Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
L-għaxar leġiżlatura - Lulju 2024
EPUB 158kPDF 922k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA U RESPONSABBILTÀ POLITIKA
KAPITOLU 3 : SEDUTI TA’ SMIGĦ TA’ SKRUTINJU SPEĊJALI U MISTOQSIJIET PARLAMENTARI

Artikolu 143 : Ħin għall-mistoqsijiet

1.   Il-ħin għall-mistoqsijiet lil Kummissarju wieħed jew aktar jista' jsir matul kull sessjoni parzjali għal perjodu ta’ ħin massimu ta’ madwar 90 minuta dwar tema waħda jew aktar kifdeċiż minn qabel mill-Konferenza tal-Presidenti, u mhux aktar tard mill-Ħamis ta’ qabel is-sessjoni parzjali rilevanti . Il-Kummissarji mistiedna mill-Konferenza tal-Presidenti biex jipparteċipaw fil-ħin għall-mistoqsijiet għandu jkollhom portafoll relatat mat-tema jew it-temi li jkunu se jsiru mistoqsijiet dwarhom.

2.   Bħala regola ġenerali, darba kull sessjoni parzjali, għandha ssir sessjoni ta’ skrutinju speċjali mal-President tal-Kummissjoni jew mal-Kummissarji magħżula mingħajr tema definita minn qabel.

3.   Il-ħin għall-mistoqsijiet jista’ jsir ukoll, skont it-termini stipulati fil-paragrafu 1, mal-President tal- Kunsill Ewropew, mal-Presidenza tal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-kulleġġ sħiħ ta’ Kummissarji jew kategoriji speċifiċi ta’ Kummissarji, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, mal-President tal-Grupp tal-euro u ma’ kwalunkwe rappreżentat rilevanti ieħor ta’ istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni.

4.   Il-ħin għall-mistoqsijiet ma għandux jiġi speċifikament allokat minn qabel. Il-President għandu jiżgura, sa fejn ikun possibbli, li l-Membri li jkollhom fehmiet politiċi differenti u li jkunu minn Stati Membri differenti jingħataw l-opportunità li jagħmlu mistoqsija skont kif imisshom.

5.   Il-Membru għandu jingħata minuta biex jifformula l-mistoqsija u l-persuna mistoqsija tingħata żewġ minuti biex twieġeb. Dak il-Membru jista’ jagħmel mistoqsija supplimentari ta’ mhux aktar minn 30 sekonda u li jkollha relevanza diretta mal-mistoqsija prinċipali. Il-persuna mistoqsija mbagħad għandha tingħata żewġ minuti biex tagħti tweġiba supplimentari.

6.   Il-mistoqsijiet u l-mistoqsijiet supplimentari jridu jkunu direttament relatati mat-tema magħżula skont il-paragrafu 1. Il-President jista' jiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà.

7.   Il-Membri ma għandhomx ikollhom siġġijiet allokati minn qabel u għandhom jiġu mħeġġa biex ipoġġu fuq in-naħa ta’ quddiem tal-Kamra.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza