Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta'l-20 ta' Ġunju 2007 dwar it-titjib tal-proċess ta' konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-proċeduri ta' tkabbir ulterjuri taż-żona euro
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Ġunju 2006 dwar it-tkabbir taż-żona euro(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 122(2) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill rigward l-adozzjoni tal-munita unika minn Ċipru u Malta fl-1 ta' Jannar 2008 (C6-0151/2007) u C6-0150/2007,
– wara li kkunsidra l-ittri tas-6 ta' Ġunju 2007, mill-President tiegħu lill-Presidenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
biex tinlaħaq ftehim interistituzzjonali dwar skeda għal Stati Membri oħra li jixtiequ jaderixxu maż-żona Euro u approċċ ta' koperazzjoni magħhom, inkluż l-istabbiliment ta':
i)
djalogu mal-Parlament fi stadju bikri, sabiex jagħti mill-inqas xahrejn għal konsultazzjoni, biex b'hekk tiġi rispettata l-prerogattiva tal-Parlament li jikkunsidra b'mod xieraq il-proposti mressqa kemm mill-Kummissjoni u kif ukoll mill-Bank Ċentrali Ewropew;
ii)
impenn mill-Istati Membri li japplikaw biex jidħlu fiż-żona ta'l-Euro biex iħabbru l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu talba uffiċjali sal-Ħarifa tas-sena li tippreċedi l-preżentazzjoni tat-talba uffiċjali, u biex isir kuntatt kmieni mal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarja tal-Parlament Ewropew sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ġenerali biex tiġi introdotta l-munita komuni;
iii)
rapport dwar il-konverġenza interim mill-Kummisjoni, li għandu jiġi mfassal fil-bidu tas-sena ta' wara Stat Membru jkun ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jagħmel talba uffiċjali;
b)
biex jiġi żgurat li l-Bord Konsultattiv Ewropew tal-Governanza ta' l-Istatistika u l-Kumitat Ewropew dwar l-Informazzjoni Statistika ippjanati jissorveljaw mill-qrib il-preparazzjoni tat-tkabbir taż-żona euro rigward l-Istati Membri li jidħlu; biex jiġi żgurat li i-Kummissjoni tingħata setgħat addizzjonali biex tivverifika d-data billi l-Parlament huwa konvint li l-kwalità tad-data disponibbli għall-Kummissjoni m'hijiex sodisfaċenti biżżejjed; biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tivverifika d-data mgħoddija mill-banek ċentrali nazzjonali mad-data li tkun waslet fil-qafas tal-kontijiet ġenerali tal-gvern għal kull kwart tas-sena sabiex titjieb il-fiduċja fl-istatistiċi permezz ta' kontro verifiki;
c)
biex tiġi adottata pożizzjoni li kwalunkwe proċedura ta' defiċit li tikkonċerna Stat Membru għandha tkun ingħalqet qabel ma tkun ġiet evalwata l-konformità mal-kriterji ta' Maastricht;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-gvernijiet ta" l-Istati Membri.