RAPPORT dwar il-proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-estensjoni tat-terminu tad-drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità għall-ispeċijiet tal-ispraġ, u għall-gruppi tal-ispeċijiet tal-basal tal-fjuri, għall-pjanti għudin bi frott żgħir u għall-pjanti ornamentali għudin

25.5.2021 - (COM(2021)0036 – C9-0010/2021 – 2021/0019(COD)) - ***I

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Bert-Jan Ruissen


Proċedura : 2021/0019(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0171/2021
Testi mressqa :
A9-0171/2021
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-estensjoni tat-terminu tad-drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità għall-ispeċijiet tal-ispraġ, u għall-gruppi tal-ispeċijiet tal-basal tal-fjuri, għall-pjanti għudin bi frott żgħir u għall-pjanti ornamentali għudin

(COM(2021)0036 – C9-0010/2021 – 2021/0019(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0036),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0010/2021),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta' Marzu 2019[1],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A9-0171/2021),

1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 


 

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta u jissuġġerixxi li tiġi adottata mingħajr emendi minħabba n-natura teknika tal-fajl. Il-proposta għandha l-għan li testendi t-terminu ta' protezzjoni tad-drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità minn 25 għal 30 sena għall-ispeċijiet tal-ispraġ, u għall-gruppi tal-ispeċijiet tal-basal tal-fjuri, għall-pjanti għudin bi frott żgħir u għall-pjanti ornamentali għudin, kif hemm previst fl-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 dwar id-drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità. Il-ħames snin addizzjonali ta' protezzjoni diġà jeżistu fil-każ tad-dwieli, is-siġar u l-patata, u dan jirrifletti l-proċess ta' żvilupp twil, kumpless u għali.

 

F'Mejju 2016, l-Istati Membri tal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) talbu b'unanimità l-estensjoni tat-tul ta' żmien tal-protezzjoni għall-ispeċijiet fil-proposta preżenti, wara li analizzaw it-tul ta' żmien meħtieġ għat-tgħammir, il-multiplikazzjoni u l-ilħuq tal-potenzjal tas-suq kif ukoll it-tul tal-ħajja tal-pjanti meta mqabbla ma' speċijiet oħra. Il-proċess tat-tnissil għall-ispeċijiet imsemmija huwa aktar twil u kumpless u għalhekk jinvolvi spejjeż ogħla tar-riċerka u l-iżvilupp. Il-multiplikazzjoni u l-propagazzjoni wkoll jieħdu aktar żmien, l-aktar minħabba n-natura veġetattiva tal-proċess kif ukoll fatturi oħra. Bħala eżempju, għall-basal tal-fjuri ġeneralment trid mill-inqas 10 snin biex tibni volumi suffiċjenti ta' materjal ta' propagazzjoni biex tintroduċi varjetà fuq ettaru wieħed biss. Peress li l-propagazzjoni ssir fl-għelieqi fil-beraħ, in-nissiela tal-pjanti se jkollhom bżonn jipproteġu l-varjetà minn ħafna żmien qabel ma tasal fis-suq. Wara l-introduzzjoni fis-suq, xorta jkun hemm bżonn ta' żmien konsiderevoli qabel mal-varjetajiet jiġu aċċettati, jekk xejn. Fil-każ ta' pjanti b'ħajja twila, bħall-ispraġ u l-pjanti għudin bil-frott, il-kultivaturi darba biss f'ħafna snin iġeddu l-għelieqi tagħhom u jagħżlu varjetajiet li jkunu taw prova tal-valur tagħhom fil-kultivazzjoni f'ċirkostanzi reali, ħaġa li tkompli żżid iż-żmien meħtieġ biex varjetà tilħaq il-potenzjal tas-suq. Il-konsegwenza ta' dan kollu hija li l-perjodu bażiku ta' protezzjoni ma jistax jintuża b'mod sħiħ bħal fil-każ ta' għelejjel oħra. L-iżvilupp ta' varjetà ġdida tal-ispeċijiet imsemmija jieħu għexieren ta' snin ta' xogħol iebes u huwa meħtieġ perjodu itwal ta' protezzjoni biex jiġu rkuprati l-ispejjeż għolja tar-riċerka u l-iżvilupp.

 

Matul il-konsultazzjoni tal-feedback, 43 parti kkonċernata ressqu l-fehmiet tagħhom dwar il-proposta. Ilkoll kemm huma laqgħu l-proposta u ssottolinjaw il-ħtieġa tal-protezzjoni estiża sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta' varjetajiet aktar robusti li jissodisfaw id-domanda tal-kultivaturi u tas-soċjetà.

 

Ir-Rapporteur jissottolinja l-importanza ta' sistema li tiffunzjona tajjeb ta' drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti, li tinċentiva l-iżvilupp kontinwu ta' aktar varjetajiet, u b'hekk tkun ta' benefiċċju għan-nissiela tal-pjanti, għall-kultivaturi, għall-bdiewa, għall-konsumaturi u għas-soċjetà inġenerali. Minħabba l-isfidi tal-ġejjieni u l-objettivi ambizzjużi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, se jkun hemm ħtieġa urġenti ta' varjetajiet aktar robusti b'reżistenza għall-mard u b'rendiment imtejba, li jirrikjedu inqas ilma, pestiċidi u fertilizzanti, li jkunu adattati aħjar għal kundizzjonijiet klimatiċi differenti u li jgħinu biex jiġi evitat it-telf kemm fl-għalqa kif ukoll fil-katina.

 

Jidher ċar li aktar varjetajiet jistgħu jkomplu jiġu żviluppati biss jekk it-tnissil ikun vijabbli. Id-drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti b'tul ta' żmien xieraq se jippermettu lin-nissiela tal-pjanti jkomplu bil-ħidma essenzjali tagħhom għall-produzzjoni sostenibbli tal-ikel u għal ortikultura sostenibbli. Huwa ta' importanza partikolari li tiġi żgurata l-vijabbiltà għall-SMEs nissiela tal-pjanti, li tiġi inċentivata l-innovazzjoni u li jiġi sostnut ukoll l-iżvilupp ta' varjetajiet għall-għelejjel minuri.

 

Is-saħħa tas-sistema tad-drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti hija l-mod bilanċjat li bih minn naħa tiżgura l-protezzjoni tax-xogħol ta' dawk li jrabbu, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura permezz tal-eżenzjoni ta' min irabbi li oħrajn huma liberi li jużaw il-varjetà protetta biex joħolqu varjetà ġdida oħra u jikkummerċjalizzawha.

 

Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu fl-2012, l-2015 u l-2019, esprima ruħu bil-qawwa kontra l-jedd għall-privattiva għall-pjanti u indika b'mod konsistenti s-sistema tad-drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità bħala l-qafas xieraq biex jiġi żgurat li jkompli jsir żvilupp fit-tnissil tal-pjanti, u huwa tal-akbar importanza li s-sistema tad-drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti tibqa' effettiva wkoll fil-futur.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Estensjoni tat-terminu tad-drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità għall-ispeċijiet tal-ispraġ, u għall-gruppi tal-ispeċijiet tal-basal tal-fjuri, għall-pjanti għudin bi frott żgħir u għall-pjanti ornamentali għudin

Referenzi

COM(2021)0036 – C9-0010/2021 – 2021/0019(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

3.2.2021

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

11.2.2021

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

11.2.2021

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

JURI

29.4.2021

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Bert-Jan Ruissen

26.2.2021

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.5.2021

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.5.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mazaly Aguilar, Clara Aguilera, Atidzhe Alieva-Veli, Álvaro Amaro, Eric Andrieu, Attila Ara-Kovács, Carmen Avram, Mara Bizzotto, Daniel Buda, Isabel Carvalhais, Asger Christensen, Angelo Ciocca, Ivan David, Paolo De Castro, Jérémy Decerle, Salvatore De Meo, Herbert Dorfmann, Dino Giarrusso, Francisco Guerreiro, Martin Häusling, Martin Hlaváček, Krzysztof Jurgiel, Jarosław Kalinowski, Elsi Katainen, Gilles Lebreton, Chris MacManus, Colm Markey, Marlene Mortler, Ulrike Müller, Maria Noichl, Juozas Olekas, Pina Picierno, Maxette Pirbakas, Eugenia Rodríguez Palop, Bronis Ropė, Bert-Jan Ruissen, Anne Sander, Petri Sarvamaa, Simone Schmiedtbauer, Annie Schreijer-Pierik, Veronika Vrecionová, Sarah Wiener, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anja Hazekamp, Michaela Šojdrová, Thomas Waitz

Data tat-tressiq

26.5.2021

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ECR

Mazaly Aguilar, Bert-Jan Ruissen, Veronika Vrecionová

ID

Mara Bizzotto, Angelo Ciocca, Ivan David

PPE

Álvaro Amaro, Daniel Buda, Salvatore De Meo, Herbert Dorfmann, Jarosław Kalinowski, Colm Markey, Marlene Mortler, Anne Sander, Petri Sarvamaa, Simone Schmiedtbauer, Annie Schreijer-Pierik, Michaela Šojdrová, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Renew

Atidzhe Alieva-Veli, Asger Christensen, Jérémy Decerle, Martin Hlaváček, Elsi Katainen, Ulrike Müller

S&D

Clara Aguilera, Eric Andrieu, Attila Ara-Kovács, Carmen Avram, Isabel Carvalhais, Paolo De Castro, Maria Noichl, Juozas Olekas, Pina Picierno

The Left

Chris MacManus, Eugenia Rodríguez Palop

Verts/ALE

Francisco Guerreiro, Martin Häusling, Bronis Ropė, Thomas Waitz, Sarah Wiener

 

3

-

ECR

Krzysztof Jurgiel

NI

Dino Giarrusso

The Left

Anja Hazekamp

 

2

0

ID

Gilles Lebreton, Maxette Pirbakas

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Ġunju 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza