TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 6 : PROĊEDURI BAĠITARJI
Artikolu 100 : L-Implimentazzjoni tal-baġit
1. Il-Parlament għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena kurrenti. Dan id-dover għandu jingħata lill-kumitat responsabbli għall-kontroll tal-baġit u lill-kumitati l-oħra li jkunu kkonċernati.
2. Kull sena, qabel l-ewwel qari tiegħu tal-abbozz tal-baġit għas-sena finanzjarja ta' wara, il-Parlament għandu jeżamina l-problemi ffaċċjati fl-implimentazzjoni tal-baġit kurrenti, jekk ikun il-każ abbażi ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni mqiegħda fuq il-Mejda mill-kumitat responsabbli.