Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
L-għaxar leġiżlatura - Lulju 2024
EPUB 158kPDF 922k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 5 : AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI

Artikolu 88 : Reviżjoni simplifikata tat-Trattati

1.   Skont l-Artikoli 46 u 55 tar-Regoli tal-Proċedura, il-kumitat responsabbli jista' jippreżenta lill-Parlament, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 48(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, rapport li jkun fih proposti indirizzati lill- Kunsill Ewropew għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet kollha jew parti minnhom tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   Meta l-Parlament jiġi kkonsultat, skont l-Artikolu 48(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq proposta għal deċiżjoni tal- Kunsill Ewropew li temenda t-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura għandu japplika mutatis mutandis. F'dak il-każ, il-mozzjoni għal riżoluzzjoni jista' jkollha biss proposti għal emendi ta' dispożizzjonijiet fit-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza