Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2024 dwar il-ħatra proposta ta’ Iliana Ivanova għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C10-0123/2024 – 2024/0804(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C10‑0123/2024),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10‑0018/2024),
A. billi, bl-ittra tad-9 ta’ Ottubru 2024, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta’ Iliana Ivanova għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
B. billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki ta’ Iliana Ivanova, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; billi, fil-qafas ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva mingħand Iliana Ivanova curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilha;
C. billi dan il-Kumitat imbagħad, fil-21 ta’ Novembru 2024, ipproċeda b’seduta ta’ smigħ ta’ Iliana Ivanova, li matulha din għamlet stqarrija preliminari, u wara wieġbet għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Iliana Ivanova għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.