Ċertifikat Aħdar Diġitali - Ċittadini tal-Unjoni ***I Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Aħdar Diġitali) [COM(2021)0130 - C9-0104/2021- 2021/0068(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0145) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 29)
Ċertifikat Aħdar Diġitali - ċittadini ta' pajjiżi terzi ***I Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Aħdar Diġitali) [COM(2021)0140 - C9-0100/2021 - 2021/0071(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDA
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0146) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 30)
It-tassazzjoni diġitali: in-negozjati tal-OECD, ir-residenza tat-taxxa tal-kumpaniji diġitali u l-eventwalità ta' Taxxa Diġitali Ewropea Rapport dwar it-tassazzjoni diġitali: in-negozjati tal-OECD, ir-residenza tat-taxxa tal-kumpaniji diġitali u l-eventwalità ta' Taxxa Diġitali Ewropea [2021/2010(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Andreas Schwab u Martin Hlaváček (A9-0103/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0147) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 31)
L-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0219/2021
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0148) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 32)
Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima I - Il-Parlament Ewropew [COM(2020)0288 - C9-0221/2020 - 2020/2141(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Petri Sarvamaa (A9-0044/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0165) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 49)
Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill [COM(2020)0288 - C9-0222/2020 - 2020/2142(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Pascal Durand (A9-0056/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0166) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 50)
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali dwar:
Pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 [COM(2019)0619 - C9-0188/2019 - 2019/0272(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Giuseppe Ferrandino (A9-0149/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Adozzjoni kif emendata (P9_TA(2021)142) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 26)
L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.
Protezzjoni tal-ħamrija Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0221/2021
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni(P9_TA(2021)143) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 27)
Interventi
- Juan Fernando López Aguilar (rapporteur) biex jitlob li l-kwistjonijiet li ġejjin jiġu riferuti lill-kumitat kompetenti skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura: