Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ġimgħa 21 ta' Mejju 2021 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.10.
3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza
Il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkażjoni tar-ritorn tas-seduta plenarja tal-Parlament fis-sede tiegħu, Strasburgu, wara assenza ta' iktar minn ħmistax-il xahar minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Stqarr li qies dan ir-ritorn bħala sinjal ta' fiduċja u tama wara l-isfidi li batew is-soċjetajiet tagħna. Hu nnota l-fatt li, permezz tal-miżuri straordinarji u l-metodi ta' ħidma l-ġodda, il-Parlament seta' jaqdi dmirijietu u jeżerċita l-prerogattivi tiegħu. Hu rringrazzja lill-awtoritajiet Franċiżi u liċ-ċittadini ta' Strasburgu għall-appoġġ u għall-ospitalità tagħhom, u sellem lis-sindku ta' Strasburgu preżenti fis-sala.
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
Il-Minuti tas-seduti tad-dati 17, 18, 19, 20 u 21 ta' Mejju 2021 ġew approvati.
⁂
Jérémy Decerle informa li kien preżenti għas-seduta tat-18 ta' Mejju 2021 iżda ismu ma jidhirx fir-reġistru ta' attendenza.
5. Talba għat-tneħħija tal-immunità
L-awtoritajiet Portugiżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Álvaro Amarofl-ambitu ta' proċedura kriminali mibdija kontrih quddiem it-Tribunal tad-distrett ta' Guarda.
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.
6. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
Lucia Vuolo m'għadhiex membru tal-Grupp ID u tpoġġi mal-Membri mhux affiljati b'effett mill-4 ta' Ġunju 2021.
7. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva mill-Grupp PPE d-deċiżjoni li ġejja li timmodifika l-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
Kumitat EMPL: Lukas Mandl minflok Christian Sagartz
Din id-deċiżjoni jibda jkollha effett mid-data tal-lum.
8. Pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-ewwel qari
Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 63(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 - Adottata mill-Kunsill fis-26 ta' Mejju 2021 (06879/1/2021 - COM(2021)0267 - C9-0191/2021 - 2018/0243(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: AFET, DEVE;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern - Adottata mill-Kunsill fis-27 ta' Mejju 2021 (05488/1/2021 - COM(2021)0289 - C9-0192/2021 - 2018/0199(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: REGI;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi - Adottata mill-Kunsill fis-27 ta' Mejju 2021 (06674/1/2021 - COM(2021)0291 - C9-0193/2021 - 2018/0196(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: REGI;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni - Adottata mill-Kunsill fis-27 ta' Mejju 2021 (06168/1/2021 - COM(2021)0283 - C9-0194/2021 - 2018/0197(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: REGI;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 - Adottata mill-Kunsill fis-27 ta' Mejju 2021 (06980/2/2021 - COM(2021)0298 - C9-0195/2021 - 2018/0206(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: EMPL;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali - Adottata mill-Kunsill fis-27 ta' Mejju 2021 (07234/1/2021 - COM(2021)0256 - C9-0196/2021 - 2018/0258(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-parlament ewropew u tal-kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża - Adottata mill-Kunsill fis-27 ta' Mejju 2021 (05950/1/2021 - COM(2021)0303[01] - C9-0198/2021 - 2018/0152A(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 603/2013, (UE) 2016/794, (UE) 2018/1862, (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta' informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża – Adottata fis-27 ta' Mejju 2021 (05951/1/2021 - COM(2021)0302[01] - C9-0199/2021 - 2018/0152B(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE.
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjonijiet tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 8 ta' Ġunju 2021.
⁂
Il-President informa li r-rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari li jikkonċernaw il-fajls li ġejjin se jiddaħħlu fl-aġenda ta' din is-sessjoni, bir-riżerva tal-adozzjoni tagħhom mill-kumitati responsabbli rispettivi, jiġifieri l-Kumitati IMCO, AFET/DEVE u EMPL:
- L-istabbiliment tal-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali (2018/0258(COD));
- Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali 2021-2027 – Global Europe (2018/0243(COD));
- Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) 2021-2027 (2018/0206(COD)).
9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar id-deċiżjoni tal-Kumitat REGI li jidħol f'negozjati interistituzzjonali f'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, abbażi tar-rapport li ġej:
- Kumitat REGI: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (COM(2020)0854 – C9-0433/2020 – 2020/0380(COD)) – : Rapporteur: Pascal Arimont (A9-0178/2021).
F'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada t-Tlieta 8 ta' Ġunju 2021, li d-deċiżjoni għal dħul f'negozjati jittieħed vot fuqha.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.
10. Atti delegati (Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Skont l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fir-rigward ta':
- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2021 li jestendi l-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 89(1), fl-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2021)3114 - 2021/2680(DEA)) (B9-0315/2021).
Jekk ma titressaq l-ebda oġġezzjoni minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx fi żmien 24 siegħa wara t-tħabbir fil-plenarja, din ir-rakkomandazzjoni għandha titqies bħala approvata. Jekk dan ma jkunx il-każ, ir-rakkomandazzjoni titressaq għal votazzjoni.
11. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 9 ta' Ġunju 2021 se jiffirma l-att li ġej, adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (00041/2021/LEX - C9-0201/2021 - 2018/0243(COD)).
12. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) minn istituzzjonijiet oħra
- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-makkinarju u l-prodotti relatati (COM(2021)0202 - C9-0145/2021 - 2021/0105(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli:
IMCO
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (L-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) u li jemenda ċerti atti leġiżlattivi tal-Unjoni (COM(2021)0206 - C9-0146/2021 - 2021/0106(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli:
IMCO
opinjoni:
ENVI, ITRE, TRAN, JURI, LIBE
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (COM(2021)0223 - C9-0167/2021 - 2021/0114(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli:
INTA
opinjoni:
DEVE, ECON, EMPL, IMCO, JURI
- Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inkluż ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, inkluż Greenland) (08656/2021 - C9-0189/2021 - 2018/0244(CNS))
irriferut
responsabbli:
DEVE
2) mill-kumitati parlamentari
- Rapport dwar id-dimensjoni tal-ġeneru fil-politika ta' koeżjoni (2020/2040(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Monika Vana (A9-0154/2021)
- Rapport dwar it-tħeġġiġ tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni u l-karrieri fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija u tal-matematika (STEM) (2019/2164(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Susana Solís Pérez (A9-0163/2021)
- Rapport dwar il-politika tal-kompetizzjoni – rapport annwali 2020 (2020/2223(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Johan Van Overtveldt (A9-0168/2021)
- ***I Rapport dwar il-proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-estensjoni tat-terminu tad-drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità għall-ispeċijiet tal-ispraġ, u għall-gruppi tal-ispeċijiet tal-basal tal-fjuri, għall-pjanti għudin bi frott żgħir u għall-pjanti ornamentali għudin (COM(2021)0036 - C9-0010/2021 - 2021/0019(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Bert-Jan Ruissen (A9-0171/2021)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn (Thunnus thynnus) u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 640/2010 (COM(2020)0670 - C9-0336/2020 - 2020/0302(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Gabriel Mato (A9-0172/2021)
- Rapport fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-75 u s-76 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2020/2128(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: María Soraya Rodríguez Ramos (A9-0173/2021)
- Rapport dwar abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom (2021/2053(INL)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Paulo Rangel (A9-0174/2021)
