RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

13.9.2021 - (06604/1/2021 – C9-0352/2021 – 2018/0247(COD)) - ***II

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Željana Zovko,Tonino Picula


Proċedura : 2018/0247(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0266/2021
Testi mressqa :
A9-0266/2021
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

(06604/1/2021 – C9-0352/2021 – 2018/0247(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (XXXX/1/2021 – C90352/20),

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018[1],

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018[2],

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[3] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0465),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-XXXX/2021),

1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2. Japprova d-dikjarazzjonijiet tiegħu annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu ppubblikati fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3. Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu ppubblikati fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4. Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjonijiet kollha annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


 

 

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA 

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sospensjoni tal-assistenza mogħtija taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

 

Il-Parlament Ewropew jinnota li r-Regolament (UE) 2021/... li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) fih referenza ġenerali dwar il-possibbiltà ta' sospensjoni tal-assistenza mingħajr ma tiġi speċifikata l-bażi konkreta għal tali deċiżjoni. Tali sospensjoni tal-assistenza għandha tiġi implimentata f'każ ta' degradazzjoni fid-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt minn benefiċjarju elenkat fl-Anness I.

 

Il-Parlament Ewropew iqis li kwalunkwe sospensjoni ta' assistenza taħt dan l-istrument timmodifika l-iskema finanzjarja ġenerali miftiehma skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Bħala koleġiżlatur u fergħa msieħba tal-awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew huwa għalhekk intitolat li jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattiva tiegħu f'dak ir-rigward, jekk ikollha tittieħed deċiżjoni bħal din.

 

 

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE u koordinazzjoni strateġika

 

Il-Parlament Ewropew jinnota li r-referenzi għall-istrumenti ta' azzjoni esterna tal-Unjoni fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE ma għadhomx validi, u għalhekk iqis li, għal raġunijiet ta' ċarezza tad-dritt, dak l-Artikolu għandu jiġi aġġornat, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sabiex jitqiesu l-istrumenti ta' assistenza esterna tal-Unjoni applikabbli fil-perjodu tal-QFP 2021-2027, jiġifieri l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali , l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Ekstra-Ewropea, inkluża Greenland.

 

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jistabbilixxu struttura ta' koordinazzjoni strateġika magħmula mis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u tas-SEAE sabiex jiġu żgurati l-koerenza, is-sinerġija, it-trasparenza u r-responsabbiltà f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/947 li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali[4].

 

 

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar l-ismijiet tal-benefiċjarji

 

Il-Parlament Ewropew jinnota li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/... li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) jirreferi għall-benefiċjarji eliġibbli għal finanzjament taħt dan l-Istrument. Il-Parlament Ewropew iqis li l-ismijiet kostituzzjonali għandhom jintużaw għall-benefiċjarji elenkati, u l-Kosovo għandu jissejjaħ ir-Repubblika tal-Kosovo.

 

 

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar djalogu ġeopolitiku mal-Parlament Ewropew dwar l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

 

Il-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li tqis il-funzjonijiet ta' kontroll politiku tal-Parlament Ewropew stabbiliti fl-Artikolu 14 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, timpenja ruħha li twettaq djalogu ġeopolitiku ta' livell għoli bejn iż-żewġ istituzzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2021/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III). Dan id-djalogu għandu jippermetti skambji mal-Parlament Ewropew, li l-pożizzjonijiet tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-IPA III ser jitqiesu bis-sħiħ, b'rispett sħiħ għall-kapaċità tal-Kummissjoni li timplimenta l-istrument, f'konformità mar-responsabbiltajiet istituzzjonali tagħha.

 

Id-djalogu ġeopolitiku ser jiddiskuti orjentazzjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-IPA III, inkluż dwar l-ipprogrammar qabel l-adozzjoni tal-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA III u d-dokumenti ta' programmazzjoni, u rigward suġġetti speċifiċi bħas-sospensjoni tal-assistenza lil benefiċjarju meta dan jonqos b'mod persistenti milli josserva l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

 

Id-djalogu ġeopolitiku se jkun strutturat kif ġej:

 

i) Djalogu ta' livell għoli bejn il-Kummissarju inkarigat mill-Viċinat u t-Tkabbir, f'isem il-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew.

 

ii) Djalogu permanenti fil-livell ta' uffiċjali għolja mal-gruppi ta' ħidma tal-Kumitat AFET biex jiġu ggarantiti tħejjija u segwitu adegwati għad-djalogu ta' livell għoli.

 

Id-djalogu ta' livell għoli se jsir mill-inqas darbtejn fis-sena. Waħda mil-laqgħat tista' tikkoinċidi mal-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-abbozz ta' baġit annwali.

 

 

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-modulazzjoni/is-sospensjoni tal-assistenza fl-Artikolu 8, paragrafu 5 tar-Regolament Nru 2021/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' XX/XX 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

 

Il-Kummissjoni Ewropea tqis li d-dispożizzjoni fl-Artikolu 8(5) tirrispetta s-setgħat tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni, u l-baġit tal-Unjoni b'mod ġenerali, dment li tkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat fdati lill-Kummissjoni mit-Trattati u mir-Regolament Finanzjarju biex tissospendi l-assistenza tal-Unjoni pprovduta lil pajjiżi terzi.

 

 

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar in-natura konsultattiva tal-bordijiet strateġiċi bħal fl-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2021/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' XX/XX 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

 

Il-Kummissjoni Ewropea tfakkar li kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament IPA III, il-bord strateġiku tal-Qafas ta' Investiment għall-Balkani tal-Punent (WBIF) huwa korp konsultattiv għall-Kummissjoni. Dan huwa allinjat mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2021 dwar l-NDICI – Ewropa Globali, li jirreferi għall-bordijiet strateġiċi tad-WBIF u tal-EFSD+. Dawn il-bordijiet strateġiċi ma għandhomx setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Ir-Regoli ta' Proċedura għall-bord strateġiku tad-WBIF ser jiġu stabbiliti fuq din il-bażi.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) ilu mill-2007 l-istrument finanzjarju ewlieni li jappoġġja r-riformi relatati mal-UE fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, jiġifieri s-sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija.

 

It-tielet ġenerazzjoni tal-IPA ssaħħaħ l-appoġġ għall-proċess tal-adeżjoni, filwaqt li tħejji lill-benefiċjarji għall-obbligi tas-sħubija fl-UE. Dan se jgħin biex ikomplu jinbnew il-ħiliet u jiġu ttrasformati l-pajjiżi, bl-għan li jsiru membri futuri tal-UE. L-assistenza se tkun ipprogrammata taħt ħames setturi tematiċi prijoritarji li jkopru 1) l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u d-demokrazija; 2) il-governanza tajba, l-allinjament normattiv, ir-relazzjonijiet tajbin ta' viċinat u l-komunikazzjoni strateġika; 3) l-aġenda ekoloġika u l-konnettività sostenibbli 4) il-kompetittività u t-tkabbir inklużiv 5) il-kooperazzjoni territorjali u transfruntiera.

 

L-istrument jipprevedi mira miżjuda ta' 30 % għall-azzjoni klimatika, flimkien ma' mira addizzjonali tal-bijodiversità biex tikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali tal-QFP dwar il-bijodiversità. Huwa għandu jikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet orizzontali tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, filwaqt li jżid ukoll l-isforzi fil-viżibbiltà u l-komunikazzjoni strateġika. L-IPA III jipprevedi koordinazzjoni mtejba tad-donaturi u konsultazzjonijiet imsaħħa mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

 

Waħda mill-kisbiet ewlenin tan-negozjati interistituzzjonali hija governanza mtejba u żieda fl-iskrutinju tal-Istrument, min-naħa tal-Parlament. Il-Kummissjoni se tadotta att delegat ta' qabel l-ipprogrammar li jiddetermina l-objettivi speċifiċi u l-prijoritajiet tematiċi għall-assistenza fl-oqsma tal-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Il-ftehim politiku milħuq fin-negozjati kien jinkludi wkoll dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi djalogu ġeopolitiku ta' livell għoli bejn il-Kummissarju u l-Parlament Ewropew, mill-anqas darbtejn fis-sena, li jipprovdi lill-Parlament b'saff addizzjonali ta' orjentazzjonijiet strateġiċi dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument.

 

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-IPA III għall-perjodu 2021-2027 jammonta għal EUR 14,162 biljun fi prezzijiet kurrenti. Finanzjament addizzjonali se jiġi mmobilizzat permezz ta' garanziji tal-IPA. L-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni mtejjeb jipprevedi modulazzjoni u sospensjoni tal-assistenza f'każijiet ta' rigress fid-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, it-tisħiħ tal-approċċ tal-''prijorità tal-kwistjonijiet fundamentali'' u l-kundizzjonalità tal-politika tat-tkabbir. Indikaturi msaħħa tal-prestazzjoni se jiżguraw valutazzjoni aħjar tal-progress fl-implimentazzjoni tar-regoli u l-obbligi tal-UE.

 

In-negozjati interistituzzjonali ġew konklużi fil-livell politiku fit-2 ta' Ġunju 2021. L-eżitu tagħhom ġie approvat mill-Kunsill fil-livell tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (COREPER II) fit-28 ta' Ġunju 2021 u approvat mill-Parlament f'laqgħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fl-1 ta' Lulju 2021. Peress li l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari adottata fis-7 ta' Settembru 2021 tirrifletti bis-sħiħ il-qbil milħuq kmieni fit-tieni qari, ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari hi li tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Kunsill.

 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

Referenzi

06604/1/2021 – C9-0352/2021 – 2018/0247(COD)

Data tal-ewwel qari tal-PE – Numru P

27.3.2019 T8-0299/2019

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2018)0465 - C8-0274/2018

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

 

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Željana Zovko

15.7.2019

Tonino Picula

15.7.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

13.9.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

8

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alviina Alametsä, Alexander Alexandrov Yordanov, Maria Arena, Petras Auštrevičius, Traian Băsescu, Reinhard Bütikofer, Fabio Massimo Castaldo, Susanna Ceccardi, Włodzimierz Cimoszewicz, Katalin Cseh, Tanja Fajon, Anna Fotyga, Michael Gahler, Sunčana Glavak, Raphaël Glucksmann, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Sandra Kalniete, Karol Karski, Dietmar Köster, Maximilian Krah, Andrius Kubilius, Ilhan Kyuchyuk, David Lega, Miriam Lexmann, Nathalie Loiseau, Antonio López-Istúriz White, Claudiu Manda, Lukas Mandl, Thierry Mariani, David McAllister, Vangelis Meimarakis, Sven Mikser, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Gheorghe-Vlad Nistor, Urmas Paet, Demetris Papadakis, Kostas Papadakis, Tonino Picula, Manu Pineda, Giuliano Pisapia, Thijs Reuten, Jérôme Rivière, María Soraya Rodríguez Ramos, Nacho Sánchez Amor, Isabel Santos, Jacek Saryusz-Wolski, Andreas Schieder, Radosław Sikorski, Jordi Solé, Sergei Stanishev, Tineke Strik, Hermann Tertsch, Hilde Vautmans, Harald Vilimsky, Idoia Villanueva Ruiz, Viola Von Cramon-Taubadel, Thomas Waitz, Charlie Weimers, Isabel Wiseler-Lima, Salima Yenbou, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Angel Dzhambazki, Andrey Kovatchev, Marisa Matias, Mick Wallace

Data tat-tressiq

13.9.2021

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

51

+

NI

Fabio Massimo Castaldo

PPE

Alexander Alexandrov Yordanov, Traian Băsescu, Michael Gahler, Sunčana Glavak, Sandra Kalniete, Andrey Kovatchev, Andrius Kubilius, David Lega, Miriam Lexmann, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Lukas Mandl, Vangelis Meimarakis, Francisco José Millán Mon, Gheorghe-Vlad Nistor, Radosław Sikorski, Isabel Wiseler-Lima, Željana Zovko

Renew

Petras Auštrevičius, Katalin Cseh, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Ilhan Kyuchyuk, Nathalie Loiseau, Javier Nart, Urmas Paet, María Soraya Rodríguez Ramos, Hilde Vautmans

S&D

Maria Arena, Włodzimierz Cimoszewicz, Tanja Fajon, Raphaël Glucksmann, Dietmar Köster, Claudiu Manda, Sven Mikser, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Giuliano Pisapia, Thijs Reuten, Nacho Sánchez Amor, Isabel Santos, Andreas Schieder, Sergei Stanishev

Verts/ALE

Alviina Alametsä, Reinhard Bütikofer, Jordi Solé, Tineke Strik, Viola Von Cramon-Taubadel, Thomas Waitz, Salima Yenbou

 

8

-

ECR

Hermann Tertsch, Charlie Weimers

ID

Susanna Ceccardi, Maximilian Krah, Thierry Mariani, Jérôme Rivière, Harald Vilimsky

NI

Kostas Papadakis

 

8

0

ECR

Angel Dzhambazki, Anna Fotyga, Karol Karski, Jacek Saryusz-Wolski

The Left

Marisa Matias, Manu Pineda, Idoia Villanueva Ruiz, Mick Wallace

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Settembru 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza