Test imressaq : A6-0490/2008
David Casa (PPE-DE), bil-miktub. − Meta wieħed jikkunsidra li l-Kroazja hija pajjiż kandidat sabiex issir membru tal-Unjoni Ewropea naħseb li l-patt ta' Assoċjazzjoni huwa pass importanti li jkompli jqarreb lil dan il-pajjiż lejn il-familja Ewropea.