- Rapport dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna (2020/2273(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: César Luena (A9-0179/2021)
- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Finlandja – EGF/2020/007 FI/Finnair (COM(2021)0227 - C9-0162/2021 - 2021/0116(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Eero Heinäluoma (A9-0186/2021)
- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata min-Netherlands – EGF/2020/004 NL/KLM - Netherlands (COM(2021)0226 - C9-0161/2021 - 2021/0115(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Monika Vana (A9-0187/2021)
- Dan it-titolu m'huwiex disponibbli fil-lingwi kollha bhalissa Report on proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund following an application from Belgium – EGF/2020/005 BE/Swissport (COM(2021)0212 - C9-0159/2021 - 2021/0109(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Olivier Chastel (A9-0188/2021)
- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Ġermanja – EGF/2020/003 DE/GMH Guss (COM(2021)0207 - C9-0156/2021 - 2021/0107(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Jens Geier (A9-0189/2021)
13. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):
- O-000017/2021 imressqa minn Lucia Ďuriš Nicholsonová, Rosa Estaràs Ferragut, Pierfrancesco Majorino, Jordi Cañas, Stefania Zambelli, Katrin Langensiepen u José Gusmão, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: L-awtiżmu u l-impjieg inklużiv (2020/2585(RSP)) (B9-0017/2021);
- O-000029/2021 imressqa minn Antonio Tajani u Domènec Ruiz Devesa, f'isem il-Kumitat AFCO, lill-Kunsill: Id-dritt ta' inkjesta tal-Parlament (B9-0020/2021);
- O-000030/2021 imressqa minn Antonio Tajani u Domènec Ruiz Devesa, f'isem il-Kumitat AFCO, lill-Kummissjoni: Id-dritt ta' inkjesta tal-Parlament (B9-0021/2021);
- O-000034/2021 imressqa minn Pierre Karleskind, f'isem il-Kumitat PECH, lill-Kummissjoni: Sajd u akkwakultura reżiljenti għat-tibdil fil-klima fl-UE (B9-0022/2021);
- O-000036/2021 imressqa minn Sabine Verheyen, f'isem il-Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: Il-finanzjament futur tal-UE għan-network tar-radju Euranet Plus (B9-0023/2021);
- O-000037/2021 imressqa minn Cristian-Silviu Buşoi, f'isem il-Kumitat ITRE, lill-Kummissjoni: L-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali (B9-0024/2021).
14. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Ġunju I 2021 (PE 693.498/PDOJ) tqassam.
Il-President għarraf li rċieva talba għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura) fir-rigward tal-fajl leġiżlattiv li ġej:
- Dispożizzjonijiet tranżizzjonali biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 (emenda tar-Regolament (UE) 2016/1628) (punt 159 tal-PDOJ).
Din it-talba se tkun sottoposta għal vot waqt is-sessjoni ta' votazzjoni tal-lum.
Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-bidliet li ġejjin lill-abbozz definittiv tal-aġenda:
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
Id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar L-iskrutinju tal-Parlament dwar il-valutazzjoni li qed issir mill-Kummissjoni u mill-Kunsill tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (punt 96 tal-PDOJ) se jitressqu bħala t-tielet punt tal-aġenda, wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar Is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali dwar ir-Riżorsi Proprji (punt 97 tal-PDOJ).
Id-dibattitu dwar ir-rapport ta' María Soraya Rodríguez Ramos dwar Il-75 u s-76 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (punt 31 tal-PDOJ) se jitressaq bħala r-raba' punt tal-aġenda ta' waranofsinhar wara d-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar Id-drittijiet tal-bniedem u s-sitwazzjoni politika f'Kuba (punt 101 tal-PDOJ).
L-Erbgħa
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
Il-Ħamis
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
Il-votazzjoni se jitqassmu bejn id-diversi sessjonijiet ta' votazzjoni skont l-għadd ta' emendi u l-għadd ta' talbiet għal votazzjonijiet maqsuma u ta' votazzjonijiet separati. L-informazzjoni dwar it-tqassim tal-votazzjonijiet f'diversi sessjonijiet ta' votazzjoni se tkun disponibbli fis-sit tal-internet tal-Parlament fit-taqsima "Informazzjoni u dokumenti prijoritarji".
Il-Parlament approva l-modifiki.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
15. L-istat tal-Unjoni tal-SMEs - Implimentazzjoni tal-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar / Mira ta' tnaqqis tal-piż amministrattiv (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: L-istat tal-Unjoni tal-SMEs (2021/2709(RSP))
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Implimentazzjoni tal-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar / Mira ta' tnaqqis tal-piż amministrattiv (2021/2710(RSP))
Nicolas Schmit (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
PRESIDENZA: Othmar KARAS Viċi President
Interventi ta': Cristian-Silviu Buşoi f'isem il-Grupp PPE, Josianne Cutajar f'isem il-Grupp S&D, Martina Dlabajová f'isem il-Grupp Renew, Paolo Borchia f'isem il-Grupp ID, Robert Roos f'isem il-Grupp ECR, Sandra Pereira, f'isem il-Grupp The Left, Ivan Vilibor Sinčić Membru mhux affiljat, Henrike Hahn f'isem il-Grupp Verts/ALE, Henna Virkkunen, Carlos Zorrinho, Mauri Pekkarinen u Philippe Olivier.
Emendi konsegwenzjali tal-ETIAS: kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE oħrajn u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 u r-Regolament (UE) 2019/816 [COM(2019)0003 - C8-0025/2019 - 2019/0001A(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jeroen Lenaers (A9-0254/2020);
Emendi konsegwenzjali tal-ETIAS: fruntieri u viżi ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE oħrajn għall-finijiet tal-ETIAS u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1240, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (UE) 2017/2226 u r-Regolament (UE) 2018/1861 [COM(2019)0004 - C8-0024/2019 - 2019/0002(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jeroen Lenaers (A9-0255/2020).
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2020/003 DE/GMH Guss - Ġermanja Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Ġermanja – EGF/2020/003 DE/GMH Guss [COM(2021)0207 - C9-0156/2021 - 2021/0107(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Jens Geier (A9-0189/2021);
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2020/005 BE/Swissport - Belġju Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2020/005 BE/Belgium Swissport [COM(2021)0212 – C9-0159/2021 – 2021/0109(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Olivier Chastel (A9-0188/2021);
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2020/004 NL/KLM - Netherlands Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata min-Netherlands – EGF/2020/004 NL/KLM - Netherlands [COM(2021)0226 – C9-0161/2021 – 2021/0115(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Monika Vana (A9-0187/2021);
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2020/007 FI/Finnair - Finlandja Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Finlandja – EGF/2020/007 FI/Finnair [COM(2021)0227 – C9-0162/2021 – 2021/0116(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Eero Heinäluoma (A9-0186/2021).
Emendi konsegwenzjali tal-ETIAS: ECRIS-TCN ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE oħrajn għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar [COM(2019)0003 - C9-0090/2021 - 2019/0001B(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jeroen Lenaers (A9-0083/2021).
17. L-istat tal-Unjoni tal-SMEs - Implimentazzjoni tal-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar / Mira ta' tnaqqis tal-piż amministrattiv (tkomplija tad-dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: L-istat tal-Unjoni tal-SMEs (2021/2709(RSP))
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Implimentazzjoni tal-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar / Mira ta' tnaqqis tal-piż amministrattiv (2021/2710(RSP))
Interventi ta': Eugen Jurzyca, Giorgos Georgiou, Enikő Győri, Jens Gieseke, Patrizia Toia, Dragoş Pîslaru, Isabella Tovaglieri, Geert Bourgeois, Maria da Graça Carvalho, Bettina Vollath, Liesje Schreinemacher, France Jamet, Raffaele Stancanelli, Angelika Winzig, Robert Hajšel, Ondřej Kovařík, Bogdan Rzońca, Ivan Štefanec, Lina Gálvez Muñoz, Nicola Beer, Angelika Niebler u Leszek Miller.
PRESIDENZA: Dita CHARANZOVÁ Viċi President
Interventi ta': Riho Terras, Maria Spyraki, Isabel Benjumea Benjumea u Markus Ferber.
Intervent ta': Nicolas Schmit (Membru tal-Kummissjoni).
Id-dibattitu ngħalaq.
18. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President ħabbret li l-President tal-Parlament irċieva mill-Grupp ID id-deċiżjoni li ġejja li timmodifika l-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
Kumitat TRAN: Paolo Borchia
Din id-deċiżjoni jibda jkollha effett mid-data tal-lum.
19. Politika tal-kompetizzjoni – rapport annwali 2020 (dibattitu)
Rapport dwar il-politika tal-kompetizzjoni – rapport annwali 2020 [2020/2223(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Johan Van Overtveldt (A9-0168/2021)
Intervent ta': Margrethe Vestager (Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Stéphanie Yon-Courtin (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Fulvio Martusciello f'isem il-Grupp PPE, Marc Angel f'isem il-Grupp S&D, Claude Gruffat f'isem il-Grupp Verts/ALE, Maximilian Krah f'isem il-Grupp ID, José Gusmão, f'isem il-Grupp The Left, u Clara Ponsatí Obiols Membru mhux affiljata.
Johan Van Overtveldt ippreżenta r-rapport.
Interventi ta': Lídia Pereira, Paul Tang, Jean-Lin Lacapelle, Manon Aubry, Enikő Győri u Alfred Sant.
20. Id-dimensjoni tal-ġeneru fil-politika ta' koeżjoni (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar id-dimensjoni tal-ġeneru fil-politika ta' koeżjoni [2020/2040(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Monika Vana (A9-0154/2021)
Interventi ta': Bettina Vollath (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Gabriel Mato (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PECH), Alexander Bernhuber f'isem il-Grupp PPE, Mohammed Chahim f'isem il-Grupp S&D, María Soraya Rodríguez Ramos f'isem il-Grupp Renew, Ville Niinistö f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ivan David f'isem il-Grupp ID, Anna Zalewska f'isem il-Grupp ECR, Nikolaj Villumsen, f'isem il-Grupp The Left, Ivan Vilibor Sinčić Membru mhux affiljat, Jessica Polfjärd, Jytte Guteland, Pascal Canfin, Anna Deparnay-Grunenberg, Gianantonio Da Re, Andrey Slabakov, Silvia Modig, Dorien Rookmaker, Norbert Lins, Delara Burkhardt, Elsi Katainen, Bas Eickhout, Jadwiga Wiśniewska, Manuel Bompard, Edina Tóth, Pernille Weiss, Manuel Pizarro, Pierre Karleskind, Benoît Biteau, Mazaly Aguilar, Anja Hazekamp, Christine Schneider, Cyrus Engerer, Karin Karlsbro, Grace O'Sullivan, Bert-Jan Ruissen, Agnès Evren, Joachim Schuster, Ulrike Müller, Jutta Paulus, Herbert Dorfmann, Christel Schaldemose, Martin Hojsík, Rosa D'Amato, Michal Wiezik, Nicolae Ştefănuță, Pär Holmgren u Emma Wiesner.
22. L-istabbiliment tal-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali ***II (dibattitu)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri [07234/1/2021 - C9-0196/2021- 2018/0258(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Jiří Pospíšil (A9-0196/2021)
Andreas Schwab (rapporteur sostitut) ippreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Interventi ta': Antonius Manders f'isem il-Grupp PPE, Adriana Maldonado López f'isem il-Grupp S&D, Vlad-Marius Botoş f'isem il-Grupp Renew, Anna Cavazzini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Carlo Fidanza f'isem il-Grupp ECR u Beata Mazurek.
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.
B'mod eċċezzjonali ġew aċċettati spjegazzjonijiet tal-vot ta' tul massimu ta' 400 kelma.
24. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jinsabu fid-dokument “Riżultati tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet”, anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament. Huma indikati għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma jbiddlu bl-ebda mod ir-riżultat tal-votazzjoni kif imħabbra fil-plenarja.
Id-dokument jiġi aġġornat regolarment tul perjodu massimu ta' ġimagħtejn wara s-sessjoni parzjali.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-lista tal-korrezzjonijiet għall-voti u tal-intenzjonijiet tal-vot tingħalaq sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
25. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 693.498/OJMA).
Joveva Irena, Kokalari Arba, Maydell Eva, Ochojska Janina, Skyttedal Sara
⁂
Minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ġiet stabbilita sistema ta' votazzjoni mill-bogħod (ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta' Marzu 2020 li tikkompleta d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2004 rigward ir-regoli dwar il-votazzjonijiet). L-ismijiet tal-Membri li ħadu sehem fil-votazzjoni jinsabu fid-dokument "Riżultat tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet", anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.