Strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-2016-2020
21.9.2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000105/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Fredrick Federley, Catherine Bearder, Gerben-Jan Gerbrandy, Hannu Takkula, Hilde Vautmans, Ivan Jakovčić, Ivo Vajgl, Jens Rohde, Juan Carlos Girauta Vidal, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Marian Harkin, Marit Paulsen, Pavel Telička, Petras Auštrevičius, Ulrike Müller, Jacqueline Foster, Janusz Wojciechowski, Julie Girling, Mark Demesmaeker, Rikke Karlsson, David Borrelli, Eleonora Evi, Fabio Massimo Castaldo, Isabella Adinolfi, Marco Zullo, Rolandas Paksas, Dominique Bilde, Sophie Montel, Adam Szejnfeld, Anna Maria Corazza Bildt, Therese Comodini Cachia, Daniel Buda, Elisabeth Köstinger, Emil Radev, Henna Virkkunen, Milan Zver, Patricija Šulin, Roberta Metsola, Seán Kelly, Sirpa Pietikäinen, Alyn Smith, Bas Eickhout, Benedek Jávor, Davor Škrlec, Heidi Hautala, Igor Šoltes, Jill Evans, Keith Taylor, Klaus Buchner, Pascal Durand, Peter Eriksson, Anja Hazekamp, Kostas Chrysogonos, Merja Kyllönen, Stefan Eck, Anna Hedh, Christel Schaldemose, Derek Vaughan, Flavio Zanonato, Jens Nilsson, Jeppe Kofod, Jude Kirton-Darling, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Maria Noichl, Marita Ulvskog, Marc Tarabella, Marlene Mizzi, Momchil Nekov, Neena Gill, Nessa Childers, Olle Ludvigsson, Paul Brannen, Pavel Poc, Richard Howitt, Tibor Szanyi
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015 (COM(2012)0006) ġiet ferm milqugħa mill-Parlament Ewropew, peress li stabbilixxiet pjan direzzjonali ċar għal azzjonijiet fil-qasam tal-politika tal-UE dwar il-benessri tal-annimali matul l-aħħar ħames snin. Il-Parlament kien partikolarment sodisfatt li l-istrateġija introduċiet ħafna aspetti mir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta’ Mejju 2010[1].
Il-Parlament japprezza l-progress li sar s’issa u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-punti ta’ azzjoni li għadhom pendenti jiġu kkonsenjati fil-ħin.
Il-Kummissjoni se tfassal strateġija ġdida għall-protezzjoni u l-benessri tal-annimali għall-perjodu 2016-2020 sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u ċ-ċarezza ta’ operazzjonijiet li huma essenzjali biex jinkisbu aktar żviluppi pożittivi fil-politika tal-UE dwar il-benessri tal-annimali?
Il-Kummissjoni bi ħsiebha tħejji, bħala parti kruċjali ta’ strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali, proposta għal qafas leġiżlattiv simplifikat tal-UE għall-benessri tal-annimali, kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015[2]?