Mistoqsija Parlamentari - O-0066/2007Mistoqsija Parlamentari
O-0066/2007

Sikurezza dwar nar fil-likandi

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0066/07
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Glyn Ford, Giles Chichester, Graham Watson, Arlene McCarthy, Peter Skinner, Baroness Nicholson of Winterbourne, Elizabeth Lynne, Baroness Sarah Ludford, Toine Manders, David Martin, Glenys Kinnock, Claude Moraes, Erika Mann, Alexandra Dobolyi, Ana Maria Gomes, Robert Evans, Christopher Heaton-Harris, Reino Paasilinna, Marianne Mikko, Stephen Hughes, Stavros Lambrinidis, Malcolm Harbour, Bill Newton Dunn, Catherine Stihler, Sérgio Sousa Pinto, Jan Andersson, Linda McAvan, Luisa Morgantini, Jan Marinus Wiersma, Harlem Désir, Jo Leinen, Zita Gurmai, Caroline Lucas, Brian Simpson, Barbara Weiler, Christel Schaldemose, Neena Gill, Benoît Hamon, Michael Cashman, Udo Bullmann, Corina Creţu u Glenis Willmott
lill-Kummissjoni

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0066/2007
Testi mressqa :
O-0066/2007 (B6-0385/2007)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fit-18 ta' Awissu 2007, nar fil-Lukanda Penhallow f'Newquay fl-Ingilterra tal-Lbiċ wassal għal tlitt imwiet.

 

Waqt li kien hemm tħassib wara dwar in-nuqqas ta’ riżorsi f’sens tan-numru ta’ persuni responsabbli mit-tifi tan-nar u ‘turntables’, ebda bexxiexa għat-tifi tan-nar ma kienet attivata.

 

Din it-traġedja partikulari tikkonferma dik li tidher li hija tendenza Ewropea. Fl-aħħar tliet snin biss, kien hemm mill-inqas 60 mewt minħabba nirien f’lukandi, li kollha seħħew f'lukandi li m’għandhomx bexxiexa għat-tifi tan-nar waqt li ma rriżultat ebda mewt f'lukandi bil-bexxiexa. Il-Kummissjoni taħseb li l-ġbir ta' statistiki fi ħdan l-UE għandu jkun ta' għajnuna biex tkun akkwistata stampa reali ta’ l-ammont ta’ l-imwiet u l-korrimenti f'nirien f'lukandi?

 

Fil-preżent il-klijenti li jużaw l-akkomodazzjoni fil-lukandi għandhom riskju varjabbli fi ħdan l-Ewropa minħabba nuqqas ta’ standards komuni, bl-Ungerija li hija l-aqwa fil-protezzjoni fir-rigward ta’ bexxiexa, b’ebda protezzjoni ta’ bexxiexa obbligatorja fi Franza u fi Stati Membri oħrajn bejniethom.

 

Il-Kummissjoni taħseb li l-bexxiexa għat-tifi tan-nar jistgħu jkunu mod effiċjenti biex titejjeb is-sikurezza kontra n-nar fil-lukandi meta jkunu stallati f’bini ta’ lukandi ġodda jew f’rotot ta’ evakwazzjoni f’lukandi eżistenti? Il-Kummissjoni temmen li ċ-ċittadini għandhom jibbenefikaw minn standard ta’ l-UE komuni għas-sikurezza kontra n-nirien għal-lukandi?

 

Il-Kummissjoni ddiskutiet il-kwistjoni tas-sikurezza tan-nirien fil-lukandi mill-1986 ‘il quddiem u ma ttieħdet ebda deċiżjoni finali.

 

 

Imressqa: 12.10.2007

Mibgħuta: 16.10.2007

Skadenza: 23.10.2007