Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
L-għaxar leġiżlatura - Lulju 2024
EPUB 158kPDF 922k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA U RESPONSABBILTÀ POLITIKA
KAPITOLU 3 : SEDUTI TA’ SMIGĦ TA’ SKRUTINJU SPEĊJALI U MISTOQSIJIET PARLAMENTARI

Artikolu 147 : Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub li jikkonċernaw il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u l-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni

1.   L-Artikolu 146(1), (2) u (3) fir-rigward ta' mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u l-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, għandu japplika mutatis mutandis. In-numru ta' tali mistoqsijiet għandu jitnaqqas mill-massimu ta' sitt mistoqsijiet fix-xahar previsti fl-Artikolu 146(1).

2.   Jekk mistoqsija għal tweġiba bil-miktub ma tkunx ingħatat tweġiba fi żmien ħames ġimgħat, tista' tiġi inkluża, fuq talba tal-interpellant tagħha, fl-aġenda tal-ewwel laqgħa li l-kumitat responsabbli jkollu mal-president tal-bord tad-destinatarju.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza