TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 5 : AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI
Artikolu 93 : Kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri
1. Talbiet għall-introduzzjoni ta' koperazzjoni msaħħa bejn Stati Membri skont l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu riferuti mill-President lill-Kumitat responsabbli biex jiġu eżaminati. Għandu japplika l-Artikolu 107.
2. Il-kumitat responsabbli għandu jivverifika l-konformità mal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
3. Atti sussegwenti proposti taħt reġim ta' koperazzjoni msaħħa, malli dan ikun stabbilit, għandhom ikunu trattati mill-Parlament skont l-istess proċeduri bħal dawk li kienu jiġu applikati kieku l-ebda koperazzjoni msaħħa ma tkun ġiet stabbilita. L-Artikolu 48 għandu japplika.