(b) id-dritt li wieħed jiftaħ negozju jew jagħti servizz,
(c) il-libertà tal-għoti ta' servizzi, ħlief fis-settur finanzjarju u fis-settur postali;
2. għall-funzjonament tas-Suq Uniku, inkluż miżuri li għandhom bħala skop l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' affarijiet li jistgħu jkunu ta' xkiel għall-implimentazzjoni tas-Suq Uniku, inkluż is-Suq Uniku Diġitali;
3. għall-promozzjoni u l-ħarsien tal-interessi ekonomiċi tal-konsumatur, ħlief għall-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa u s-sigurtà tal-ikel;
4. għall-politika u l-leġiżlazzjoni rigward l-infurzar tar-regoli dwar is-Suq Uniku u d-drittijiet tal-konsumatur.