Il-finanzjament futur tal-UE għan-network tar-radju Euranet Plus
27.5.2021
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000036/2021
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Sabine Verheyen
f'isem il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Proċedura : 2021/2708(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :
O-000036/2021
Testi mressqa :
O-000036/2021 (B9-0023/2021)
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :
Matul dawn l-aħħar 15-il sena, in-network tar-radju pan-Ewropew Euranet Plus ikkontribwixxa b'suċċess, permezz tas-sħubija diversa tiegħu ta' 13-il xandara tar-radju pubbliċi u privati bbażati fi13-il Stat Membru, biex inaqqas id-distakk fl-informazzjoni bejn l-UE u ċ-ċittadini tagħha billi saħħaħ il-fehim u l-promozzjoni tad-dibattitu dwar l-oqsma kollha tat-tfassil tal-politika tal-UE.
- 1.Il-Kummissjoni tirrikonoxxi n-natura unika tal-Euranet Plus, network tar-radju pan-Ewropew b'servizzi editorjali dinamiċi u l-aġenzija tagħha stess li tippjana l-koproduzzjonijiet, tippromwovi l-iskambji u tipproduċi formati verament pan-Ewropej u mfassla apposta għall-membri tagħha, li jagħmilha inkomparabbli ma' kwalunkwe xandar tar-radju individwali fir-rigward tal-missjoni, l-organizzazzjoni u l-mod ta' operazzjoni tiegħu?
- 2.Il-Kummissjoni tikkonferma l-intenzjoni tagħha li ma tkomplix tagħti appoġġ dirett lill-Euranet Plus fil-31 ta' Diċembru 2021, b'għarfien sħiħ tal-konsegwenzi inevitabbli għan-network, li l-uffiċċju ċentrali tiegħu fi Brussell se jingħalaq malajr u l-persunal tiegħu se jingħata s-sensja fil-bidu tal-2022 jekk ma jirċievi l-ebda finanzjament ulterjuri mill-UE?
- 3.Il-Kummissjoni tista' tispjega għaliex, fl-opinjoni tagħha, il-Euranet Plus ma għadhux jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju, li hija fil-fatt issodisfat fl-2017 u fl-2019, u b'hekk illum skwalifikatu minn proċedura ta' finanzjament magħluqa, minkejja investimenti sinifikanti li saru mill-organizzazzjoni f'dawn l-aħħar snin li b’mod partikolari wasslu għal kontroll editorjali msaħħaħ u biex fil-fatt jissaħħew il-karatteristiċi speċifiċi li jiġġustifikaw eċċezzjoni għar-regola ġenerali tal-għoti tal-għotjiet fuq il-bażi ta' sejħa għal proposti?
- 4.Il-Kummissjoni tista' tispjega x'arranġamenti jeħtieġ li jsiru, kemm f'termini legali kif ukoll baġitarji, sabiex jiġi pprovdut ftehim ta' għotja diretta ta' sentejn lil Euranet Plus, permezz ta' miżura tranżitorja, għall-perjodu 2022–2023?
Imressqa: 27.5.2021
Skadenza: 28.8.2021
Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Mejju 2021