Mistoqsija Parlamentari - E-001407/2019Mistoqsija Parlamentari
E-001407/2019

L-istabbiliment ta' skema ta' tikkettar ibbażata fuq il-benesseri tal-annimali għal prodotti tal-laħam u/jew prodotti tal-ħalib

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-001407-19
lill-Kummissjoni
Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura
Eleonora Evi (EFDD) , Bart Staes (Verts/ALE) , Stefan Eck (GUE/NGL) , John Flack (ECR) , Dario Tamburrano (EFDD) , Emil Radev (PPE) , José Inácio Faria (PPE) , Tiziana Beghin (EFDD) , Jiří Pospíšil (PPE) , Marco Zullo (EFDD) , Tilly Metz (Verts/ALE) , Fabio Massimo Castaldo (EFDD) , Pascal Durand (Verts/ALE) , Ivo Vajgl (ALDE) , Isabella Adinolfi (EFDD) , Jytte Guteland (S&D) , Petri Sarvamaa (PPE) , Dominique Bilde (ENF) , Fredrick Federley (ALDE) , Stelios Kouloglou (GUE/NGL) , Marco Affronte (Verts/ALE) , Ernest Urtasun (Verts/ALE) , Marlene Mizzi (S&D) , Julie Ward (S&D) , Thomas Waitz (Verts/ALE) , Keith Taylor (Verts/ALE) , Guillaume Balas (S&D)

Il-maġġoranza l-kbira tal-konsumaturi tal-UE huma lesti li jħallsu aktar għall-prodotti li jħarsu l-benessri tal-annimali[1].

Filwaqt li jeżistu xi skemi volontarji, fil-preżent il-konsumaturi ma jistgħux jiddifferenzjaw b'mod ċar bejn id-diversi prodotti tal-laħam u tal-ħalib fis-suq abbażi tal-istandards tal-benessri.

Sistema ta' tliet livelli bbażata fuq ix-xjenza u speċifika għall-ispeċijiet, fuq il-linji ta' dik diġà operazzjonali għall-bajd u simili għas-sistema implimentata fil-Ġermanja għall-ħnieżer[2], konsistenti u standardizzati fl-UE kollha u li tibda mir-rekwiżiti legali minimi, ċertament tiżgura ċ-ċarezza għall-konsumaturi u tippermettilhom jagħmlu għażliet infurmati.

Barra minn hekk, tali skema ta' tikkettar tkun aktar ġusta għall-bdiewa, peress li tipprevjeni l-użu ta' tikketti differenti u qarrieqa li jistgħu jaħbu jew jinvolvu standards ta' benesseri tal-annimali differenti u aktar baxxi.

Barra minn hekk, sistema bħal din toħloq “ġirja għall-quċċata”, li tinkoraġġixxi lill-bdiewa jdaħħlu standards ogħla tal-benessri tal-annimali sabiex jimmarkaw il-prodott tagħhom bħala tal-aqwa kwalità, filwaqt li fl-istess ħin jikkumpensaw għaż-żieda fl-ispejjeż.

1. Il-Kummissjoni biħsiebha tintroduċi skema ta' tikkettar bħal din għal-laħam u/jew għall-prodotti tal-ħalib?

2. Jekk dan mhuwiex il-każ, u b'kunsiderazzjoni tas-suċċess tal-iskema tat-tikkettar tal-bajd tal-UE, x'inhuma r-raġunijient għaliex mhux se jsir hekk?

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' April 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza