RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi
4.6.2021 - COM(2021)0108 – C9-0094/2021 – 2021/0055(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Pascal Canfin
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi
(COM(2021)0108 – C9-0094/2021 – 2021/0055(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0108),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 114 u l-Artikolu 168(4)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0094/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0159/2021),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 jistabbilixxi regoli għal, inter alia, il-kontroll u l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji. |
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 jistabbilixxi regoli għal, inter alia, il-kontroll u l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji, b'fokus partikolari fuq ir-reżistenza għall-antimikrobiċi. |
__________________ |
__________________ |
8 Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43). |
8 Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43). |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Skont l-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6, l-operaturi ta' pajjiżi terzi li jesportaw annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn l-Unjoni huma meħtieġa jirrispettaw il-projbizzjoni tal-użu ta' antimikrobiċi għall-promozzjoni tat-tkabbir u ż-żieda fir-rendiment, kif ukoll il-projbizzjoni tal-użu ta' antimikrobiċi riżervati għall-kura ta' ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin sabiex tiġi ppreservata l-effikaċja ta' dawk l-antimikrobiċi. |
(3) F'konformità mar-Regolament (UE) 2019/6, l-użu aktar prudenti u responsabbli tal-antimikrobiċi fl-annimali huwa żgurat, inter alia, permezz ta' projbizzjonijiet fuq l-użu tal-antimikrobiċi għall-promozzjoni tat-tkabbir u ż-żieda fir-rendiment u fuq l-użu ta' antimikrobiċi riżervati għall-kura ta' ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin. Skont l-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6, l-operaturi ta' pajjiżi terzi li jesportaw annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn l-Unjoni huma meħtieġa jirrispettaw dawk il-projbizzjonijiet. Kif stabbilit fil-Premessa (49) ta' dak ir-Regolament, huwa importanti li titqies id-dimensjoni internazzjonali tal-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi billi jittieħdu miżuri mhux diskriminatorji u proporzjonati, filwaqt li jiġu rrispettati l-obbligi tal-Unjoni skont il-ftehimiet internazzjonali. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) L-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6 jibni fuq il-Pjan ta' Azzjoni "Saħħa Waħda" kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi ("AMR")9, billi jtejjeb il-prevenzjoni u l-kontroll tal-AMR u jippromwovi użu aktar prudenti u responsabbli tal-antimikrobiċi fl-annimali. Dan huwa rifless ukoll fl-Istrateġija tal-Kummissjoni "Mill-Għalqa sal-Platt"10, li fiha l-Kummissjoni stabbiliet il-mira ambizzjuża li sal-2030 tnaqqas b'50 % il-bejgħ globali tal-UE ta' antimikrobiċi użati għall-annimali tar-razzett u fl-akkwakultura. |
(4) L-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6 jibni fuq il-Pjan ta' Azzjoni "Saħħa Waħda" kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi ("AMR")9, billi jtejjeb il-prevenzjoni u l-kontroll tal-AMR u jippromwovi użu aktar prudenti u responsabbli tal-antimikrobiċi fl-annimali. |
__________________ |
__________________ |
9 Il-Kummissjoni Ewropea, Pjan ta' Azzjoni Ewropew "Saħħa Waħda" kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (AMR), Ġunju 2017, https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/antimicrobial_resistance/docs/amr_2017_action-plan.pdf. |
9 Il-Kummissjoni Ewropea, Pjan ta' Azzjoni Ewropew "Saħħa Waħda" kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (AMR), Ġunju 2017, https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/antimicrobial_resistance/docs/amr_2017_action-plan.pdf. |
10 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-20 ta' Mejju 2020, Strateġija "Mill-Għalqa sal-Platt" għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM (2020) 381 final. |
10 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-20 ta' Mejju 2020, Strateġija "Mill-Għalqa sal-Platt" għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM(2020)381 final. |
Ġustifikazzjoni
Il-Parlament bħalissa qed ifassal rapport INI dwar l-istrateġija "Mill-Għalqa sal-Platt". Peress li l-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-istrateġija għadha ma ġietx adottata, mhuwiex meqjus xieraq li jiżdiedu kummenti dwar l-istrateġija f'din il-biċċa leġiżlazzjoni, li hija bbażata fuq dak li ġie stabbilit fir-Regolament dwar il-prodotti mediċinali veterinarji.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-projbizzjoni tal-użu ta' antimikrobiċi għall-promozzjoni tat-tkabbir u ż-żieda fir-rendiment u tal-użu ta' antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta' ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin, il-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità tal-annimali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali esportati lejn l-Unjoni mal-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6 jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(5) Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-projbizzjoni tal-użu ta' antimikrobiċi għall-promozzjoni tat-tkabbir u ż-żieda fir-rendiment u tal-użu ta' antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta' ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin, il-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità tal-annimali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali esportati lejn l-Unjoni mal-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6 jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625, filwaqt li għal darb'oħra jiġu rrispettati l-obbligi tal-Unjoni skont il-ftehimiet internazzjonali. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Skont l-Artikolu 18(7)(g) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fuq il-kriterji u l-kundizzjonijiet biex jiġi ddeterminat, fir-rigward tal-Pectinidae, il-gasteropodi tal-baħar u l-Holothuroidea, meta ż-żoni ta' produzzjoni u ta' żamma ma għandhomx jiġu kklassifikati. Il-Holothuroidea huma klassi tal-phylum Ekinodermi. L-Ekinodermi ġeneralment mhumiex organiżmi filtraturi. Għaldaqstant, ir-riskju li tali organiżmi jakkumulaw mikroorganiżmi marbuta mal-kontaminazzjoni fekali huwa remot. Barra minn hekk, ma ġiet irrappurtata l-ebda informazzjoni epidemjoloġika li tista' torbot ir-riskji għas-saħħa pubblika ma' Ekinodermi li mhumiex organiżmi filtraturi. Għal din ir-raġuni, il-possibbiltà stabbilita fl-Artikolu 18(7)(g) tar-Regolament (UE) 2017/625 li ssir deroga mir-rekwiżit ta' klassifikazzjoni taż-żoni ta' produzzjoni u ta' żamma jenħtieġ li tiġi estiża għall-ekinodermi kollha li mhumiex organiżmi filtraturi, pereżempju dawk li jappartjenu għall-klassi Echinoidea, u ma tkunx limitata għall-Holothureoidea. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-kondizzjonijiet għall-klassifikazzjoni u l-monitoraġġ taż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u ta' żamma li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni japplikaw għall-molluski bivalvi ħajjin, l-ekinodermi, it-tunikat u l-gasteropodi tal-baħar, ħlief dawk il-gasteropodi tal-baħar u l-ekinodermi li mhumiex organiżmi filtraturi. It-terminoloġija użata fl-Artikolu 18(6) sa (8) tar-Regolament (UE) 2017/625 jenħtieġ li tiġi allinjata skont dan. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Regolament (UE) 2017/625
Artikolu 18
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(1a) L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej: |
|
(a) il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
6. Għall-finijiet tal-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 imwettqa b'rabta ta' molluski bivalvi ħajjin, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikklassifikaw iż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski. |
"6. Għall-finijiet tal-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 imwettqa b'rabta ta' molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikat u gasteropodi tal-baħar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikklassifikaw iż-żoni ta' produzzjoni u ta' żamma." |
|
(b) fil-paragrafu 7, il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(g) il-kriterji u l-kondizjonijiet biex jiġi ddeterminat, b'rabta mal-Pectinidae, il-gastropodi marini u l-Holothuroidea, b'deroga mill-paragrafu 6, meta ż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski ma għandhomx jiġu kklassifikati; |
(g) il-kriterji u l-kondizzjonijiet biex jiġi ddeterminat, b'deroga mill-paragrafu 6, meta ż-żoni ta' produzzjoni u ta' żamma tal-molluski ma għandhomx jiġu kklassifikati b'rabta ma': |
|
(i) Pectinidae, u |
|
(ii) meta ma jkunux organiżmi filtraturi: ekinodermi, tunikat u gasteropodi tal-baħar;" |
|
(c) fil-paragrafu 8, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(b) il-kondizzjonijiet għall-klassifikazzjoni u l-monitoraġġ ta' żoni klassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin; |
"(b) il-kondizzjonijiet għall-klassifikazzjoni u l-monitoraġġ ta' żoni klassifikati ta' produzzjoni u ta' żamma tal-molluski bivalvi ħajjin, l-ekinodermi, it-tunikat u l-gasteropodi tal-baħar;" |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għandu japplika mit-28 ta' Jannar 2022. |
Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Madankollu, il-punt (1) tal-Artikolu 1 għandu japplika mit-28 ta' Jannar 2022. |
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-reżistenza għall-antimikrobiċi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u għall-prodotti mediċinali veterinarji hija problema tas-saħħa li qiegħda tkompli tikber fl-Unjoni u fid-dinja kollha. Minħabba l-kumplessità tal-problema, id-dimensjoni transfruntiera tagħha u l-piż ekonomiku għoli, din saret kwistjoni ta' tħassib għas-saħħa pubblika globali li taffettwa lis-soċjetà kollha u tirrikjedi azzjoni urġenti u kkoordinata f'setturi differenti.
L-użu prudenti tal-antimikrobiċi huwa fundamentali fl-indirizzar tar-reżistenza għall-antimikrobiċi anke fir-rigward tad-dimensjoni internazzjonali. Għalhekk, fil-premessa 49 tar-regolament dwar il-prodotti mediċinali veterinarji (ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-11 ta' Diċembru 2018) ġie indikat b'mod ċar li għandu jiġi żgurat li l-operaturi fil-pajjiżi terzi jirrispettaw ċerti kundizzjonijiet bażiċi relatati mar-reżistenza għall-antimikrobiċi għall-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali esportati lejn l-Unjoni. Kwalunkwe azzjoni bħal din għandha tirrispetta l-obbligi tal-Unjoni skont il-ftehimiet internazzjonali rilevanti. Dan kollu għandu jikkontribwixxi għall-ġlieda internazzjonali kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi, b'mod partikolari f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni Globali tad-WHO u l-Istrateġija tal-OIE dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi u l-Użu Prudenti tal-Antimikrobiċi.
L-emendar tar-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali biex tiġi koperta l-verifika tal-konformità mar-regoli dwar l-użu prudenti tal-antimikrobiċi huwa l-uniku mod effettiv biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' annimali u prodotti ta' oriġini mill-annimali minn pajjiżi terzi. Ir-rapporteur għalhekk qed jappoġġja l-għan ta' din il-proposta u jifhem l-importanza li jkun hemm il-kontrolli kollha meħtieġa fis-seħħ fir-rigward tal-annimali u l-prodotti tal-annimali importati b'mod kontemporanju mad-dħul fis-seħħ tar-regolament dwar il-prodotti mediċinali veterinarji fit-28 ta' Jannar 2022.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI (25.5.2021)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi
(COM(2021)0108 – C9-0094/2021 – 2021/0055(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Ivan David
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti mediċinali veterinarji, li se jissostitwixxi l-qafas legali għall-prodotti mediċinali veterinarji stabbilit bid-Direttiva 2001/82/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004, se jidħol fis-seħħ fit-28 ta' Jannar 2022. Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 u d-Direttiva 2001/82/KE li bħalissa huma fis-seħħ, u r-Regolament (UE) 2019/6, jikkostitwixxu l-parti sostantiva tal-leġiżlazzjoni komprensiva tal-UE dwar l-użu tal-antimikrobiċi fl-agrikoltura u fl-ikel.
L-Artikolu 118 tal-Kapitolu dwar il- "Forniment u Użu" (ta' prodotti mediċinali veterinarji) tar-Regolament (UE) 2019/6 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi. B'mod speċifiku, il-paragrafu 1 jistabbilixxi żewġ restrizzjonijiet bażiċi fuq l-operaturi f'pajjiżi terzi, applikati simultanjament fl-Unjoni:
• projbizzjoni fuq l-użu ta' antimikrobiċi biex tittejjeb il-prestazzjoni (referenza għall-Artikolu 107(2)), u
• projbizzjoni fuq l-użu fuq l-annimali ta' antimikrobiċi jew gruppi ta' antimikrobiċi ddeżinjati li huma riżervati mil-leġiżlazzjoni tal-UE għat-trattament ta' ċertu mard fil-bniedem (referenza għall-Artikolu 37(5)).
L-għan ta' dawk id-dispożizzjonijiet huwa li tinżamm l-effettività tal-antimikrobiċi rilevanti. L-użu ta' tali mediċini, fl-ewwel każ globalment għal skopijiet mhux mediċi, u fit-tieni wieħed fil-mediċina veterinarja b'mod ġenerali, jista' jirriżulta fl-iżvilupp jew fit-tixrid ta' reżistenza mikrobika u b'hekk iwassal għall-effettività mnaqqsa jew ineffettività ta' dawk l-antimikrobiċi fil-kura ta' infezzjonijiet serji, fil-bnedmin fl-ewwel każ, kif ukoll fl-annimali.
Annimali li jkunu ġew ittrattati bi ksur tal-obbligi msemmija hawn fuq se jkunu pprojbiti milli jiġu importati fl-UE, kif se jkunu wkoll il-prodotti minn annimali bħal dawn.
L-Artikolu 118(2) tar-Regolament jiddikjara wkoll li l-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati biex tissupplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 118 b'regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-paragrafu 1.
Għall-kuntrarju ta' leġiżlazzjoni oħra li tistabbilixxi regoli għall-annimali u għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali, ir-Regolament (UE) 2019/6 ma fih l-ebda dispożizzjoni bażika dwar il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni jew dwar il-kontrolli uffiċjali tal-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti tal-importazzjoni.
Minn tmiem l-2019 'il hawn, il-kwistjoni tal-kontrolli uffiċjali fil-katina tal-ikel, inklużi l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet ta' annimali u prodotti tal-annimali, ġiet irregolata mill-qafas regolatorju uniformi stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, tar-regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Ir-Regolament (UE) 2017/625 jifforma l-parti proċedurali tal-leġiżlazzjoni komprensiva tal-UE dwar l-użu tal-antimikrobiċi fl-agrikoltura u fl-ikel. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi r-regoli proċedurali għat-twettiq tal-kontrolli ta' konformità mal-projbizzjoni tal-użu tal-antimikrobiċi fl-agrikoltura u fl-ikel, inklużi l-kontrolli ta' konformità ma' dik il-projbizzjoni fir-rigward tal-komoditajiet importati minn pajjiżi terzi.
Madankollu, l-Artikolu 1(4)(c) tar-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali jiddikjara li dak ir-Regolament ma japplikax għall-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mad-Direttiva 2001/82/KE dwar il-prodotti mediċinali veterinarji. Hekk kif ir-Regolament (UE) 2019/6 jidħol fis-seħħ, ir-referenza għad-direttiva ssir referenza għal dak ir-regolament. Id-diċitura attwali tal-Artikolu 1(4)(c), għalhekk, teskludi r-Regolament (UE) 2019/6 kollu mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, u b'hekk effettivament jipprevjeni li jsiru kontrolli effikaċi fuq il-komoditajiet importati biex jiġi stabbilit jekk fihomx, jew le, antimikrobiċi, jew residwi tagħhom, li l-użu tagħhom huwa pprojbit fl-UE skont l-Artikolu 118 tar-"Regolament dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji".
Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim tas-sistema għall-kontrolli dwar il-konformità mar-regoli dwar l-użu tal-antimikrobiċi fl-agrikoltura u fl-ikel, inkluż fir-rigward tal-komoditajiet importati minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li r-regolamentazzjoni sostantiva u proċedurali ta' din il-kwistjoni tiġi armonizzata u interkonnessa fid-dritt tal-UE.
Sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produtturi fi ħdan l-UE u lil hinn minnha, ir-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet fuq l-użu tal-antimikrobiċi li magħhom iridu jikkonformaw il-produtturi fil-pajjiżi tal-UE jridu japplikaw ukoll għall-komoditajiet importati minn pajjiżi terzi. Ir-regoli dwar il-preżenza ta' residwi antimikrobiċi fl-iġsma tal-annimali u fil-prodotti tal-annimali importati minn pajjiżi terzi huma stabbiliti fl-Artikolu 118 tar-"Regolament dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji" bħala obbligu espliċitu fuq l-operaturi li jimportaw tali komoditajiet minn pajjiżi terzi biex jiżguraw li fis-suq komuni tal-UE jiġu importati biss annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi tal-UE għal dawn il-komoditajiet.
Il-forma attwali tar-Regolament (UE) 2019/6 ma tippermettix li jiġu stabbiliti proċeduri effettivi ta' kontroll għaliex tfasslet bħala qafas għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar is-sorveljanza tal-mediċini. Barra minn hekk, il-kontrolli tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali importati ġeneralment jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali. Fin-nuqqas ta' emenda għall-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, li jiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ma jkunx possibbli li tiġi kkontrollata l-konformità tal-projbizzjoni msemmija hawn fuq f'konformità mal-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6.
L-objettiv ta' din l-emenda huwa li timmodifika d-diċitura tal-Artikolu 1(4)(c) tar-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali biex tintegra l-kontrolli biex tiġi vverifikata l-konformità mal-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6 fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel, inkluż, skont l-Artikolu 6(1), il-punt (c)(i), tiegħu, fir-rigward ta' "prodotti ta' oriġini mill-annimali ġejjin minn barra l-Komunità"; |
|
__________ |
|
1a Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55). |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Skont l-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6, l-operaturi ta' pajjiżi terzi li jesportaw annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn l-Unjoni huma meħtieġa jirrispettaw il-projbizzjoni tal-użu ta' antimikrobiċi għall-promozzjoni tat-tkabbir u ż-żieda fir-rendiment, kif ukoll il-projbizzjoni tal-użu ta' antimikrobiċi riżervati għall-kura ta' ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin sabiex tiġi ppreservata l-effikaċja ta' dawk l-antimikrobiċi. |
(3) Skont l-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6, l-operaturi ta' pajjiżi terzi li jesportaw annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn l-Unjoni huma meħtieġa jirrispettaw l-istandards tal-Unjoni u l-projbizzjoni tal-użu ta' antimikrobiċi għall-promozzjoni tat-tkabbir u ż-żieda fir-rendiment, kif ukoll il-projbizzjoni tal-użu ta' antimikrobiċi riżervati għall-kura ta' ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin sabiex tiġi ppreservata l-effikaċja ta' dawk l-antimikrobiċi. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) L-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6 jibni fuq il-Pjan ta' Azzjoni "Saħħa Waħda" kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi ("AMR")9, billi jtejjeb il-prevenzjoni u l-kontroll tal-AMR u jippromwovi użu aktar prudenti u responsabbli tal-antimikrobiċi fl-annimali. Dan huwa rifless ukoll fl-Istrateġija tal-Kummissjoni "Mill-Għalqa sal-Platt"10, li fiha l-Kummissjoni stabbiliet il-mira ambizzjuża li sal-2030 tnaqqas b'50 % il-bejgħ globali tal-UE ta' antimikrobiċi użati għall-annimali tar-razzett u fl-akkwakultura. |
(4) L-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6 jibni fuq il-Pjan ta' Azzjoni "Saħħa Waħda" kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi ("AMR")9, billi jtejjeb il-prevenzjoni u l-kontroll tal-AMR u jippromwovi użu aktar prudenti u responsabbli tal-antimikrobiċi fl-annimali. Dan huwa rifless ukoll fl-Istrateġija tal-Kummissjoni "Mill-Għalqa sal-Platt"10, li fiha l-Kummissjoni stabbiliet il-mira ambizzjuża li sal-2030 tnaqqas b'50 % il-bejgħ globali tal-UE ta' antimikrobiċi użati għall-annimali tar-razzett u fl-akkwakultura. Anke jekk l-użu tal-antimikrobiċi fl-Ewropa naqas, il-ħidma għandha titkompla u l-ġlieda kontra l-użu ħażin u l-użu eċċessiv tal-antimikrobiċi għandha tinżamm għaddejja madwar id-dinja kollha. Għalhekk hemm bżonn ta' approċċ globali konsistenti kontra l-AMR li jistabbilixxi, fejn possibbli, miri ta' tnaqqis għall-pajjiżi, filwaqt li jitqiesu l-pożizzjonijiet inizjali u l-prerekwiżiti speċifiċi tal-pajjiżi. |
_________________ |
_________________ |
9 Il-Kummissjoni Ewropea, Pjan ta' Azzjoni Ewropew "Saħħa Waħda" kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (AMR), Ġunju 2017, https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/antimicrobial_resistance/docs/amr_2017_action-plan.pdf. |
9 Il-Kummissjoni Ewropea, Pjan ta' Azzjoni Ewropew "Saħħa Waħda" kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (AMR), Ġunju 2017, https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/antimicrobial_resistance/docs/amr_2017_action-plan.pdf. |
10 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-20 ta' Mejju 2020, Strateġija "Mill-Għalqa sal-Platt" għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM(2020)381 final. |
10 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-20 ta' Mejju 2020, Strateġija "Mill-Għalqa sal-Platt" għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM(2020)381 final. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-projbizzjoni tal-użu ta' antimikrobiċi għall-promozzjoni tat-tkabbir u ż-żieda fir-rendiment u tal-użu ta' antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta' ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin, il-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità tal-annimali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali esportati lejn l-Unjoni mal-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6 jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(5) Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-projbizzjoni tal-użu ta' antimikrobiċi għall-promozzjoni tat-tkabbir u ż-żieda fir-rendiment u tal-użu ta' antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta' ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin, il-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità tal-annimali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali esportati lejn l-Unjoni mal-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6 jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625. Ir-rapport RONAFA tal-2017 jitlob li jkun hemm aktar miżuri preventivi fil-ġlieda kontra l-AMR. Standards ogħla tal-benessri tal-annimali u implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali, flimkien mal-użu ta' għodod preventivi bħat-tilqim u l-użu ta' teknoloġiji innovattivi tas-saħħa tal-annimali bħad-dijanjostika, jistgħu jnaqqsu l-ħtieġa tal-antimikrobiċi. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 853/2004
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt d
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Artikolu 1a |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej: |
|
Fl-Artikolu 1(3), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(d) il-provvista diretta mill-produttur ta' kwantitajiet żgħar ta' laħam tal-pollam u tal-lagomorfi, maqtula fir-razzett, lill-konsumatur finali jew lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut lokali li jissuplixxu dan il-laħam lill-konsumatur finali bħala laħam frisk; |
"(d) il-provvista diretta mill-produttur ta' kwantitajiet żgħar ta' laħam tal-pollam u tal-lagomorfi, maqtula fir-razzett, lill-konsumatur finali jew lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut lokali li jissuplixxu dan il-laħam lill-konsumatur finali;". |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Emenda tar-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta’ ċerti użi ta’ antimikrobiċi |
|||
Referenzi |
COM(2021)0108 – C9-0094/2021 – 2021/0055(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 11.3.2021 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 11.3.2021 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Ivan David 26.3.2021 |
|||
Eżami fil-kumitat |
21.5.2021 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
21.5.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
44 1 1 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mazaly Aguilar, Clara Aguilera, Atidzhe Alieva-Veli, Álvaro Amaro, Eric Andrieu, Attila Ara-Kovács, Carmen Avram, Mara Bizzotto, Daniel Buda, Isabel Carvalhais, Asger Christensen, Angelo Ciocca, Ivan David, Paolo De Castro, Jérémy Decerle, Salvatore De Meo, Herbert Dorfmann, Dino Giarrusso, Francisco Guerreiro, Martin Häusling, Martin Hlaváček, Krzysztof Jurgiel, Jarosław Kalinowski, Elsi Katainen, Gilles Lebreton, Chris MacManus, Colm Markey, Marlene Mortler, Ulrike Müller, Maria Noichl, Juozas Olekas, Pina Picierno, Maxette Pirbakas, Eugenia Rodríguez Palop, Bronis Ropė, Bert-Jan Ruissen, Anne Sander, Petri Sarvamaa, Simone Schmiedtbauer, Annie Schreijer-Pierik, Veronika Vrecionová, Sarah Wiener, Juan Ignacio Zoido Álvarez |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Anja Hazekamp, Michaela Šojdrová, Thomas Waitz |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
44 |
+ |
ECR |
Mazaly Aguilar, Krzysztof Jurgiel, Bert-Jan Ruissen, Veronika Vrecionová |
ID |
Mara Bizzotto, Angelo Ciocca, Ivan David, Gilles Lebreton, Maxette Pirbakas |
PPE |
Álvaro Amaro, Daniel Buda, Salvatore De Meo, Herbert Dorfmann, Jarosław Kalinowski, Colm Markey, Marlene Mortler, Anne Sander, Petri Sarvamaa, Simone Schmiedtbauer, Annie Schreijer-Pierik, Michaela Šojdrová, Juan Ignacio Zoido Álvarez |
Renew |
Atidzhe Alieva-Veli, Asger Christensen, Jérémy Decerle, Martin Hlaváček, Elsi Katainen, Ulrike Müller |
S&D |
Clara Aguilera, Eric Andrieu, Attila Ara-Kovács, Carmen Avram, Isabel Carvalhais, Paolo De Castro, Maria Noichl, Juozas Olekas, Pina Picierno |
The Left |
Chris MacManus, Eugenia Rodríguez Palop |
Verts/ALE |
Francisco Guerreiro, Martin Häusling, Bronis Ropė, Thomas Waitz, Sarah Wiener |
1 |
- |
The Left |
Anja Hazekamp |
1 |
0 |
NI |
Dino Giarrusso |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Emenda tar-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta’ ċerti użi ta’ antimikrobiċi |
|||
Referenzi |
COM(2021)0108 – C9-0094/2021 – 2021/0055(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
9.3.2021 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 11.3.2021 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 11.3.2021 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Pascal Canfin 20.4.2021 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
15.3.2021 |
3.6.2021 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
3.6.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
79 0 0 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Nikos Androulakis, Bartosz Arłukowicz, Margrete Auken, Simona Baldassarre, Marek Paweł Balt, Traian Băsescu, Aurélia Beigneux, Monika Beňová, Sergio Berlato, Alexander Bernhuber, Malin Björk, Simona Bonafè, Delara Burkhardt, Pascal Canfin, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Nathalie Colin-Oesterlé, Esther de Lange, Christian Doleschal, Bas Eickhout, Cyrus Engerer, Eleonora Evi, Agnès Evren, Pietro Fiocchi, Catherine Griset, Jytte Guteland, Teuvo Hakkarainen, Anja Hazekamp, Martin Hojsík, Pär Holmgren, Jan Huitema, Yannick Jadot, Adam Jarubas, Petros Kokkalis, Athanasios Konstantinou, Ewa Kopacz, Joanna Kopcińska, Peter Liese, César Luena, Fulvio Martusciello, Liudas Mažylis, Joëlle Mélin, Tilly Metz, Silvia Modig, Dolors Montserrat, Alessandra Moretti, Dan-Ştefan Motreanu, Ville Niinistö, Ljudmila Novak, Grace O’Sullivan, Jutta Paulus, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Luisa Regimenti, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Sándor Rónai, Rob Rooken, Silvia Sardone, Christel Schaldemose, Christine Schneider, Günther Sidl, Linea Søgaard-Lidell, Maria Spyraki, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Véronique Trillet-Lenoir, Petar Vitanov, Alexandr Vondra, Mick Wallace, Pernille Weiss, Emma Wiesner, Tiemo Wölken, Anna Zalewska |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Catherine Chabaud, Ivan David, Margarita de la Pisa Carrión, Radan Kanev |
|||
Data tat-tressiq |
16.6.2021 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
79 |
+ |
ECR |
Sergio Berlato, Pietro Fiocchi, Joanna Kopcińska, Margarita de la Pisa Carrión, Rob Rooken, Alexandr Vondra, Anna Zalewska |
ID |
Simona Baldassarre, Aurélia Beigneux, Ivan David, Catherine Griset, Teuvo Hakkarainen, Joëlle Mélin, Luisa Regimenti, Silvia Sardone |
NI |
Athanasios Konstantinou |
PPE |
Bartosz Arłukowicz, Traian Băsescu, Alexander Bernhuber, Nathalie Colin‑Oesterlé, Christian Doleschal, Agnès Evren, Adam Jarubas, Radan Kanev, Ewa Kopacz, Esther de Lange, Peter Liese, Fulvio Martusciello, Liudas Mažylis, Dolors Montserrat, Dan‑Ştefan Motreanu, Ljudmila Novak, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Christine Schneider, Maria Spyraki, Pernille Weiss |
Renew |
Pascal Canfin, Catherine Chabaud, Martin Hojsík, Jan Huitema, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Nicolae Ştefănuță, Linea Søgaard‑Lidell, Nils Torvalds, Véronique Trillet‑Lenoir, Emma Wiesner |
S&D |
Nikos Androulakis, Marek Paweł Balt, Monika Beňová, Simona Bonafè, Delara Burkhardt, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Cyrus Engerer, Jytte Guteland, Javi López, César Luena, Alessandra Moretti, Sándor Rónai, Christel Schaldemose, Günther Sidl, Petar Vitanov, Tiemo Wölken |
The Left |
Malin Björk, Anja Hazekamp, Petros Kokkalis, Silvia Modig, Mick Wallace |
Vers/ALE |
Margrete Auken, Bas Eickhout, Eleonora Evi, Pär Holmgren, Yannick Jadot, Tilly Metz, Ville Niinistö, Grace O'Sullivan, Jutta Paulus |
0 |
- |
|
|
0 |
0 |
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni