Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
L-għaxar leġiżlatura - Lulju 2024
EPUB 158kPDF 922k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 10 : ATTI DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 116 : Eżami taħt il-proċedura b' kumitati konġunti

Jekk l-att leġiżlattiv ta' bażi jkun ġie adottat mill-Parlament permezz tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 59, id-dispożizzjonijiet kumplimentarji li ġejjin għandhom japplikaw għall-eżami ta' atti delegati u abbozzi ta' atti jew ta' miżuri ta' implimentazzjoni:

–   il-president għandu jiddetermina, meta jasal l-att delegat jew l-abbozz ta' att jew ta' miżura ta' implimentazzjoni, liema jkun il-kumitat responsabbli jew il-kumitati konġunti responsabbli għalihom skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 59 u skont kwalunkwe ftehim li jkun sar bejn il-presidenti tal-kumitati kkonċernati;

–   jekk att delegat jew abbozz ta' att jew ta' miżura ta' implimentazzjonijiġi riferut għal eżami skont il-proċedura b'kumitati konġunti, kull kumitat jista' jitlob li tissejjaħ laqgħa konġunta għall-eżami ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni. Jekk il-presidenti tal-kumitati kkonċernati ma jirnexxilhomx jilħqu qbil, il-laqgħa konġunta għandha tissejjaħ mill-president tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza