Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 10k
It-Tnejn, 7 ta' Ġunju 2021 - Strasburgu

16. Sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar it-talba għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura):

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 (emenda tar-Regolament (UE) 2016/1628) ***I
[COM(2021)0254 - C9-0185/2021 - 2021/0129(COD)].

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni tal-ftehimiet proviżorji ta':

Emendi konsegwenzjali tal-ETIAS: kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE oħrajn u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 u r-Regolament (UE) 2019/816 [COM(2019)0003 - C8-0025/2019 - 2019/0001A(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jeroen Lenaers (A9-0254/2020);

Emendi konsegwenzjali tal-ETIAS: fruntieri u viżi ***I
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE oħrajn għall-finijiet tal-ETIAS u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1240, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (UE) 2017/2226 u r-Regolament (UE) 2018/1861 [COM(2019)0004 - C8-0024/2019 - 2019/0002(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jeroen Lenaers (A9-0255/2020).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet uniċi rigward:

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2020/003 DE/GMH Guss - Ġermanja
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Ġermanja – EGF/2020/003 DE/GMH Guss [COM(2021)0207 - C9-0156/2021 - 2021/0107(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Jens Geier (A9-0189/2021);

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2020/005 BE/Swissport - Belġju
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2020/005 BE/Belgium Swissport [COM(2021)0212 – C9-0159/2021 – 2021/0109(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Olivier Chastel (A9-0188/2021);

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2020/004 NL/KLM - Netherlands
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata min-Netherlands – EGF/2020/004 NL/KLM - Netherlands [COM(2021)0226 – C9-0161/2021 – 2021/0115(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Monika Vana (A9-0187/2021);

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2020/007 FI/Finnair - Finlandja
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Finlandja – EGF/2020/007 FI/Finnair [COM(2021)0227 – C9-0162/2021 – 2021/0116(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Eero Heinäluoma (A9-0186/2021).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni tal-emenda għal:

Emendi konsegwenzjali tal-ETIAS: ECRIS-TCN ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE oħrajn għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar [COM(2019)0003 - C9-0090/2021 - 2019/0001B(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jeroen Lenaers (A9-0083/2021).

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sas-19.15.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ir-riżultati tal-votazzjoni se jitħabbru għada nhar it-Tlieta 8 ta' Ġunju 2021, 09.00 (punt 2 tal-Minuti tad-data 8.6.2021).

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Diċembru 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza