Artikolu 211 : Rekord awdjoviżiv tad-diskussjonijiet
1. Id-diskussjonijiet tal-Parlament bil-lingwi li jsiru, kif ukoll is-soundtrack multilingwi minn kull kabina attiva tal-interpretazzjon, għandhom jixxandru fil-ħin reali fil-websajt tiegħu.
2. Eżatt wara s-seduta għandu jsir rekord awdjoviżiv indiċizzat tad-diskussjonijiet bil-lingwi li jsiru fihom, kif ukoll is-soundtracks multilingwi minn kull kabina attiva tal-interpretazzjoni u dawn għandhom isiru disponibbli fil-websajt tal-Parlament għall-kumplament tal-leġiżlatura u matul il-leġiżlatura li jmiss, u wara dan iż-żmien dawn għandhom jinħażnu fir-rekords tal-Parlament. Dan ir-rekord awdjoviżiv għandu jkun marbut permezz ta' ħolqa mar-rapporti verbatim tad-diskussjonijiet malli dawn ikunu disponibbli.