TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 5 : AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI
Artikolu 90 : Irtirar mill-Unjoni
Jekk Stat Membru jiddeċiedi, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jirtira mill-Unjoni, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli. L-Artikolu 89 għandu japplika
mutatis mutandis. Il-Parlament għandu jiddeċiedi dwar jekk japprovax il-ftehim dwar l-irtirar b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.