Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0176(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

A8-0240/2017

Dibattiti :

PV 14/09/2021 - 15
CRE 14/09/2021 - 15

Votazzjonijiet :

PV 15/09/2021 - 12

Testi adottati :

P9_TA(2021)0374

Minuti
XML 28k
L-Erbgħa, 15 ta' Settembru 2021 - Strasburgu

12. Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni

Il-President qrat ir-riżultati tal-votazzjonijiet:

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021: Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 - Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit [10945/2021 - C9-0348/2021 - 2021/0022(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Pierre Larrouturou (A9-0263/2021)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2021)0370)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 8)

Il-pożizzjoni tal-Kunsill b'hekk ġiet approvata.

Il-baġit emendatorju Nru 3/2021 ġiet adottat definittivament.

Estensjoni tal-validità taċ-ċertifikati tas-sikurezza u tal-liċenzji tal-impriżi ferrovjarji li joperaw permezz taċ-Channel Fixed Link ***I
[COM(2021)0402 - C9-0314/2021- 2021/0228(COD)] - Kumitat TRAN

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2021)0371)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 9)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi [COM(2021)0108 - C9-0094/2021- 2021/0055(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Pascal Canfin (A9-0195/2021)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

FTEHIM PROVIŻORJU

Adozzjoni (P9_TA(2021)0372)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 10)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit [COM(2020)0854 - C9-0433/2020 - 2020/0380(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Pascal Arimont (A9-0178/2021)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

FTEHIM PROVIŻORJU

Adozzjoni (P9_TA(2021)0373)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 11)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Direttiva dwar il-Karta Blu tal-UE ***I
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg b'ħiliet għolja [COM(2016)0378 - C8-0213/2016 - 2016/0176(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Javier Moreno Sánchez (A8-0240/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

PROPOSTA GĦAL RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

FTEHIM PROVIŻORJU

Adozzjoni (P9_TA(2021)0374)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 12)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

L-Istrument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA III) 2021-2027 ***II
Rakkomandazzjoni għat-Tieni Qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) [06604/1/2021 - C9-0352/2021- 2018/0247(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteurs: Tonino Picula u Željana Zovko (A9-0266/2021)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament meħtieġa għall-emenda jew għaċ-ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill)

PROPOSTA GĦAL RIFJUT TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Rifjut

Il-pożizzjoni tal-Kunsill b'hekk titqies approvata.
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 13)

L-att propost b'hekk ġie adottat. (P9_TA(2021)0375)

Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard [COM(2020)0726 - C9-0366/2020- 2020/0320(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Joanna Kopcińska (A9-0253/2021)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Adozzjoni kif emendat (P9_TA(2021)0376)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 14)

TALBA GĦAL RIFERIMENT LILL-KUMITAT

Approvat b'VSI (604 voti favur, 82 kontra, 9 astensjonijiet)

Theddid transkonfinali serju għas-saħħa ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE [COM(2020)0727 - C9-0367/2020- 2020/0322(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Véronique Trillet-Lenoir (A9-0247/2021)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Adozzjoni kif emendat (P9_TA(2021)0377)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 15)

TALBA GĦAL RIFERIMENT LILL-KUMITAT

Approvat b'VSI (604 voti favur, 84 kontra, 7 astensjonijiet)

Oġġezzjoni skont l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta' Proċedura: Kriterji għad-deżinjazzjoni tal-antimikrobiċi li għandhom jiġu riżervati għat-trattament ta' ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0424/2021

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

EMENDI

(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 20)

Strateġija UE-Ċina ġdida
Rapport dwar strateġija UE-Ċina ġdida [2021/2037(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Hilde Vautmans (A9-0252/2021)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0382)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 21)

Id-direzzjoni tar-relazzjonijiet politiċi bejn l-UE u r-Russja
Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar id-direzzjoni tar-relazzjonijiet politiċi bejn l-UE u r-Russja [2021/2042(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Andrius Kubilius (A9-0259/2021);

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0383)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 22)

Linji gwida għall-politiki tal-impjiegi tal-Istati Membri *
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri [COM(2021)0282 - C9-0205/2021 - 2021/0137(NLE)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Lucia Ďuriš Nicholsonová (A9-0262/2021);

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0384)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 23)

Kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi, drittijiet u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema tal-pjattaformi – Forom ġodda ta' impjieg marbuta mal-iżvilupp diġitali
Rapport dwar kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi, drittijiet u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema tal-pjattaformi – forom ġodda ta' impjieg marbuta mal-iżvilupp diġitali [2019/2186(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Sylvie Brunet (A9-0257/2021)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

EMENDA

Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0385)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 24)

Sajjieda għall-futur
Rapport Sajjieda għall-futur: Nattiraw ġenerazzjoni ġdida ta' ħaddiema lejn l-industrija tas-sajd u niġġeneraw impjiegi fil-komunitajiet kostali [2019/2161(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Manuel Pizarro (A9-0230/2021)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

EMENDA

Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0386)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 25)

Pjanijiet u azzjonijiet biex titħaffef tranżizzjoni lejn l-innovazzjoni mingħajr l-użu ta' annimali fir-riċerka, l-ittestjar regolatorju u l-edukazzjoni
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0425/2021

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0387)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 26)

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Jannar 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza