TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 4 : GRUPPI POLITIĊI
Artikolu 36 : Membri mhux affiljati
1. Membri mhux affiljati għandhom jiġu provduti b'segretarjat. L-arranġamenti dettaljati dwar il-provvista ta’ segretarjati għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali.
2. Il-Bureau għandu jiddetermina l-istatus u d-drittijiet parlamentari tal-Membri mhux affiljati.
3. Il-Bureau għandu jħejji r-regoli dwar il-forniment, l-implimentazzjoni u l-verifika tal-fondi mdaħħla fil-baġit tal-Parlament biex ikopru l-ispejjeż segretarjali u amministrattivi tal-Membri mhux affiljati.