TITOLU VI : RELAZZJONIJIET MA' PARLAMENTI NAZZJONALI
Artikolu 158 : Konferenzi tal-parlamenti
Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina l-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għal kull konferenza jew korp simili fejn jattendu rappreżentanti ta' parlamenti u għandha tagħti mandat lil dik id-delegazzjoni li jkun jaqbel ma' kwalunkwe riżoluzzjoni rilevanti tal-Parlament. Id-delegazzjoni għandha teleġġi l-president tagħha u, fejn ikun il-każ, viċi president wieħed jew aktar.