1. Il-kariga tal-President, tal-Viċi Presidenti u tal-Kwesturi għandha tkun ta' sentejn u nofs.
Meta Membru jibdel il-grupp politiku tiegħu huwa jżomm, sakemm jiskadi ż-żmien tal-kariga ta' sentejn u nofs, kwalunkwe siġġu li jkollu fil-Bureau jew bħala Kwestur.
2. Jekk xi waħda minn dawn il-karigi ssir vakanti qabel ma jiskadi dan iż-żmien, il-Membru elett għandu jservi biss għall-perjodu li jkun jifdal miż-żmien tal-kariga tal-predeċessur tiegħu.