Il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobilità Urbana
17.12.2008
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0143/08
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Paolo Costa f’isem il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, Gerardo Galeote f’isem il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
lill-Kummissjoni
Fil-Green Paper dwar il-Mobilità Urbana (COM(2007)0551), kif ukoll fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija (COM(2007)0607) u l-Komunikazzjoni tagħha dwar l-istrateġija għat-twettiq tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni (COM(2008)0435), il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pubblikazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar il-Mobilità Urbana fil-ħarifa tal-2008. Sal-lum, il-Pjan ta' Azzjoni għadu ma ġiex ippubblikat.
Meta wieħed iqis in-nuqqas ta' żmien minħabba li l-leġiżlatura attwali dalwaqt tintemm, il-Kummissjoni biħsiebha tippubblika l-Pjan ta' Azzjoni fil-ġimgħat li ġejjin?
Jekk dan mhuwiex il-każ, mela x'inhuma r-raġunijiet għal dan id-dewmien?
Imressqa: 17.12.2008
Mibgħuta: 19.12.2008
Skadenza: 26.12.2008