15. Ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissarji - Is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fl-Ewropa: kif nipprevjenu kriżijiet sanitarji futuri fl-agrikoltura u kif inħejju ruħna għalihom
Il-President fakkret fil-qosor fil-modalitajiet ta' żvolġiment tal-ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissarji.
Ľuboš Blaha, lura għall-punt “Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti”, intervjena dwar fatt personali li jikkonċerna affermazzjonijiet magħmula fil-ftuħ tas-seduta tal-ġurnata ta' qabel minn Petras Auštrevičius (punt 9 tal-minuti tad-data 21.10.2024).
Stella Kyriakides (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsijiet li sarulha mill-Membri: Sunčana Glavak, Dario Nardella, Csaba Dömötör, Carlo Fidanza, Hilde Vautmans, Tilly Metz, Anja Hazekamp, Herbert Dorfmann, Christophe Clergeau, Manuela Ripa, Cristina Maestre, Mireia Borrás Pabón, Jessika Van Leeuwen, Eric Sargiacomo, Jadwiga Wiśniewska, Borja Giménez Larraz, Michal Wiezik u Carmen Crespo Díaz.
(Is-seduta ġiet sospiża fl-16.26 għal raġunijiet tekniċi.)