Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
L-għaxar leġiżlatura - Lulju 2024
EPUB 158kPDF 922k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
III.   Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Kumitat responsabbli għall-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-twaqqif, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni u r-relazzjonijiet ekonomiċi esterni tagħha, b'mod partikolari:

1.   ir-relazzjonijiet finanzjarji, ekonomiċi u kummerċjali ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet reġjonali;

2.   it-tariffa esterna komuni u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ, kif ukoll l-aspetti esterni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dwana u l-ġestjoni tagħha;

3.   il-ftuħ, il-monitoraġġ, il-konklużjoni u s-segwitu ta' ftehimiet kummerċjali bilaterali, multilaterali u plurilaterali li jirregolaw ir-relazzjonijiet ekonomiċi,kummerċjali u ta' investiment ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet reġjonali;

4.   il-miżuri ta' armonizzazzjoni teknika jew ta' standardizzazzjoni teknika f'oqsma koperti minn strumenti tal-liġi internazzjonali;

5.   ir-relazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti u ma' fora internazzjonali dwar kwistjonijiet relalati mal-kummerċ, u ma' organizzazzjonijiet li jippromwovu integrazzjoni ekonomika u kummerċjali fuq livell reġjonali barra mill-Unjoni;

6.   ir-relazzjonijiet mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), inkluża d- dimensjoni parlamentari tagħha.

Il-kumitat jikkomunika mad-delegazzjonijiet interparlamentari u ad hoc li huma rilevanti dwar l- aspetti ekonomiċi u kummerċjali tar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza