europe); jisħaq fuq il-ħtieġa, f'dak il-kuntest, li jiġu żgurati riżorsi umani u finanzjarji adegwati li jippermettu liċ-Ċentru jkompli jimplimenta l-programm ta' ħidma tiegħu b'rata ta' tlestija tal-attività għolja ħafna;
10. Jinnota li ċ-Ċentru jikkoordina u jikkoopera b'mod regolari mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol; iħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli dik il-kollaborazzjoni, li tippermetti l-ħolqien ta' sinerġiji, il-kondiviżjoni tal-għarfien, l-għarfien espert u l-aħjar prattiki fost l-aġenziji, kif ukoll l-evitar ta' duplikazzjonijiet billi jipprovdi spazju komuni fejn l-aġenziji jistgħu jikkonsultaw lil xulxin dwar it-twettiq tal-mandat tagħhom; jilqa' l-ftehim fuq il-livell ta' servizz il-ġdid mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà, b'mod partikolari fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni, l-akkwist, il-protezzjoni tad-data u r-riżorsi umani;
11. Jilqa' l-azzjonijiet taċ-Ċentru biex tiżdied id-diġitalizzazzjoni f'termini ta' operazzjoni u ġestjoni interni iżda anki fir-rigward tat-tħaffif tad-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-Ċentru jibqa' jkun proattiv f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jkomplu jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;
12. Jilqa' l-inizjattiva taċ-Ċentru dwar aspett ġdid tad-diġitalizzazzjoni, u b'mod partikolari l-għodod online tiegħu, li jipprovdu informazzjoni speċifika għall-pajjiżi u aktar opportunitajiet ta' viżwalizzazzjoni tad-data online, bħal riżorsi ta' gwida dwar informazzjoni relatata mas-suq tax-xogħol jew il-previżjonijiet tal-ħiliet; jirrikonoxxi, għal dan il-għan, il-kampanji ta' marketing immirati min-naħa taċ-Ċentru biex jissensibilizza l-opinjoni pubblika dwar il-kontenut tas-sit web tiegħu;
13. Jinnota b'sodisfazzjon il-ftehim il-ġdid fuq il-livell ta' servizz mad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit għall-migrazzjoni lejn is-sistema finanzjarja u ta' kontabbiltà tal-Kummissjoni;
Politika dwar il-persunal
14. Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal kienet implimentata bil-perċentwal ta' 94,51 %, bi 12-il uffiċjal u 74 aġent temporanju maħtura minn 78 aġent temporanju u 13-il uffiċjal awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mat-92 post tax-xogħol awtorizzat fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 25 aġent kuntrattwali u tliet esperti nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għaċ-Ċentru fl-2019;
15. Jieħu nota tal-iżbilanċ bejn is-sessi fost il-maniġment superjuri taċ-Ċentru (4 rġiel u 2 nisa); jinnota b'sodisfazzjon li l-Bord tat-Tmexxija huwa kważi bbilanċjat bejn is-sessi (53 % irġiel u 47 % nisa); jilqa' r-rappreżentanza ġeografika tal-persunal fi ħdan iċ-Ċentru;
16. Jinnota bi tħassib li l-kwistjonijiet taċ-Ċentru fir-rigward tal-esternalizzazzjoni tas-servizz legali tiegħu indikati mill-awtorità tal-kwittanza u mill-Qorti fil-qafas tal-kwittanza 2018 għadhom ma ġewx solvuti u l-esternalizzazzjoni żiedet ix-xogħol u l-ispejjeż għaċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru jikkunsidra li jerġa' jdaħħal is-servizz legali intern biex itaffi l-ispiża għolja u jiżgura rendikont xieraq tal-awditjar għall-infiq ġuridiku, kif ukoll ikompli jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f'dak ir-rigward;
17. Jilqa' l-isforzi taċ-Ċentru biex jibni ambjent tax-xogħol u kultura aktar diversifikati u inklużivi billi jieħu azzjonijiet favur il-persuni b'diżabilità; jitlob liċ-Ċentru jivvaluta l-possibbiltajiet ta' tisħiħ u integrazzjoni ulterjuri tal-prinċipji ta' opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ, fit-taħriġ, fl-iżvilupp tal-karriera u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll biex iqajjem sensibilizzazzjoni fost il-persunal dwar dawk l-aspetti; jitlob liċ-Ċentru jqis titjib u modifiki possibbli u raġonevoli tal-binjiet tiegħu (l-aċċess, it-tagħmir tal-uffiċċju adegwat) għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew diżabilitajiet oħra;
18. Iħeġġeġ liċ-Ċentru jimmira li jfittex l-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;
19. Jinnota b'dispjaċir li, b'riżultat tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-187/18, iċ-Ċentru jeħtieġlu jagħti kumpens ta' EUR 40 000, u jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-konformità mal-liġi tax-xogħol fis-seħħ sabiex jiġu evitati każijiet bħal dawn fil-futur;
20. Jilqa' l-isforzi li għamel iċ-Ċentru biex joħloq qafas ta' ħidma li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent kif ukoll il-miżuri kollha li ħa ċ-Ċentru bil-għan li jnaqqas l-impronta tal-karbonju tiegħu, il-konsum tal-enerġija tiegħu u jiżviluppa fluss tax-xogħol mingħajr karti;
Akkwist
21. Jilqa' l-introduzzjoni tas-sejħiet għall-offerti elettroniċi u s-sottomissjoni elettronika għall-proċeduri miftuħa tiegħu u l-inizjattiva li jingħaqad mal-kuntratti qafas interistituzzjonali tal-Kummissjoni jew ta' aġenziji oħra u li jorganizza proċeduri ta' akkwist konġunti ma' aġenziji oħra;
22. Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, saru żbalji fl-akkwist u fil-ġestjoni tal-kuntratti, li ċ-Ċentru aċċetta l-bidla fl-eżekuzzjoni ta' kuntratt mingħajr ma ddokumenta kif xieraq jekk l-alternattiva proposta mill-kuntrattur kinitx mill-inqas ekwivalenti għas-soluzzjoni proposta fl-offerta u li ċ-Ċentru ma mmodifikax il-kuntratt qafas konkluż ma' dak il-kuntrattur sabiex jinkludi tali bidla; jinnota li ċ-Ċentru fformalizza l-linji gwida tiegħu dwar il-ġestjoni tal-kuntratti biex jikkomplementa t-taħriġ mogħti lill-maniġers tal-kuntratti, il-fluss tax-xogħol u l-kontrolli fis-seħħ;
23. Jinnota, fir-rigward tas-segwitu għar-rakkomandazzjoni ta' kwittanza tas-sena ta' qabel dwar id-dokumentazzjoni u l-metodoloġija tal-akkwist, li l-implimentazzjoni għadha għaddejja filwaqt li jirrikonoxxi l-passi li saru biex tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni;
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza
24. Jinnota l-miżuri eżistenti taċ-Ċentru u l-isforzi kontinwi biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota, madankollu, li l-pubblikazzjoni ta' 22 dikjarazzjoni ta' kunflitti ta' interess u s-CVs ta' 163 membru u sostitut għadha pendenti; jtenni li l-membri u s-sostituti kollha li jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija, jew jeżerċitaw id-dritt għall-vot, jeħtiġilhom jippreżentaw dikjarazzjoni ta' interess; jistieden liċ-Ċentru jippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-Bord tat-Tmexxija u jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;
Kontrolli interni
25. Jinnota li, insegwitu tal-awditu mwettaq mis-servizz tal-awditjar intern (IAS) dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-etika taċ-Ċentru mill-14 sat-18 ta' Jannar 2018, il-proċeduri ta' reklutaġġ ġew aġġornati biex jirriflettu r-rakkomandazzjoni tal-IAS u li din ir-rakkomandazzjoni, inizjalment immarkata bħala kritika, ingħalqet mill-IAS wara impenn ta' segwitu;
26. Jinnota li ħamsa minn sitt rakkomandazzjonijiet mill-awditu tal-ġestjoni tar-riżorsi umani u etika issa ġew implimentati; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-aħħar rakkomandazzjoni;
27. Jinnota li d-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru, bħala uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, iddelega s-setgħat tal-implimentazzjoni tal-baġit lill-viċi direttur u lill-kapijiet tad-dipartimenti; jinnota li d-delega tal-viċi direttur ma għandha l-ebda limitu massimu għat-tranżazzjonijiet, filwaqt li d-delega għall-kap tad-dipartiment għar-riżorsi u l-appoġġ għandha limitu massimu ta' EUR 1 500 000 għal kull tranżazzjoni li tikkonċerna t-Titolu 1 (L-infiq għall-persunal), filwaqt li delegi oħra huma limitati għall-approprjazzjonijiet disponibbli taħt il-linji baġitarji speċifiċi u sal-limitu massimu ta' EUR 1 000 000 għal kull tranżazzjoni; jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru jistabbilixxi limiti finanzjarji għad-delegi b'tali mod li l-ħtieġa ta' flessibbiltà tkun ibbilanċjata mal-ħtieġa ta' sorveljanza u l-kontroll ġerarkiku fuq it-tranżazzjonijiet;
Kummenti oħra
28. Jinnota l-isforzi li saru biex jiżdiedu ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data taċ-Ċentru, speċjalment fir-rigward tat-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni tal-persunal;
29. Jilqa' l-kampanji ta' komunikazzjoni taċ-Ċentru, l-enfasi fuq il-preżenza fil-midja soċjali, l-għodod interattivi online u l-viżwalizzazzjonijiet; iħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli jippromwovi l-ħidma, ir-riċerka u l-attivitajiet tiegħu biex iżid il-viżibbiltà pubblika tiegħu;
30. Jesprimi dubbji dwar il-ħtieġa li jinżamm bord tad-diretturi magħmul minn 84 persuna;
o
o o
31. Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2021[17] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI (24.2.2021)
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 – Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)
Rapporteur għal opinjoni: Romana Tomc
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") iddikjarat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2019 kienu skont il-liġi u regolari u li l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu sal-31 ta' Diċembru 2019 hija rappreżentata b'mod ġust;
2. Ifaħħar ir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit – kostantement għolja – ta' 99,99 % fl-2019 (meta mqabbla ma' 100 % fl-2018); jirrikonoxxi l-isforzi effikaċi taċ-Ċentru biex jagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi f'dan ir-rigward;
3. Japprezza l-kompetenza u l-ħidma kontinwa ta' kwalità għolja taċ-Ċentru, li jipprovdi riċerka, analiżi u konsulenza teknika fil-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), il-kwalifiki u l-ħiliet bil-għan li jippromwovi taħriġ ta' kwalità għolja mfassal għall-ħtiġijiet tal-individwi u tas-suq tax-xogħol; jinnota bi tħassib, madankollu, li filwaqt li l-VET għandhom immaġni pożittiva fl-Unjoni, għadhom jitqiesu bħala għażla sekondarja meta mqabbla mal-edukazzjoni ġenerali;
4. Ifakkar fl-importanza tar-rwol taċ-Ċentru fl-iżgurar li l-ħiliet diġitali jiġu integrati fil-VET fl-Unjoni kollha u fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-impatt tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza[18], l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa u l-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali;
5. Jenfasizza r-rilevanza partikolari tal-ħidma reċenti taċ-Ċentru biex jgħin fl-analiżi tal-impatt tal-pandemija fuq id-domanda għall-ħiliet u l-impjiegi fis-suq tax-xogħol tal-UE permezz tal-għodda Skills-OVATE (Online Vacancy Analysis Tool for Europe); jisħaq fuq il-ħtieġa, f'dan il-kuntest, li jiġu żgurati riżorsi umani u finanzjarji adegwati li jippermettu liċ-Ċentru jkompli jimplimenta l-programm ta' ħidma tiegħu b'rata ta' tlestija tal-attività għolja ħafna;
6. Jilqa' l-inizjattiva taċ-Ċentru dwar aspett ġdid tad-diġitalizzazzjoni, u b'mod partikolari l-għodod online tiegħu, li jipprovdu informazzjoni speċifika għall-pajjiżi u aktar opportunitajiet ta' viżwalizzazzjoni tad-data online, bħal riżorsi ta' gwida dwar informazzjoni relatata mas-suq tax-xogħol jew il-previżjonijiet tal-ħiliet; jirrikonoxxi, għal dan il-għan, il-kampanji ta' marketing immirati min-naħa taċ-Ċentru biex jissensibilizza l-opinjoni pubblika dwar il-kontenut tas-sit web tiegħu;
7. Japprezza l-appoġġ li ċ-Ċentru jagħti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali, u l-kollaborazzjoni tiegħu ma' aġenziji oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u l-Eurofound, bil-għan li jiġu żgurati sinerġiji; jisħaq fuq l-importanza u l-awtonomija taċ-Ċentru u l-valur miżjud li jġib miegħu fil-qasam ta' kompetenza tiegħu; jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li ċ-Ċentru jikkollabora man-Network tal-Aġenziji tal-UE biex jiżgura titjib fl-effiċjenza fi kwistjonijiet amministrattivi, bħal permezz ta' proċeduri ta' akkwist konġunti u skambju ta' know-how u għarfien espert dwar is-sistema tal-IT, iċ-ċibersigurtà jew prattiki relatati mar-riżorsi umani;
8. Jinnota b'dispjaċir li l-Qorti identifikat dgħufijiet fi proċedura ta' akkwist għal servizzi ta' tindif li għalihom iċ-Ċentru aċċetta bidla fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt wara l-iffirmar tiegħu, mingħajr ma ddokumenta kif xieraq il-bidla jew inkorpora l-bidla fil-kuntratt qafas; jinnota, mir-risposta tiegħu, l-impenn taċ-Ċentru li jifformalizza l-linji gwida tiegħu dwar il-ġestjoni tal-kuntratti biex jikkomplementa t-taħriġ mogħti lill-maniġers tal-kuntratti, il-fluss tax-xogħol u l-kontrolli fis-seħħ, billi jinkludi modi kif jiddokumenta modifiki matul l-implimentazzjoni u l-iffirmar ta' emendi kuntrattwali rilevanti, fejn meħtieġ, u jipprovdi taħriġ dedikat lill-persunal sabiex tiġi żgurata komunikazzjoni xierqa u f'waqtha bejn il-persunal li jimmaniġġja l-kuntratti u s-servizz tal-akkwist taċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru, għalhekk, jadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex jelimina n-nuqqasijiet stabbiliti mill-Qorti fir-rapport tagħha;
9. Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti dwar l-applikazzjoni żbaljata tal-metodu għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni stabbilit fid-dikjarazzjoni dwar il-kooperazzjoni Cedefop-EFTA; jinnota li, fir-risposta tiegħu, iċ-Ċentru ddikjara li ma saret l-ebda applikazzjoni żbaljata u li kien qed japplika b'mod konsistenti l-"fattur ta' proporzjonalità" f'dan ir-rigward;
10. Jinnota b'dispjaċir li, b'riżultat tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-187/18, iċ-Ċentru għandu l-obbligu li jagħti kumpens ta' EUR 40 000, u jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tax-xogħol eżistenti sabiex jiġu evitati każijiet bħal dawn fil-futur;
11. Jilqa' l-fatt li bl-eċċezzjoni ta' azzjoni waħda li għadha għaddejja b'rabta mal-kriterji tal-aġġudikazzjoni għas-servizzi tal-aġenzija tal-ivvjaġġar taċ-Ċentru, iċ-Ċentru lesta l-azzjonijiet l-oħra kollha li ttieħdu għall-osservazzjonijiet tal-Qorti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit għas-snin finanzjarji 2017 u 2018;
12. Jirrakkomanda, abbażi tal-fatti disponibbli, li tingħata l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2019.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
23.2.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
52 2 0 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Atidzhe Alieva-Veli, Abir Al-Sahlani, Dominique Bilde, Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Brglez, Sylvie Brunet, Jordi Cañas, David Casa, Leila Chaibi, Margarita de la Pisa Carrión, Özlem Demirel, Klára Dobrev, Jarosław Duda, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Rosa Estaràs Ferragut, Nicolaus Fest, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Heléne Fritzon, Helmut Geuking, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, France Jamet, Agnes Jongerius, Radan Kanev, Ádám Kósa, Stelios Kympouropoulos, Katrin Langensiepen, Miriam Lexmann, Elena Lizzi, Radka Maxová, Kira Marie Peter-Hansen, Dragoș Pîslaru, Manuel Pizarro, Dennis Radtke, Elżbieta Rafalska, Guido Reil, Mounir Satouri, Ernő Schaller-Baross, Monica Semedo, Beata Szydło, Romana Tomc, Marie-Pierre Vedrenne, Marianne Vind, Maria Walsh, Stefania Zambelli, Tatjana Ždanoka, Tomáš Zdechovský |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Alex Agius Saliba, Marc Botenga, Gheorghe Falcă, Lina Gálvez Muñoz, José Gusmão |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
52 |
+ |
ECR |
Margarita de la Pisa Carrión, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Helmut Geuking, Elżbieta Rafalska, Beata Szydło |
ID |
Dominique Bilde, France Jamet, Elena Lizzi, Stefania Zambelli |
PPE |
David Casa, Jarosław Duda, Rosa Estaràs Ferragut, Gheorghe Falcă, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Radan Kanev, Ádám Kósa, Stelios Kympouropoulos, Miriam Lexmann, Dennis Radtke, Ernő Schaller-Baross, Romana Tomc, Maria Walsh, Tomáš Zdechovský |
Renew |
Atidzhe Alieva-Veli, Abir Al-Sahlani, Sylvie Brunet, Jordi Cañas, Radka Maxová, Dragoș Pîslaru, Monica Semedo, Marie-Pierre Vedrenne |
S&D |
Alex Agius Saliba, Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Brglez, Klára Dobrev, Heléne Fritzon, Lina Gálvez Muñoz, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, Agnes Jongerius, Manuel Pizarro, Marianne Vind |
The Left |
Marc Botenga, Leila Chaibi, Özlem Demirel, José Gusmão |
Verts/ALE |
Katrin Langensiepen, Kira Marie Peter-Hansen, Mounir Satouri, Tatjana Ždanoka |
2 |
- |
ID |
Nicolaus Fest, Guido Reil |
0 |
0 |
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
22.3.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 3 0 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Matteo Adinolfi, Olivier Chastel, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, Corina Crețu, Ryszard Czarnecki, Martina Dlabajová, José Manuel Fernandes, Raffaele Fitto, Luke Ming Flanagan, Daniel Freund, Isabel García Muñoz, Monika Hohlmeier, Jean-François Jalkh, Pierre Karleskind, Joachim Kuhs, Ryszard Antoni Legutko, Claudiu Manda, Alin Mituța, Younous Omarjee, Tsvetelina Penkova, Markus Pieper, Sabrina Pignedoli, Michèle Rivasi, Petri Sarvamaa, Angelika Winzig, Lara Wolters, Tomáš Zdechovský |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrey Novakov, Viola Von Cramon-Taubadel |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
27 |
+ |
ECR |
Ryszard Czarnecki, Raffaele Fitto, Ryszard Antoni Legutko |
NI |
Sabrina Pignedoli |
PPE |
Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Andrey Novakov, Markus Pieper, Petri Sarvamaa, Angelika Winzig, Tomáš Zdechovský |
Renew |
Olivier Chastel, Martina Dlabajová, Pierre Karleskind, Alin Mituța |
S&D |
Caterina Chinnici, Corina Crețu, Isabel García Muñoz, Claudiu Manda, Tsvetelina Penkova, Lara Wolters |
The Left |
Luke Ming Flanagan, Younous Omarjee |
Verts/ALE |
Daniel Freund, Michèle Rivasi, Viola Von Cramon-Taubadel |
3 |
- |
ID |
Matteo Adinolfi, Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs |
0 |
0 |
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
- [2] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
- [3] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [4] ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
- [5] ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.
- [6] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
- [7] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
- [8] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
- [9] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf
- [10] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [11] ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
- [12] ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.
- [13] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
- [14] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
- [15] ĠU C 107, 31.3.2020, p. 1.
- [16] ĠU C 417, 2.12.2020, p. 1.
- [17] Testi adottati, P9_TA(2021)0000.
- [18] ĠU C 417, 2.12.2020, p. 1.