TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3 : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 2 - IT-TIENI QARI
Artikolu 70 : Ftehim fit-tieni qari
Meta ebda proposta għaċ-ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill, u ebda emenda għal dik il-pożizzjoni ma jkunu tqiegħdu fuq il-Mejda skont l-Artikoli 68 u 69 fiż-żmien stabbilit għat-tqegħid fuq il-Mejda u t-teħid ta' vot fuq l-emendi jew fuq proposti għaċ-ċaħda, il-President għandu jħabbar fil-Parlament li l-att propost ġie adottat b'mod definittiv.