Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
L-għaxar leġiżlatura - Lulju 2024
EPUB 158kPDF 922k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 1 : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 44 : Aċċess għal dokumenti u l-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament

1.   Matul il-proċedura leġiżlattiva, il-Parlament u l-kumitati tiegħu għandhom jitolbu aċċess għad-dokumenti kollha li għandhom x'jaqsmu ma' proposti għal atti leġiżlattivi, bl-istess kundizzjonijiet li jgawdu l-Kunsill u l-gruppi ta' ħidma tiegħu.

2.   Waqt l-eżami ta' proposta għal att leġiżlattiv, il-kumitat responsabbli għandu jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iżommuh mgħarraf dwar il-progress ta' din il-proposta fi ħdan il-Kunsill u l-gruppi ta' ħidma tiegħu, u b'mod partikulari biex iżommuh mgħarraf dwar l-iżvilupp ta' kull kompromess li jkun se jemenda sostanzjalment il-proposta oriġinali għal att leġiżlattiv, jew dwar il-ħsieb tal-awtur li jirtira l-proposta tiegħu.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza