RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013
7.6.2021 - (06980/2/2021 – C9-0195/2021 – 2018/0206(COD)) - ***II
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: David Casa
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013
(06980/2/2021 – C9-0195/2021 – 2018/0206(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06980/2/2021 – C9-0195/2021),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2018[2],
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[3] dwar il-proposta tal-Kummissjoni ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0382),
– wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2020)0447),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0197/2021),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
4. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-investimenti tal-FSE+ fil-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal
Fl-2019 kien hemm 18-il miljun tifel u tifla f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali fl-UE, b'għadd kbir ħafna f'xi wħud mill-Istati Membri. It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tagħha aggravaw l-inugwaljanzi u l-faqar u kellhom effett aktar qawwi fuqhom. Il-faqar fost it-tfal huwa preżenti b'mod konsistenti fl-Istati Membri kollha u għadu ogħla minn dak għall-adulti fl-età tax-xogħol.
Għalhekk, il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim ibbilanċjat li jagħmel lill-FSE+ għodda deċiżiva biex tiġi indirizzata l-isfida tal-faqar fost it-tfal. Il-ftehim jirrikonoxxi l-urġenza li jsir investiment fit-tfal fl-Istati Membri kollha.
Il-Kummissjoni dalwaqt ser tippreżenta proposta għal Garanzija għat-Tfal bil-għan li tindirizza l-isfida b'mod strutturali. Meta tipprogramma l-FSE+, il-Kummissjoni ser tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura li l-Istati Membri jiddedikaw finanzjament xieraq għall-FSE+ biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal. Barra minn hekk, hija ser tħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw ukoll strumenti oħra ta' finanzjament tal-UE u riżorsi nazzjonali disponibbli biex jappoġġaw investimenti adegwati f'dan il-qasam.
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-investimenti tal-FSE+ fl-impjieg taż-żgħażagħ
Il-Kummissjoni tenfasizza li ż-żgħażagħ intlaqtu b'mod sproporzjonat mill-kriżi soċjoekonomika b'segwitu għat-tifqigħa tal-COVID-19. Minn Diċembru 2019 sa Diċembru 2020 il-qgħad fost iż-żgħażagħ żdied bi 3 punti perċentwali fl-UE, u b'hekk l-għadd ta' żgħażagħ mingħajr impjieg tela' għal aktar minn 3.1 miljuni. Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-qgħad fost iż-żgħażagħ kien konsistentement u b'mod sinifikanti ogħla minn dak tal-popolazzjoni adulta, bl-aħħar ċifri juru differenza ta' aktar minn 10 punti perċentwali (17.8 % meta mqabbel ma' 6.6 % f'Diċembru 2020).
Il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim milħuq mill-koleġiżlaturi li jirrikonoxxi l-isfida fl-Istati Membri kollha. L-FSE+ huwa l-aktar strument ta' finanzjament importanti tal-UE għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa li ġiet adottata reċentement kif ukoll ta' miżuri rilevanti oħra fl-ambitu tal-inizjattiva Appoġġ għall-Impjieg taż-Żgħażagħ.
Meta tipprogramma l-FSE+, il-Kummissjoni ser tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura li l-Istati Membri jiddedikaw finanzjament xieraq għall-FSE+ biex tiġi implimentata l-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa. Barra minn hekk, hija ser tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw ukoll strumenti oħra ta' finanzjament tal-UE u riżorsi nazzjonali disponibbli biex jappoġġaw investimenti adegwati f'dan il-qasam.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) |
|||
Referenzi |
06980/2/2021 – C9-0195/2021 – 2018/0206(COD) |
|||
Data tal-ewwel qari tal-PE – Numru P |
4.4.2019 T8-0350/2019 |
|||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2018)0382 - C8-0232/2018 |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 17.6.2020 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
David Casa 24.7.2019 |
|
|
|
Rapporteurs preċedenti |
Verónica Lope Fontagné |
|||
Eżami fil-kumitat |
12.11.2019 |
22.1.2020 |
30.11.2020 |
14.1.2021 |
|
1.2.2021 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
7.6.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
49 2 3 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Atidzhe Alieva-Veli, Abir Al-Sahlani, Marc Angel, Dominique Bilde, Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Brglez, Sylvie Brunet, Jordi Cañas, David Casa, Margarita de la Pisa Carrión, Özlem Demirel, Jarosław Duda, Estrella Durá Ferrandis, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Rosa Estaràs Ferragut, Nicolaus Fest, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Heléne Fritzon, Helmut Geuking, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, France Jamet, Agnes Jongerius, Stelios Kympouropoulos, Katrin Langensiepen, Miriam Lexmann, Elena Lizzi, Kira Marie Peter-Hansen, Dragoş Pîslaru, Manuel Pizarro, Dennis Radtke, Elżbieta Rafalska, Guido Reil, Daniela Rondinelli, Mounir Satouri, Monica Semedo, Vincenzo Sofo, Beata Szydło, Eugen Tomac, Romana Tomc, Marie-Pierre Vedrenne, Nikolaj Villumsen, Marianne Vind, Maria Walsh, Anna Zalewska, Stefania Zambelli, Tatjana Ždanoka, Tomáš Zdechovský |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Brando Benifei, José Gusmão, Lukas Mandl, Eugenia Rodríguez Palop |
|||
Data tat-tressiq |
7.6.2021 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
49 |
+ |
ECR |
Elżbieta Rafalska, Vincenzo Sofo, Beata Szydło, Anna Zalewska |
ID |
Elena Lizzi, Stefania Zambelli |
NI |
Daniela Rondinelli |
PPE |
David Casa, Jarosław Duda, Rosa Estaràs Ferragut, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Helmut Geuking, Stelios Kympouropoulos, Miriam Lexmann, Lukas Mandl, Dennis Radtke, Eugen Tomac, Romana Tomc, Maria Walsh, Tomáš Zdechovský |
Renew |
Abir Al-Sahlani, Atidzhe Alieva-Veli, Sylvie Brunet, Jordi Cañas, Dragoş Pîslaru, Monica Semedo, Marie-Pierre Vedrenne, Lucia Ďuriš Nicholsonová |
S&D |
Marc Angel, Brando Benifei, Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Brglez, Estrella Durá Ferrandis, Heléne Fritzon, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, Agnes Jongerius, Manuel Pizarro, Marianne Vind |
The Left |
Özlem Demirel, José Gusmão, Eugenia Rodríguez Palop, Nikolaj Villumsen |
Verts/ALE |
Katrin Langensiepen, Kira Marie Peter-Hansen, Mounir Satouri, Tatjana Ždanoka |
2 |
- |
ID |
Nicolaus Fest, Guido Reil |
3 |
0 |
ECR |
Margarita de la Pisa Carrión |
ID |
Dominique Bilde, France Jamet |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU C 62, 15.2.2019, p. 165.
- [2] ĠU C 86, 7.3.2019, p. 84.
- [3] Testi adottati tal-4.4.2019, P8_TA(2019)0350.