RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) (qabel is-27 ta' Ġunju 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)) għas-sena finanzjarja 2019
30.3.2021 - (2020/2164(DEC))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Ryszard Czarnecki
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) (qabel is-27 ta' Ġunju 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)) għas-sena finanzjarja 2019
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2019,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[1],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0061/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà)[5], u b'mod partikolari, l-Artikolu 31 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0085/2021),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) (qabel is-27 ta' Ġunju 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)) għas-sena finanzjarja 2019
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2019,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[8],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[9] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0061/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà)[12], u b'mod partikolari, l-Artikolu 31 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0085/2021),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2019;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) (qabel is-27 ta' Ġunju 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)) għas-sena finanzjarja 2019
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2019,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0085/2021),
A. billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha[15], il-baġit finali tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 16 932 952, li jirrappreżenta żieda ta' 47,58 % meta mqabbel mal-2018; billi dik iż-żieda tirriżulta l-aktar minn żieda fl-infiq fuq il-persunal, l-ICT u l-attivitajiet operattivi ewlenin, relatati mal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà)[16]; billi l-baġit tal-Aġenzija ġej fil-biċċa l-kbira mill-baġit tal-Unjoni;
B. billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li hija kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 96,80 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 3,18 % meta mqabbla mal-2018; jinnota li barra minn hekk, ir-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 70,12 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 18,44 % meta mqabbla mal-2018;
Prestazzjoni
2. Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tkejjel il-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u ttejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha; jinnota wkoll li l-Aġenzija implimentat indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi biex tkejjel l-impatt tal-attivitajiet b'mod aktar effiċjenti, u li ġie implimentat ukoll sett speċifiku ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-aspettattivi tal-partijiet ikkonċernati; jilqa' ż-żieda ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni speċifiċi relatati mal-mandat il-ġdid mogħti mill-Att dwar iċ-Ċibersigurtà;
3. Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija ffirmat ftehim dwar il-livell ta' servizz maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, biex tikseb aktar effiċjenza permezz ta' kondiviżjoni tas-servizzi, kondiviżjoni tal-għarfien u skambju tal-aħjar prattiki, speċjalment fl-oqsma li ġejjin: l-għodod tal-IT, il-ġestjoni tar-riżorsi umani, l-akkwist pubbliku u l-kontinwità tal-operat;
Politika dwar il-persunal
4. Jinnota bi tħassib li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 79,66 % tat-tabella tal-persunal kienet imtliet, b'47 minn total ta' 59 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 48 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, 26 aġent kuntrattwali u żewġ esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija fl-2019; jinnota li ż-żieda fit-tabella tal-persunal hija dovuta għall-mandat il-ġdid tal-Aġenzija li ta aktar kompetenzi u riżorsi wara l-adozzjoni tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà;
5. Jinsab imħasseb ħafna dwar in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri rrapportat għall-2019 għall-maniġers superjuri u l-Bord ta' Tmexxija; jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex tikseb bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fil-livelli kollha; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija;
6. Jinnota li l-Aġenzija għandha xi diffikultajiet biex timpjega, tattira u żżomm persunal bi kwalifiki xierqa, l-aktar minħabba l-koeffiċjenti tal-korrezzjoni baxxi applikati għas-salarji tal-persunal fil-Greċja u d-defiċit tal-professjonisti fis-suq tas-sigurtà tal-IT fl-Unjoni; jilqa' l-miżuri soċjali tal-Aġenzija implimentati biex tiżdied l-attraenza u jinnota li t-tabella tal-persunal il-ġdida tal-Aġenzija tippermetti li jiġu proposti pożizzjonijiet kuntrattwali ogħla;
7. Jinnota li r-rieżami tal-proċeduri ta' trasferiment lill-membri l-ġodda tal-persunal jinsab għaddej bħalissa; jinnota wkoll li l-proċeduri ta' trasferiment huma meqjusa bħala inklużi fil-politika dwar karigi sensittivi; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta dwar l-iżvilupp futur u dwar l-adozzjoni tal-politika dwar karigi sensittivi;
8. Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija użat ħaddiema temporanji jew interim biex iwettqu kompiti fl-Aġenzija, li dawn il-ħaddiema jirrappreżentaw 29 % tal-forza tax-xogħol totali, żieda mis-sena preċedenti, u skont il-Qorti, dak in-numru jindika ż-żieda fid-dipendenza mill-ħaddiema interim; jinnota li fl-2019 l-Aġenzija ħallset madwar EUR 923 000 għal dawk is-servizzi, ċifra li tirrappreżenta 5,60 % tal-baġit tal-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti qagħdet lura milli tagħmel osservazzjonijiet rigward l-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/104/KE dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija[17] lill-Aġenziji tal-Unjoni, peress li hemm każ pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;
Akkwist pubbliku
9. Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti n-nuqqas osservat fil-proċeduri ta' akkwist, fejn, fi tlieta minn erba' każijiet awditjati, ġiet osservata sovrapożizzjoni bejn il-kriterji tas-selezzjoni u l-kriterji tal-għoti, u nuqqas ta' separazzjoni li jikkostitwixxi difett proċedurali, li jesponi lill-Aġenzija għar-riskju li jiġu annullati l-proċeduri tal-offerti; jinnota wkoll li l-Aġenzija ma kinitx konformi mal-iskadenzi tar-Regolament Finanzjarju għall-pubblikazzjoni tal-avviż ta' għoti ta' kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali;
10. Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fi tnejn minn erba' kuntratti qafas ta' servizzi awditjati, l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti ma pprovdewx informazzjoni preċiża dwar il-metodu biex jitqabblu l-offerti finanzjarji bbażati skont il-każ, u ma żgurawx l-aktar implimentazzjoni ekonomika; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija stabbiliet somma ta' limitu żbaljata għal tliet kuntratti meta jitqiesu l-ambitu u l-valur tal-kuntratti u li ma wettqet l-ebda valutazzjoni dwar ir-riskji relatati mal-implimentazzjoni reali u d-dipendenza finanzjarja lill-Aġenzija marbuta ma' somma fissa offruta għall-kuntratt; jinnota r-risposta tal-Aġenzija għas-sejbiet tal-Qorti u l-miżuri meħuda mill-Aġenzija biex tipprevjeni li dawn in-nuqqasijiet jerġgħu jseħħu;
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u tat-trasparenza
11. Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u jinnota li s-CVs tal-membri tal-bord ta' tmexxija u d-dikjarazzjoni tal-kunflitti ta' interess tagħhom qegħdin jiġu ppubblikati fuq is-sit web tagħha; jinnota li l-Aġenzija ma tippubblikax id-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess u s-CVs tal-maniġment superjuri fuq is-sit web tagħha, bl-eċċezzjoni ta' dawk tad-direttur eżekuttiv; jappella lill-Aġenzija tippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess u s-CVs tal-maniġment superjuri u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;
Kontrolli interni
12. Jinnota li l-Aġenzija ppjanat li tadotta politika ġdida dwar karigi sensittivi fl-2020;
13. Jinnota rigward l-awditu tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni dwar "l-involviment tal-Partijiet Ikkonċernati fil-ħidma biex jinkisbu riżultati tanġibbli fejn tidħol l-ENISA" li rakkomandazzjoni importanti għadha pendenti hekk kif il-proċeduri rilevanti kellhom jiġu riveduti u approvati internament;
14. Is-servizz tal-awditjar intern ħareġ rapport dwar il-ġestjoni u l-etika tar-riżorsi umani fl-2019, b'erba' rakkomandazzjonijiet importanti u tlieta importanti ħafna; jinnota li ġie miftiehem pjan ta' azzjoni biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet miftiehma mal-IAS u jistieden lill-Aġenzija tirrapporta dwar l-istatus ta' implimentazzjoni tagħhom;
Kummenti oħra
15. Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija għadha ma żviluppatx politika ta' ġestjoni ambjentali formali u komprensiva biex tiżgura post tax-xogħol favur l-ambjent; jistieden lill-Aġenzija tieħu azzjoni f'dan ir-rigward;
16. Jinnota li l-Aġenzija pproduċiet 55 rapport u kienet attiva fis-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet ċibernetiċi;
17. Jappella lill-Aġenzija tikkonċentra aktar fuq it-tixrid mal-pubbliku ġenerali tar-riżultati tar-riċerka tagħha;
o
o o
18. Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2021[18] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
22.3.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 3 0 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Matteo Adinolfi, Olivier Chastel, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, Corina Crețu, Ryszard Czarnecki, Martina Dlabajová, José Manuel Fernandes, Raffaele Fitto, Luke Ming Flanagan, Daniel Freund, Isabel García Muñoz, Monika Hohlmeier, Jean-François Jalkh, Pierre Karleskind, Joachim Kuhs, Ryszard Antoni Legutko, Claudiu Manda, Alin Mituța, Younous Omarjee, Tsvetelina Penkova, Markus Pieper, Sabrina Pignedoli, Michèle Rivasi, Petri Sarvamaa, Angelika Winzig, Lara Wolters, Tomáš Zdechovský |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrey Novakov, Viola Von Cramon-Taubadel |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
27 |
+ |
ECR |
Ryszard Czarnecki, Raffaele Fitto, Ryszard Antoni Legutko |
NI |
Sabrina Pignedoli |
PPE |
Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Andrey Novakov, Markus Pieper, Petri Sarvamaa, Angelika Winzig, Tomáš Zdechovský |
Renew |
Olivier Chastel, Martina Dlabajová, Pierre Karleskind, Alin Mituța |
S&D |
Caterina Chinnici, Corina Crețu, Isabel García Muñoz, Claudiu Manda, Tsvetelina Penkova, Lara Wolters |
The Left |
Luke Ming Flanagan, Younous Omarjee |
Verts/ALE |
Daniel Freund, Michèle Rivasi, Viola Von Cramon-Taubadel |
3 |
- |
ID |
Matteo Adinolfi, Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs |
0 |
0 |
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
- [2] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
- [3] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [4] ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
- [5] ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.
- [6] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
- [7] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
- [8] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
- [9] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
- [10] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [11] ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
- [12] ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.
- [13] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
- [14] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
- [15] ĠU C 120, 29.03.2019, p. 67
- [16] Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013, ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.
- [17] Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija, ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9.
- [18] Testi adottati, P9_TA-PROV (2021)0000.