Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2927(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0602/2010

Testi mressqa :

B7-0602/2010

Dibattiti :

PV 10/11/2010 - 18
CRE 10/11/2010 - 18

Votazzjonijiet :

PV 11/11/2010 - 8.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0398

Testi adottati
PDF 216kWORD 39k
Il-Ħamis, 11 ta' Novembru 2010 - Brussell
Sħubijiet għall-innovazzjoni
P7_TA(2010)0398B7-0602/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2010 dwar Sħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni fl-inizjattiva ewlenija “Unjoni ta' Innovazzjoni”

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (COM(2010) 2020),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni (COM(2010)0546),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  l-inizjattiva Unjoni ta' Innovazzjoni hi l-aktar waħda sinifikanti s'issa u tentattiv konkret għal politika Ewropea integrata għall-innovazzjoni, li s-suċċess tagħha jiddependi fuq koperazzjoni kkoordinata tajjeb fil-livelli reġjonali, nazzjonali u Ewropej, bl-involviment massimu tal-atturi rilevanti kollha f'kull livell,

B.  billi s-Sħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni jirrapreżentaw kunċett innovattiv immirat biex joħloq sinerġija bejn inizjattivi eżistenti u, fejn ikun hemm bżonn, inizjattivi ġodda fil-livelli Ewropej u f'dak tal-Istati Membri fil-qasam tal-innovazzjoni u jimmassimizzaw u jaċċeleraw il-forniment tar-riżultati u l-benefiċċji għas-soċjetà,

1.  Jilqa' l-ewwel suġġett propost għal Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni, dwar it-tixjiħ attiv u u fi stat tajjeb ta' saħħa, u l-approċċ issuġġerit mill-Kummissjoni biex l-ewwel tmexxi proġett pilota biex tittestja l-format l-aktar xieraq għal dawn l-isħubiji qabel tniedi oħrajn;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni, meta tkun qed tmexxi l-ewwel proġett pilota dwar it-tixjiħ attiv u u fi stat tajjeb ta' saħħa, tinkludi l-innovazzjoni soċjali li twassal għal kwalità ta' ħajja aħjar, tipprevjeni l-mard, ittejjeb in-netwerks soċjali fis-setturi pubbliċi u fost is-sħab soċjali, u tippromwovi l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda li jappoġġjaw il-kwalità tal-ħajja;

3.  Jisħaq fuq il-fatt li s-suċċess ta' dan il-kunċett ġdid jiddependi fuq ambitu definit b'mod ċar u delinjazzjoni tar-responsabilitajiet fost id-diversi sħab involuti, kalendarji preċiżi għat-twettiq ta' proġetti individwali, objettivi li jistgħu jitkejlu u li jkunu fattibbli orjentati kemm jista' jkun mill-qrib lejn is-suq, bi proċeduri amministrattivi simplifikati li għandhom x'jaqsmu mal-implimentazzjoni u d-disseminazzjoni u l-aċċess ottimali għar-riżultati tar-riċerka; f'dan is-sens, jisħaq ulterjurment fuq ir-rwol ċentrali tal-Kummissjoni biex tipprovdi l-qafas operattiv u l-gwida xierqa għall-proġetti separati fil-kuntest ta' sħubija unika;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni, meta tkun qed twaqqaf il-qafas ta' governanza għal dawn is-sħubiji, tagħmel inventarju tal-istrutturi Ewropej u nazzjonali eżistenti u tivvaluta kif tinkorporahom effettivament fis-sħubija mingħajr ma toħloq strutturi ġodda bla bżonn; u tiżgura parteċipazzjoni xierqa mill-kumpaniji innovattivi iżgħar, l-universitajiet u l-istituzzjonijiet ta' riċerka;

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura l-finanzjament xieraq u effiċjenti tas-sħubiji, billi tiġbor effettivament flimkien ir-riżorsi tal-Unjoni Ewropea, tal-Istati Membri, tar-reġjuni u ta' atturi pubbliċi u privati oħrajn, waqt li tirrispetta l-kriterji ċari u l-prinċipji ta' trasparenza, ftuħ u opportunitajiet indaqs fir-rigward tal-allokazzjoni tagħhom; jilqa' f'dan il-kuntest il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżami tal-baġit tal-UE li tagħti attenzjoni kbira lir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni;

6.  Jappoġġja l-oqsma identifikati mill-Kummissjoni għas-sħubiji proposti; jistieden lill-Kummissjoni, meta tkun qed tniedi sħubija, tivvaluta l-livell u l-firxa tal-ħidma li tkun għaddejja u l-potenzjal tas-sħubija li tipprovdi l-aktar riżultati u benefiċċji ta' malajr u estensivi għall-kompetittività u s-soċjetà;

7.  Jikkunsidra li s-sħubiji li ġejjin jibbenefikaw l-aktar immedjatament mill-valur miżjud maħluq u li l-prinċipju globali ta' dawn is-sħubiji għandhom jkun l-intelliġenza tar-riżorsi, biex b'hekk jiġu promossi l-effiċjenza tar-riżorsi u fl-istess ħin produzzjoni effiċjenti tul il-katina ta' provvista, kif ukoll konsum intelliġenti:

   (a) bliet intelliġenti – b'attenzjoni għat-titjib tal-effiċjenza u l-ġestjoni tal-enerġija, tat-trasport u tal-infrastrutturi, kif ukoll għall-forniment ta' bażi għal progress rapidu lejn l-effiċjenza tal-enerġija tal-UE, l-enerġija li tiġġedded u l-objettivi klimatiċi fil-livell lokali, u
   (b) il-materja prima – is-sigurtà tal-provvista tal-materja prima, inklużi l-estrazzjoni u l-ipproċessar sostenibbli, ir-riċiklaġġ u s-sostituzzjoni, waqt li l-kwistjonijiet possibbli fil-qasam tal-ippjanar dwar l-użu tal-art jirrikjedu studju intensiv;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tinform kif dovut lill-Parlament dwar il-progress u r-riżultati ta' dan il-proġett pilota u biex tispjega b'mod ċar l-involviment tal-Parlament biex tiġi determinata l-orjentazzjoni strateġika tas-Sħubiji tal-futur, f'konformità mal-urġenza tal-isfidi soċjetali ewlenin; jipproponi li jerġa' jiġi vvalutat il-pjan direzzjonali tas-Sħubiji biannwalment, u jitlob lill-Kummissjoni tirraporta dwar emendi għall-pjan direzzjoni b'dan il-mod;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u parlamenti tal-Istati Membri.

Avviż legali - Politika tal-privatezza