TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 2 : UFFIĊJALI TAL-PARLAMENT
Artikolu 15 : Nomini u dispożizzjonijiet ġenerali
(1)
1. Il-President għandu jkun elett b'votazzjoni sigrieta, segwit mill-Viċi Presidenti u l-Kwesturi, skont l-Artikolu 198.
In-nomini għandhom ikunu bil-kunsens tal-innominat, u jistgħu jsiru biss minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx. Nomini ġodda jistgħu jiġu ppreżentati qabel kull votazzjoni.
Jekk in-numru ta' nomini ma jaqbiżx in-numru ta' siġġijiet li jridu jimtlew, il-kandidati għandhom jiġu eletti b'akklamazzjoni, sakemm ma jkunx hemm talba għal votazzjoni sigrieta minn għadd ta' Membri jew minn grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu għoli.
Fil-każ ta' votazzjoni waħda għal aktar minn detentur ta' uffiċjal wieħed, il-karta tal-vot għandha tkun valida biss jekk aktar min-nofs il-voti disponibbli jkunu ntefgħu.
2. Meta jkunu qegħdin jiġu eletti il-President, il-Viċi Presidenti u tal-Kwesturi, għandha titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati b'mod ġenerali rappreżentanza ġusta tal-fehmiet politiċi, kif ukoll bilanċ tal-ġeneru u bilanċ ġeografiku.