KAPITOLU 3 : RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR L-AZZJONI ESTERNA TAL-UNJONI
Artikolu 120 : Ksur tad-drittijiet tal-bniedem
Mingħajr ma jkollu bżonn ta' awtorizzazzjoni, il-kumitat responsabbli jista', f'kull seduta parzjali, jqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni skont l-istess proċedura bħal dik stipulata fl-Artikolu 118(5) u (6) dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem.