L-influenza tat-tikkettar tal-ikel skont kodiċi ta' kuluri (traffic-light labelling) fuq l-għażla tal-konsumaturi
1.8.2016
Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-006189-16
lill-Kummissjoni
Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura
Paolo De Castro (S&D) , Elisabetta Gardini (PPE) , Alberto Cirio (PPE) , Clara Eugenia Aguilera García (S&D) , Eric Andrieu (S&D) , Pilar Ayuso (PPE) , Brando Benifei (S&D) , José Blanco López (S&D) , Simona Bonafè (S&D) , Victor Boştinaru (S&D) , Mercedes Bresso (S&D) , Renata Briano (S&D) , Daniel Buda (PPE) , Alain Cadec (PPE) , Nicola Caputo (S&D) , Lorenzo Cesa (PPE) , Caterina Chinnici (S&D) , Salvatore Cicu (PPE) , Sergio Gaetano Cofferati (S&D) , Lara Comi (PPE) , Silvia Costa (S&D) , Andrea Cozzolino (S&D) , Miriam Dalli (S&D) , Viorica Dăncilă (S&D) , Arnaud Danjean (PPE) , Nicola Danti (S&D) , Michel Dantin (PPE) , Luis de Grandes Pascual (PPE) , Angélique Delahaye (PPE) , Isabella De Monte (S&D) , Herbert Dorfmann (PPE) , Raffaele Fitto (ECR) , Iratxe García Pérez (S&D) , Enrico Gasbarra (S&D) , Elena Gentile (S&D) , Michela Giuffrida (S&D) , Françoise Grossetête (PPE) , Sergio Gutiérrez Prieto (S&D) , Esther Herranz García (PPE) , Brice Hortefeux (PPE) , Doru-Claudian Frunzulică (S&D) , Eva Kaili (S&D) , Cécile Kashetu Kyenge (S&D) , Miltiadis Kyrkos (S&D) , Giovanni La Via (PPE) , Constance Le Grip (PPE) , Antonio López-Istúriz White (PPE) , Monica Macovei (ECR) , Fulvio Martusciello (PPE) , Barbara Matera (PPE) , Stefano Maullu (PPE) , Costas Mavrides (S&D) , Marlene Mizzi (S&D) , Luigi Morgano (S&D) , Alessia Maria Mosca (S&D) , Alessandra Mussolini (PPE) , Momchil Nekov (S&D) , Massimo Paolucci (S&D) , Demetris Papadakis (S&D) , Aldo Patriciello (PPE) , Pina Picierno (S&D) , Salvatore Domenico Pogliese (PPE) , Franck Proust (PPE) , Sofia Ribeiro (PPE) , Liliana Rodrigues (S&D) , Fernando Ruas (PPE) , Massimiliano Salini (PPE) , Anne Sander (PPE) , Alfred Sant (S&D) , David-Maria Sassoli (S&D) , Elly Schlein (S&D) , Remo Sernagiotto (ECR) , Ricardo Serrão Santos (S&D) , Ivan Štefanec (PPE) , Patricija Šulin (PPE) , Tibor Szanyi (S&D) , Antonio Tajani (PPE) , Claudiu Ciprian Tănăsescu (S&D) , Marc Tarabella (S&D) , Isabelle Thomas (S&D) , Patrizia Toia (S&D) , Romana Tomc (PPE) , Tokia Saïfi (PPE) , Ramón Luis Valcárcel Siso (PPE) , Daniele Viotti (S&D) , Theodoros Zagorakis (PPE) , Pablo Zalba Bidegain (PPE) , Flavio Zanonato (S&D) , Damiano Zoffoli (S&D) , Carlos Zorrinho (S&D) , Milan Zver (PPE)
F'Ġunju 2013 id-Dipartiment tas-Saħħa tar-Renju Unit introduċa sistema volontarja ta' tikkettar tal-ikel — imsejħa tikkettar skont kodiċi ta' kuluri — li tikklassifka l-prodotti fi tliet kategoriji differenti (aħdar, isfar u aħmar) abbażi tal-ammont ta' melħ, zokkor, xaħam u xaħam saturat li jkun fihom.
Studju reċenti analizza d-data tal-bejgħ ta' kampjun ta' tliet prodotti involuti f'din is-sistema (Parma ham, Parmigiano Reggiano u French Brie), irrekordjata bejn l-2013 u l-2015 mill-akbar bejjiegħ bl-imnut fir-Renju Unit. Filwaqt li l-prodotti mingħajr tikkettar skont kodiċi ta' kuluri irreġistraw żieda ġenerali fil-volum tal-bejgħ tagħhom, kien evidenti tnaqqis sinifikanti fil-bejgħ u fit-telf tas-sehem fis-suq għall-istess prodotti li kellhom il-kulur isfar u speċjalment dawk bl-aħmar.
Dawn ir-riżultati jikkonfermaw l-influenza li s-sistema jista' jkollha fuq il-konsumaturi, li jwassalhom li ma jixtrux prodotti, mingħajr ma jkollhom l-informazzjoni korretta u trasparenti fuq it-tikketta.
Minħabba din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tqisha meħtieġa li tkompli tesplora s-sejbiet li ħarġu mill-istudju msemmi hawn fuq billi tniedi valutazzjoni ekonomika u kummerċjali globali tal-impatt li ħalla l-użu ta' tikkettar skont kodiċi ta' kuluri mill-bejjiegħa bl-imnut fir-Renju Unit?