Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Novembru 2023
EPUB 155kPDF 814k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA
Il-verżjoni li se tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Lulju 2024 PDF

TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 1 : MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 11 : Regoli ta’ kondotta fir-rigward tal-integrità u t-trasparenza

1.   Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli ta’ kondotta fir-rigward tal-integrità u t-trasparenza fil-forma ta’ Kodiċi ta’ Kondotta, adottat mill-maġġoranza tal-Membri tiegħu, u mehmuż ma’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura bħala anness (1).

Dawk ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata.

2.   Il-Bureau għandu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-paġna web tal-Membri fuq il-websajt tal-Parlament għal dawk il-Membri li jixtiequ jippubblikaw awditjar jew konferma volontarji, kif previst fir-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, li l-użu minnhom tal-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali jikkonforma mar-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.

3.   Il-kodiċi ta’ kondotta fir-rigward tal-integrità u t-trasparenza għal ex Membri għandu jiġi stabbilit b’deċiżjoni tal-Bureau.

(1) Ara l-Anness I.
Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza